|
13.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 381/6 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1695
tat-12 ta’ Novembru 2020
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta’ Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 46(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-23 ta’ Marzu 2012 il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 267/2012. |
|
(2) |
Fit-18 ta’ Ġunju 2020 il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2020/847 (2). |
|
(3) |
Wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-490/18 (3), jenħtieġ li Neda Industrial Group jitneħħa mil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012. |
|
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa emendat f’konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/847 tat-18 ta’ Ġunju 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 196, 19.6.2020, p. 1).
(3) Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020, Neda Industrial Group vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, T-490/18, ECLI:EU:T:2020:318.
ANNESS
Fir-Regolament (UE) Nru 267/2012, Anness IX, parti I, taqsima B (Entitajiet), titħassar l-entrata li ġejja:
|
“47. |
Neda Industrial Group”. |