6.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 117/6


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10211 — L Catterton/Birkenstock)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 117/06)

1.   

Fil-25 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

L Catterton (l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Birkenstock (il-Ġermanja)

L Catterton jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Birkenstock kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma u assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

L Catterton hija kumpanija ta’ ekwità privata ffukata fuq il-konsumatur li l-kumpaniji ta’ portafoll tagħha joperaw fin-negozju tal-ħwienet u tar-ristoranti, fin-negozju tal-ikel u x-xorb, fin-negozji tas-servizzi tal-konsumatur u tal-prodotti għall-konsumatur inklużi l-produzzjoni u l-bejgħ ta’ friex, ħwejjeġ u aċċessorji, kożmetiċi u prodotti tal-fwejjaħ.

—

Birkenstock hija kumpanija Ġermaniża li hi prinċipalment attiva fil-provvista ta’ Birkenstocks, ditta Ġermaniża ta’ sandlijiet, u żraben oħra.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10211 — L Catterton/Birkenstock

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.