<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑319/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CJ0319</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:734">EU:C:2015:734</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAD-<DATE ISO="20151029">29.10.2015</DATE> – KAWŻA C-319/14</P><P>B &amp; S GLOBAL TRANSIT CENTER</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20151029">29 ta’ Ottubru 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kodiċi Doganali tal-Komunità</KEYWORD><KEYWORD>Regolamemt (KEE) Nru 2913/92</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 203 u 204</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura ta’ tranżitu Komunitarju estern</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KEE) Nru 2454/93</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 365, 366 u 859</KEYWORD><KEYWORD>Tnissil tad-dejn doganali</KEYWORD><KEYWORD>Tneħħija jew le mis-sorveljanza doganali</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ obbligu</KEYWORD><KEYWORD>Ommissjoni li titwaqqaf il-proċedura ta’ tranżitu</KEYWORD><KEYWORD>Ħruġ tal-merkanzija mit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑319/14,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (qorti suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi, il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20140613">13 ta’ Ġunju 2014</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20140703">3 ta’ Lulju 2014</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">B &amp; S Global Transit Center BV</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Staatssecretaris van Financiën,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz (Relatur), President tar-Raba’ Awla, li qiegħed jaġixxi bħala l-President tal-Ħames Awla, D. Šváby, A. Rosas, E. Juhász u C. Vajda, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20150520">20 ta’ Mejju 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal B &amp; S Global Transit Center BV, minn B. Boersma, adviseur,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. Bulterman, M. Noort u C. Schillemans, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn A. Collabolletta, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Grønfeldt u H. Kranenborg, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tikkonċerna l-interpretazzjoni tal-Artikoli 203 u 204 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-<DATE ISO="19921012">12 ta’ Ottubru 1992</DATE>, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006, tal-<DATE ISO="20061120">20 ta’ Novembru 2006</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="352M" PAGE.FIRST="629" DATE.PUB="20081231">ĠU L 352 M, 31.12.2008, p. 629</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Kodiċi Doganali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), kif ukoll ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-<DATE ISO="19930702">2 ta’ Lulju 1993</DATE>, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 2913/92 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Regolament ta’ implementazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), jiġifieri l-Artikoli 365 u 859 tar-Regolament ta’ implementazzjoni, fil-verżjoni tagħhom li tirriżulta mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 993/2001, tal-<DATE ISO="20010504">4 ta’ Mejju 2001</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 11, p. 286, iktar ’il quddiem, rispettivament, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Artikolu 365 tar-Regolament ta’ implementazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> u l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Artikolu 859 tar-Regolament ta’ implementazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), kif ukoll l-Artikolu 366 tar-Regolament ta’ implementazzjoni, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1192/2008, tas-<DATE ISO="20081117">17 ta’ Novembru 2008</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="329" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2008">ĠU L 329, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Artikolu 366 tar-Regolament ta’ implementazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn B &amp; S Global Transit Center BV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>B &amp; S<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) u l-iStaatssecretaris van Financiën (segretarju tal-Istat għall-finanzi) dwar il-ħlas tad-drittijiet doganali li allegatament huma dovuti mingħand B &amp; S minħabba li neħħiet merkanzija mis-sorveljanza doganali mingħajr ma temmet il-proċeduri ta’ tranżitu Komunitarju estern (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>proċeduri ta’ tranżitu<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) li għalihom hija kienet issuġġettat din il-merkanzija.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Kodiċi Doganali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 37 tal-Kodiċi Doganali jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="037.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Merkanzija mdaħħla fit-territorju doganali tal-Komunità għandha, mill-ħin tad-dħul tagħha, tkun soġġetta għal sorveljanza doganali. Tista’ tkun soġġetta għal kontrolli doganali skond id-dispożizzjonijiet fis-seħħ.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="037.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għandha tibqa’ taħt dik is-sorveljanza għaż-żmien neċessarju biex jiġi stabbilit l-istatus doganali tagħha, jekk ikun xieraq, u fil-każ ta’ merkanzija mhux tal-Komunità u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 82(1), sakemm l-istatus doganali tagħha jinbidel, tidħol f’żona ħielsa jew maħżen ħieles jew tkun esportata mill-ġdid jew meqruda skond l-Artikolu 182.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 91(1) ta’ dan il-kodiċi huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Il-proċess ta’ transitu estern għandu jippermetti l-moviment minn punt għall-ieħor fit-territorju doganali tal-Komunità ta’:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>merkanzija mhux tal-Komunità, mingħajr ma dik il-merkanzija tkun soġġetta għal dazji fuq l-importazzjoni u ħlasijiet oħra jew għal miżuri ta’ politika kummerċjali;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 92 tal-imsemmi kodiċi jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="092.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-proċedura ta’ transitu estern għandha tintemm u l-obbligazzjonijiet tad-detentur għandhom ikunu mwettqa meta l-prodotti mqiegħda taħt il-proċedura u d-dokumenti meħtieġa jkunu ingħataw lill-uffiċju doganali tad-destinazzjoni skond id-dispożizzjonijiet tal-proċedura in kwistjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="092.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtoritajiet doganali għandhom iwettqu l-proċedura meta jkunu f’pozizzjoni li jistbilixxu, fuq il-bażi ta’ paragun tad-data disponibbli għall-uffiċju tat-tluq u dik disponibbli lill-uffiċju doganali tad-destinazzjoni, li l-proċedura tkun intemmet korrettement.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 96(1) ta’ dan l-istess kodiċi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Il-prinċipal għandu jkun id-detentur tal-proċedura taħt il-proċedura ta’ transitu estern tal-Komunità. Għandu jkun responsabbli għal:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>preżentazzjoni tal-merkanzija intatta fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni fit-terminu taż-żmien preskritt u bl-osservanza dovuta tal-miżuri adottati mill-awtoritajiet doganali sabiex tiġi żgurata l-identifikazzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-osservanza tad-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-proċedura tat-transitu tal-Komunità.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 203 tal-Kodiċi Doganali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="203.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dejn doganali fuq l-importazzjoni għandu jiġi inkors permezz:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tat-tneħħija kontra l-liġi mis-sorveljanza doganali ta’ merkanziji soġġetti għal dazji fuq l-importazzjoni.</P></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="203.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dejn doganali għandu jiġi inkors fil-mument meta l-merkanziji jitneħħew minn taħt is-sorveljanza doganali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="203.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Id-debituri għandhom ikunu:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>il-persuna li tkun neħħiet il-merkanziji minn taħt is-sorveljanza doganali,</P></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 204(1) ta’ dan il-kodiċi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Dejn doganali fuq l-importazzjoni għandu jiġi inkors permezz:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>tan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ wieħed mill-obbligi li jinqalgħu, fir-rigward ta’ merkanziji soġġetti għal dazji fuq l-importazzjoni, mill-ħażna temporanja tagħhom jew mill-użu tal-proċedura doganali li taħtha jkunu tqiegħdu, [...]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><P>f’każijiet oħra barra dawk li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 203 ħlief meta jiġi stabbilit li dawk in-nuqqasijiet m’għandhom ebda effett sinifikanti fuq l-operazzjoni korretta tal-ħażna temporanja jew proċedura doganali konċernata.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 239 tal-imsemmi kodiċi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="239.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dazji fuq l-importazzjoni jew dazji fuq l-esportazzjoni jistgħu jitħallsu lura jew jintbagħtu [jinħafru] f’sitwazzjonijiet oħra barra dawk li ssir referenza għalihom fl-Artikoli 236, 237, u 238:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>li għandhom jiġu stabbiliti skont il-proċedura tal-kumitat;</P></ITEM><ITEM><P>li jirriżultaw minn ċirkostanzi li fihom ebda ingann jew traskuraġni ovvja ma jistgħu jiġu attribwiti lill-persuna interessata. Is-sitwazzjonijiet li fihom din id-dispożizzjoni tista’ tiġi applikata u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għal dak il-għan għandhom jiġu definiti skont il-proċedura tal-Kumitat. Ħlas lura jew remissjoni [maħfra] jistgħu jsiru bla ħsara għal kondizzjonijiet speċjali.</P></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="239.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Dazji għandhom jitħallsu lura jew jintbagħtu [jinħafru] għar-raġunijiet stipulati fil-paragrafu 1 malli tiġi preżentata applikazzjoni lill-uffiċċju doganali xieraq fi żmien 12-il xahar mid-data li fiha l-ammont tad-dazji kien ġie komunikat lid-debitur.</ALINEA><ALINEA>Iżda, l-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu li dan il-perjodu jinqabeż f’każijiet eċċezzjonali ġustifikati kif jixraq.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ implementazzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 365 tar-Regolament ta’ implementazzjoni, li kien fis-seħħ sat-<DATE ISO="20090630">30 ta’ Ġunju 2009</DATE>, kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="365.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk il-kopjas Nru 5 tad-dikjarazzjoni ta’ transitu ma tkunx rritornata lill-awtoritajiet dognali ta’ l-Istat Membru tat-tluq fi żmien xahrejn mid-data ta’ l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni, dawk l-awtoritajiet għandhom jinformaw lill-prinċipal u jitolbuh biex ifornihom bi prova li l-proċedura ntemmet.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="365.001A"><NO.PARAG>1a.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn id-disposizzjonijiet tat-Taqsima 2 subsezzjoni 7 tapplika u l-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri tat-tluq ma jkunux irċevew messaġġ ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>-Avviż tal-Wasla<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/> sal-limitu taż-żmien li fih l-oġġetti għandhom jiġu preżentati fl-uffiċċju tad-destinazzjoni dawk l-awtoritajiet għandhom jinformaw lill-prinċipal u jitolbuh biex jipprovdi provi li l-proċedura tkun intemmet.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="365.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-prova msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tkun fornuta għas-sodisfazzjoni ta’ l-awtoritajiet doganali fil-forma ta’ dokument iċ[ċ]ertifikat mill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni li jidentifika l-oġġetti u li jistabilixxi li dawn ġew ippresentati fl-uffiċċju tad-destinazzjoni jew, fejn japplika l-Artikolu 406, lill-konsenjatur awtorizzat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="365.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-proċedura ta’ transitu tal-Komunità għandha tkun ukoll meqjusa bħala li ntemmet fejn il-prinċipal jippresenta, għas-sodisfazzjopn ta’ l-awtoritajiet doganali, dokument doganali maħruġ minn pajjiż terz li jdaħħal l-oġġetti għal trattament jew użu doganali approvat, jew kopja jew foto-kopja tiegħu, li tidentifika l-oġġetti. Kopji jew foto-kopji għandhom ikunu attestati bħala kopji veri mill-korp li ċċertifika d-dokumenti oriġinali, mill-awtoritajiet tal-pajjiż terz konċernat jew mill-awtoritajiet ta’ wieħed mill-Istati Membri.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 366 tar-Regolament ta’ implementazzjoni, fis-seħħ b’effett mill-<DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="366.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-prova li l-proċedura ntemmet fil-limitu ta’ żmien preskritt fid-dikjarazzjoni tista’ tingħata mill-prinċipal, għas-sudisfazzjoni tal-awtoritajiet doganali, f’forma ta’ dokument iċċertifikat mill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tad-destinazzjoni li jidentifika l-merkanzija u li jistabbilixxi li din kienet ippreżentata fl-uffiċċju tad-destinazzjoni jew, fejn japplika l-Artikolu 406, lil destinatarju awtorizzat.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="366.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-proċedura Komunitarja ta’ tranżitu għandha titqies li tkun intemmet ukoll meta l-prinċipal jippreżenta, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet doganali, wieħed mid-dokumenti li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>dokument doganali maħruġ f’pajjiż terz li daħħal il-merkanzija biex tkun trattata jew użuta b’mod approvat mid-dwana;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>dokument maħruġ f’pajjiż terz, ittimbrat mill-awtoritajiet doganali ta’ dan il-pajjiż u li jiċċertifika li l-merkanzija hija meqjusa li tista’ ticċirkola liberament fil-pajjiż terz ikkonċernat.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="366.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jinbidlu b’kopji jew b’fotokopji tagħhom, attestati bħala kopji veri mill-korp li ċċertifika d-dokumenti oriġinali, mill-awtoritajiet tal-pajjiż terz ikkonċernat jew mill-awtoritajiet ta’ wieħed mill-Istati Membri.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 859 tar-Regolament ta’ implementazzjoni huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>In-nuqqasijiet li ġejjin għandhom jitqiesu bħala bla konsegwenzi reali [effett sinjifikattiv] fuq il-[funzjonament korrett tal-]ħażna temporanja jew [tal‑]proċedura doganali fis-sens ta’ l-Artikolu 204 (1) tal-Kodiċi [Doganali], sakemm:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>ma jikkostitwux tentattiv li titneħħa merkanzija illegalment mis-sorveljanza doganali,</P></ITEM><ITEM><P>ma jkunux jimplikaw negliġenza evidenti da parti tal-persuna interessata, u</P></ITEM><ITEM><P>il-formalitajiet kollha meħtieġa ħalli tkun irregolarizzata s-sitwazzjoni tal-merkanzija jkunu saru sussegwentement:</P></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ oġġetti f’ħażna temporanja jew li daħlu għal proċedura doganali, sdoganar [il-ħruġ] tal-oġġetti mit-territorju doganali tal-Komunità jew l-introduzzjoni tagħhom f’żona ħielsa ta’ tip I ta’ kontroll skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 799 jew f’maħżen ħieles mingħajr ma jimtlew il-formalitajiet meħtieġa;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20060703">3 ta’ Lulju 2006</DATE>, fit-<DATE ISO="20070813">13 ta’ Awwissu 2007</DATE> u fit-<DATE ISO="20071218">18 ta’ Diċembru 2007</DATE>, B &amp; S, li tipprovdi servizzi ta’ loġistika, ippreżentat, bħala prinċipal, dikjarazzjonijiet elettroniċi ta’ tqegħid ta’ prodotti tal-ikel taħt il-proċedura ta’ tranżitu. Dawn id‑dikjarazzjonijiet kienu jindikaw dejjem l-uffiċċju doganali ta’ Moerdijk (il-Pajjiżi l-Baxxi) bħala l-uffiċċju tat-tluq u, rispettivament, dawk ta’ Bremerhaven (il-Ġermanja), ta’ Antwerpen (il-Belġju) u, għal darba oħra, ta’ Bremerhaven bħala l-uffiċċji tad-destinazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20060804">4 ta’ Awwissu 2006</DATE>, fis-<DATE ISO="20070926">26 ta’ Settembru 2007</DATE> u fl-<DATE ISO="20080124">24 ta’ Jannar 2008</DATE>, l-uffiċċju doganali tat-tluq indika lil B &amp; S li ma kienx irċieva l-kopja ta’ ritorn neċessarja u lanqas ir-ritorn ta’ informazzjoni elettronika. Bi tweġiba għat-talba ta’ dan l-uffiċċju sabiex tipproduċi l-prova li dawn il-proċeduri kienu ntemmu korrettament, B &amp; S ippreżentat diversi dokumenti kummerċjali tat-trasport, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>bills of lading<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>B’reazzjoni għal avviż ta’ inkjesta maħruġ mill-Ispettur tas-servizz tat-taxxi fi ħdan l-amministrazzjoni fiskali (Inspecteur van de Belastingdienst, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Ispettur<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>), l-uffiċċji doganali tad-destinazzjoni indikaw li ebda merkanzija u ebda dokument ta’ tranżitu korrispondenti ma kienu<?PAGE NO="6"?> ġew ippreżentati quddiemhom. F’dawn iċ-ċirkustanzi, u peress li qies li d-dokumenti kummerċjali kkomunikati minn B &amp; S ma kinux konformi mal-Artikoli 365 jew 366 tar-Regolament ta’ implementazzjoni, b’tali mod li l-proċeduri ta’ tranżitu ma setgħux jitqiesu li kienu ntemmu, l-Ispettur, fuq il-bażi tal-Artikolu 203 tal-Kodiċi Doganali, ħareġ, fl-<DATE ISO="20070524">24 ta’ Mejju 2007</DATE>, fl-<DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE> u fl-<DATE ISO="20081104">4 ta’ Novembru 2008</DATE> rispettivament, avviżi għall-ħlas ta’ dazji doganali kontra B &amp; S, minħabba li din tal-aħħar kienet neħħiet il-merkanzija kkonċernata mis-sorveljanza doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>B &amp; S ressqet ilment kontra żewġ avviżi għall-ħlas kif ukoll talba għal rimbors fir-rigward tat-tielet avviż. F’dan il-kuntest, B &amp; S ippreżentat dokumenti supplimentari, b’mod partikolari konfermi ta’ riċezzjoni tal-merkanzija inkwistjoni, maħruġa mid-destinatarji tagħha, jiġifieri l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda (UN) f’Abidjan (il-Kosta tal-Avorju), il-forzi tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NATO) f’Kabul (l-Afganistan) u l-forzi tal-UN f’Port-au-Prince (il-Haiti). Peress li ma kienx issodisfat b’dawn id-dokumenti l-ġodda, l-Ispettur żamm fis-seħħ l-avviżi għall-ħlas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>B &amp; S ippreżentat rikors kontra d-deċiżjonijiet tal-Ispettur quddiem ir-Rechtbank Haarlem (qorti ta’ Haarlem). Din tal-aħħar annullat dawn id-deċiżjonijiet għaliex id-dokumenti prodotti minn B &amp; S kienu jippermettu li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ nuqqas mingħajr effett sinjifikattiv fuq il-funzjonament tajjeb ta’ dawn il-proċeduri fis-sens tal-Artikolu 204(1)(a) tal-Kodiċi Doganali, moqri flimkien mal-punt 6 tal-Artikolu 859 tar-Regolament ta’ implementazzjoni, u dan sa fejn id-dokumenti prodotti minn B &amp; S kienu stabbilixxew li l-merkanzija kienet inħarġet mit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Ispettur appella minn din is-sentenza tar-Rechtbank Haarlem (qorti ta’ Haarlem) quddiem il-Gerechtshof te Amsterdam (qorti tal-appell ta’ Amsterdam). Din tal‑aħħar qieset, l-ewwel nett, li l-Ispettur kellu raġun jikkunsidra li ebda merkanzija ma kienet ġiet ippreżentata lill-uffiċċju tad-destinazzjoni, fis-sens tal-Artikoli 92 u 96 tal-Kodiċi Doganali. It-tieni nett, dik il-qorti kkonstatat li ebda wieħed mid-dokumenti prodotti minn B &amp; S ma kien jissodisfa l-kundizzjonijiet imperattivi previsti fl-Artikoli 365(3) jew 366(2) u (3) tar-Regolament ta’ implementazzjoni. Fl-aħħar nett, filwaqt li rreferiet għas-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Hamann International</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑337/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:90">EU:C:2004:90</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Gerechtshof te Amsterdam (qorti tal-appell ta’ Amsterdam) iddeċidiet li, minkejja li l-merkanzija kienet inħarġet mit-territorju doganali tal-Unjoni, l-ommissjoni li jintemmu l-proċeduri ta’ tranżitu kienet tikkostitwixxi tneħħija ta’ din il-merkanzija mis-sorveljanza doganali u kienet tagħti lok għal dejn doganali fis-sens tal-Artikolu 203 tal-Kodiċi Doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>B &amp; S ippreżentat appell fil-kassazzjoni kontra din is-sentenza quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Hoge Raad der Nederlanden (qorti suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi). Dik il-qorti hija tal-fehma li l-Gerechtshof te Amsterdam (qorti tal-appell ta’ Amsterdam) kellha raġun meta ddeċidiet li l-proċeduri ta’ tranżitu inkwistjoni ma kinux intemmu, fis-sens tal-Artikolu 92 tal-Kodiċi Doganali, u ma setgħux jitqiesu bħala li kienu ntemmu, fis-sens tal-Artikoli 365(3) jew 366(2) u (3) tar-Regolament ta’ implementazzjoni. Madankollu, dik il-qorti tqis li s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>X</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑480/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:329">EU:C:2014:329</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) setgħet tinftiehem fis-sens li t-tnissil ta’ dejn doganali skont l-Artikolu 203 tal-Kodiċi Doganali huwa eskluż meta jiġi stabbilit li l-merkanzija ma kinitx integrata fiċ-ċirkulazzjoni ekonomika tal-Unjoni mingħajr ma kienet żdoganata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fl-eventwalità li nuqqas milli jitwettaq l-obbligu li tintemm b’mod regolari l-proċedura ta’ tranżitu ma jikkostitwixxix tneħħija tal-merkanzija mis-sorveljanza doganali, il-qorti tar-rinviju għandha dubju dwar jekk tali nuqqas jistax jitqies bħala li ma kellux effett sinjifikattiv fuq il-funzjonament korrett ta’ din il-proċedura fis-sens tal-Artikolu 204(1)(a) tal-Kodiċi Doganali, moqri flimkien mat-tielet inċiż u l-punt 6 tal-Artikolu 859 tar-Regolament ta’ implementazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Hoge Raad der Nederlanden (qorti suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikoli 203 u 204 tal-Kodiċi Doganali, moqrija flimkien mal-Artikolu 859 (b’mod partikolari l-punt 6) tar-Regolament ta’ implimentazzjoni, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta proċedura doganali ta’ tranżitu estern tal-Komunità ma tkunx intemmet, iżda dokumenti fornuti jippermettu li jiġi stabbilit li l-merkanzija tkun ħarġet mit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea, il-fatt li din il-proċedura ma ntemmietx ma jwassalx għat-tnissil ta’ dejn doganali minħabba t-tneħħija tas-sorveljanza doganali fis-sens tal-Artikolu 203 tal-Kodiċi Doganali, iżda, bħala prinċipju, għat-tnissil ta’ dejn doganali fuq il-bażi tal-Artikolu 204 ta’ dan il-Kodiċi Doganali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-punt 6 tal-Artikolu 859 tar-Regolament ta’ implimentazzjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tirrigwarda esklużivament in-nuqqas ta’ implementazzjoni tal-obbligi (jew ta’ wieħed minnhom) marbuta mal-esportazzjoni (mill-ġdid) tal-merkanzija, hekk kif iddefinit fl-Artikoli 182 u 183 tal-Kodiċi Doganali? Jew il-frażi <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>mingħajr it-twettieq tal-formalitajiet meħtieġa<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="2019" ID="QE0022"/> għandha tiġi interpretata fis-sens li l-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>formalitajiet meħtieġa<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="2019" ID="QE0023"/> jinkludu wkoll il-formalitajiet li għandhom jiġu ssodisfatti qabel l-(re)esportazzjoni sabiex tintemm il-proċedura doganali li taħtha tkun tpoġġiet il-merkanzija?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Jekk id-domanda preċedenti tingħata risposta affermattiva, it-tielet inċiż tal-Artikolu 859 tar-Regolament ta’ implimentazzjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li n-nuqqas li jiġu ssodisfatti l-formalitajiet previsti fit-tieni domanda ma jipprekludix li, f’każ bħal dak inkwistjoni – fejn dokumenti juru li l-merkanzija ħarġet mit-territorju doganali tal-Unjoni matul it-tranżitu fl-Unjoni – il-kundizzjoni li <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>formalitajiet kollha meħtieġa ħalli tkun irregolarizzata s-sitwazzjoni tal-merkanzija jkunu saru sussegwentement<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="2019" ID="QE0024"/> tista’ tkun ikkunsidrata bħala sodisfatta?<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikoli 203 u 204 tal-Kodiċi Doganali għandhomx jiġu interpretati fis-sens li nuqqas milli jitwettaq l-obbligu li merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura ta’ tranżitu tiġi ppreżentata fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni joħloqx, bħala prinċipju, dejn doganali fuq il-bażi tal-Artikolu 204 ta’ dan il-kodiċi, u mhux fuq il-bażi tal-Artikolu 203 tiegħu, fil-każ li l-merkanzija kkonċernata tkun inħarġet mit-territorju doganali tal-Unjoni u fil-każ li d-detentur tal-imsemmija proċedura ma jkunx f’pożizzjoni li jipproduċi dokumenti konformi mal-Artikoli 365(3) jew 366(2) u (3) tar-Regolament ta’ implementazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi osservat li mill-indikazzjonijiet ipprovduti mill-qorti tar-rinviju jirriżulta, minn naħa, li l-merkanzija inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma ġietx ippreżentata fl-uffiċċji doganali tad-destinazzjoni rispettivi tagħha u, min-naħa l-oħra, li d-dokumenti pprovduti minn B &amp; S lill-Ispettur, imsemmija fil-punti 14 u 16 ta’ din is-sentenza, juru li din il-merkanzija effettivament inħarġet mit-territorju doganali tal-Unjoni. Madankollu, il-qorti tar-rinviju tqis li dawn id-dokumenti ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ prova previsti fl-Artikoli 365(3) jew 366(2) u (3) tar-Regolament ta’ implementazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Minn dawn iċ-ċirkustanzi l-imsemmija qorti tikkonkludi li l-proċeduri ta’ tranżitu inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma ntemmewx konformement mal-Artikolu 92(1) tal-Kodiċi Doganali u lanqas ma setgħu jitqiesu li ntemmew, fis-sens tal-Artikoli 365(3) jew 366(2) u (3) tar-Regolament ta’ implementazzjoni. Ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ma kkontestat dawn il-konklużjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kampijiet ta’ applikazzjoni rispettivi tal-Artikoli 203 u 204 tal-Kodiċi Doganali, għandu jitfakkar li dawn huma distinti. Fil-fatt, filwaqt li l-ewwel wieħed jikkonċerna l-aġir li jwassal sabiex il-merkanzija titneħħa mis-sorveljanza doganali, it-tieni wieħed jikkonċerna n-nuqqasijiet milli jitwettqu l-obbligi u n-nuqqasijiet milli jiġu osservati kundizzjonijiet marbuta mad-diversi proċeduri doganali li ma jkun kellhom ebda impatt fuq is-sorveljanza doganali (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>DSV Road</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑187/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:421">EU:C:2015:421</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Mill-formulazzjoni tal-Artikolu 204 tal-Kodiċi Doganali jirriżulta li din id-dispożizzjoni tapplika biss fil-każijiet li ma jaqgħux taħt l-Artikolu 203 ta’ dan il-kodiċi (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>DSV Road</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑187/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:421">EU:C:2015:421</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, sabiex jiġi ddeterminat liema wieħed minn dawn iż-żewġ artikoli huwa l-bażi għat-tnissil ta’ dejn doganali fuq l-importazzjoni, għandu jiġi eżaminat qabel kollox jekk il-fatti inkwistjoni jikkostitwixxux tneħħija mis-sorveljanza doganali, fis-sens tal-Artikolu 203(1) tal-Kodiċi Doganali. Huwa biss fil-każ li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tkun negattiva li jistgħu jkunu applikabbli d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 204 tal-Kodiċi Doganali (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>DSV Road</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑187/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:421">EU:C:2015:421</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fir-rigward, b’mod iktar partikolari, tal-kunċett ta’ tneħħija mis-sorveljanza doganali, li jinsab fl-Artikolu 203(1) tal-Kodiċi Doganali, għandu jitfakkar li, konformement mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, dan il-kunċett għandu jinftiehem fis-sens li jkopri kull att jew kull ommissjoni li jwasslu sabiex l-awtorità doganali kompetenti tkun prekluża, anki jekk b’mod provviżorju, milli jkollha aċċess għal merkanzija taħt sorveljanza doganali u milli twettaq il-kontrolli previsti fl-Artikolu 37(1) tal-Kodiċi Doganali (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>DSV Road</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑187/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:421">EU:C:2015:421</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Sabiex ikun hemm tneħħija mis-sorveljanza doganali, huwa biżżejjed li l-merkanzija kienet oġġettivament eskluża minn kontrolli eventwali, irrispettivament minn jekk dawn kinux effettivament twettqu mill-awtorità kompetenti (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>SEK Zollagentur</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑75/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1759">EU:C:2014:1759</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 25 sa 29 ta’ din is-sentenza, għandu jiġi kkonstatat li sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, deskritta fil-punti 23 u 24 ta’ din is-sentenza, taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 203 tal-Kodiċi Doganali u mhux f’dak tal-Artikolu 204 ta’ dan il-kodiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif josserva l-Avukat Ġenerali fil-punti 25 u 26 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-obbligu tad-detentur ta’ proċedura ta’ tranżitu li jippreżenta l-merkanzija fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni, previst fl-Artikolu 96(1)(a) tal-Kodiċi Doganali, għandu rwol primordjali fil-funzjonament tas-sorveljanza doganali fil-kuntest ta’ tali proċedura peress li, konformement mal-Artikolu 92(2) tal-imsemmi kodiċi, din il-preżentazzjoni tippermetti lill-awtoritajiet doganali jistabbilixxu, fuq il-bażi ta’ paragun tad-data disponibbli rispettivament fl-uffiċċji doganali tat-tluq u tad-destinazzjoni, jekk il-proċedura ta’ tranżitu tkunx intemmet korrettament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>B’hekk, f’sitwazzjoni bħal dik tal-kawża prinċipali, nuqqas milli jitwettaq l-obbligu li l-merkanzija tiġi ppreżentata fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni qabel ma tinħareġ mit-territorju doganali tal-Unjoni jwassal sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu preklużi milli jwettqu wieħed mill-kontrolli doganali msemmija fl-Artikolu 37(1) tal-Kodiċi Doganali, jiġifieri dak previst fl-Artikolu 92(2) ta’ dan il-kodiċi, li huwa deċiżiv għall-funzjonament tal-proċedura ta’ tranżitu, sa fejn jippermetti lil dawn l-awtoritajiet jistabbilixxu jekk il-proċedura ta’ tranżitu ntemmitx korrettament. Tali nuqqas jikkostitwixxi tneħħija<?PAGE NO="9"?> mis-sorveljanza doganali, fis-sens tal-Artikolu 203 tal-Kodiċi Doganali peress li lanqas ma huma ssodisfatti r-rekwiżiti tal-Artikoli 365(3) jew 366(2) u (3) tar-Regolament ta’ implementazzjoni, li jippermettu li jitqies li tali proċedura ntemmet minkejja l-assenza tal-preżentazzjoni tal-merkanzija fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Sa fejn il-Kummissjoni Ewropea ssostni li l-eżistenza ta’ tneħħija mis-sorveljanza doganali hija eskluża f’dan il-każ minħabba li l-merkanzija inkwistjoni fil-kawża prinċipali kienet tinstab taħt is-sorveljanza tal-awtoritajiet doganali sakemm inħarġet mit-territorju doganali tal-Unjoni, għandu jiġi kkonstatat li, billi naqset milli twettaq l-obbligu tagħha, li jirriżulta mill-Artikolu 96(1)(a) tal-Kodiċi Doganali, li tippreżenta din il-merkanzija fl-uffiċċji doganali tad-destinazzjoni rispettivi tagħha qabel inħarġet mit-territorju doganali tal-Unjoni, B &amp; S neħħiet l-imsemmija merkanzija mis-sorveljanza doganali qabel ma din inħarġet minn dan it-territorju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Barra minn hekk, is-sempliċi fatt li l-merkanzija inkwistjoni fil-kawża prinċipali nħarġet mit-territorju doganali tal-Unjoni ma jipprekludix li nuqqas milli jitwettaq l-obbligu li din il-merkanzija tiġi ppreżentata fl-uffiċċji doganali tad-destinazzjoni rispettivi tagħha jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>tneħħija mis-sorveljanza doganali<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, li tagħti lok għal dejn doganali fuq il-bażi tal-Artikolu 203 tal-Kodiċi Doganali. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kkonkludiet li teżisti tali tneħħija anki fl-assenza ta’ integrazzjoni irregolari tal-merkanzija kkonċernata fiċ-ċirkulazzjoni ekonomika tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>B’hekk, fis-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Hamann International</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑337/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:90">EU:C:2004:90</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, kif jirriżulta b’mod partikolari mill-punti 21 sa 24, 32 u 36 ta’ dik is-sentenza, li, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-kawża li tat lok għal dik is-sentenza, in-nuqqas milli jitwettaq l-obbligu li merkanzija titqiegħed taħt il-proċedura ta’ tranżitu kien jikkostitwixxi tneħħija mis-sorveljanza doganali, fis-sens tal-Artikolu 203 tal-Kodiċi Doganali, minkejja li l-merkanzija kkonċernata kienet inħarġet mit-territorju tal-Unjoni. Fis-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>SEK Zollagentur</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑75/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1759">EU:C:2014:1759</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja qieset, kif jirriżulta b’mod partikolari mill-punti 18 u 33 ta’ dik is-sentenza, li t-tbegħid temporanju tad-dokument ta’ tranżitu mill-merkanzija indikata fuq dan id-dokument kellu jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>tneħħija tal-imsemmija merkanzija mis-sorveljanza doganali<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, fis-sens ta’ dan l-artikolu, minkejja li l-merkanzija kkonċernata kienet ġiet integrata korrettament fiċ-ċirkulazzjoni ekonomika tal-Unjoni permezz tat-tqegħid tagħha f’ċirkulazzjoni libera.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li n-natura ekonomika tad-dazji fuq l-importazzjoni ma tipprekludix li, f’sitwazzjoni fejn il-merkanzija tinħareġ mit-territorju doganali tal-Unjoni, jitnissel dejn doganali fuq il-bażi tal-Artikolu 203(1) tal-Kodiċi Doganali peress li l-Artikolu 239 ta’ dan il-kodiċi jipprevedi, taħt ċerti kundizzjonijiet, ir-rimbors jew il-maħfra tad-dazji legalment dovuti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Hamann International</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑337/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:90">EU:C:2004:90</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-konstatazzjoni magħmula fil-punt 30 ta’ din is-sentenza lanqas ma tista’ tiġi kkontestata permezz tal-argument, espost mill-qorti tar-rinviju u mqajjem minn B &amp; S, fis-sens li mis-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>X</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑480/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:329">EU:C:2014:329</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) jirriżulta li n-nuqqas li jitwettaq l-obbligu li l-merkanzija inkwistjoni fil-kawża prinċipali tiġi ppreżentata fl-uffiċċji doganali tad-destinazzjoni rispettivi tagħha ma jagħtix lok għal dejn doganali fuq il-bażi tal-Artikolu 203 tal-Kodiċi Doganali sa fejn il-ħruġ ta’ din il-merkanzija mit-territorju tal-Unjoni elimina r-riskju li l-imsemmija merkanzija tiġi integrata b’mod irregolari fiċ-ċirkulazzjoni ekonomika tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-punt 37 ta’ dik is-sentenza kif ukoll mill-espożizzjoni tal-fatti marbuta mal-kawża li tat lok għall-imsemmija sentenza jirriżulta li dik is-sentenza kienet tikkonċerna każ fejn il-merkanzija inkwistjoni kienet is-suġġett ta’ preżentazzjoni, għalkemm tardiva, fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni. Issa, għall-kuntrarju, il-merkanzija inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma kienet is-suġġett ta’ ebda preżentazzjoni fl-uffiċċji doganali tad-destinazzjoni rispettivi tagħha li permezz tagħha l-awtoritajiet setgħu jiżguraw li l-proċedura ta’ tranżitu kienet intemmet korrettament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punti 30 u 31 tal-konklużjonijiet tiegħu, fid-dawl tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 35 ta’ din is-sentenza, mis-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>X</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑480/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:329">EU:C:2014:329</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) ma jistax jiġi dedott li din is-sentenza tal-aħħar tistabbilixxi regola ġenerali fis-sens li s-sempliċi prova tal-assenza ta’ integrazzjoni irregolari ta’ merkanzija fiċ-ċirkulazzjoni ekonomika tal-Unjoni hija biżżejjed, fiha nnifisha, sabiex jiġu esklużi l-eżistenza ta’ tneħħija mis-sorveljanza doganali jew it-tnissil ta’ dejn doganali skont l-Artikolu 203 tal-Kodiċi Doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda hija li l-Artikoli 203 u 204 tal-Kodiċi Doganali għandhom jiġu interpretati fis-sens li nuqqas li jitwettaq l-obbligu li merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura ta’ tranżitu tiġi ppreżentata fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jagħti lok għal dejn doganali fuq il-bażi tal-Artikolu 203 ta’ dan il-kodiċi u mhux fuq il-bażi tal-Artikolu 204 tal-imsemmi kodiċi, fil-każ li l-merkanzija kkonċernata tkun inħarġet mit-territorju doganali tal-Unjoni u fil-każ li d-detentur tal-imsemmija proċedura ma jkunx f’pożizzjoni li jipproduċi dokumenti konformi mal-Artikoli 365(3) jew 366(2) u (3) tar-Regolament ta’ implementazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni u t-tielet domandi</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 859 tar-Regolament ta’ implementazzjoni, li huwa s-suġġett tat-tieni u tat-tielet domandi, ma japplikax fis-sitwazzjonijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 203 tal-Kodiċi Doganali. Għaldaqstant, fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni u għat-tielet domandi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikoli 203 u 204 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-<DATE ISO="19921012">12 ta’ Ottubru 1992</DATE>, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006, tal-<DATE ISO="20061120">20 ta’ Novembru 2006</DATE>, għandhom jiġu interpretati fis-sens li nuqqas li jitwettaq l-obbligu li merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura ta’ tranżitu Komunitarju estern tiġi ppreżentata fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jagħti lok għal dejn doganali fuq il-bażi tal-Artikolu 203 tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 1791/2006, u mhux fuq il-bażi tal-Artikolu 204 tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 1791/2006, fil-każ li l-merkanzija kkonċernata tkun inħarġet mit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea u fil-każ li d-detentur tal-imsemmija proċedura ma jkunx f’pożizzjoni li jipproduċi dokumenti konformi mal-Artikolu 365(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-<DATE ISO="19930702">2 ta’ Lulju 1993</DATE>, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 2913/92, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 993/2001, tal-<DATE ISO="20010504">4 ta’ Mejju 2001</DATE>, jew mal-Artikolu 366(2) u (3) tar-Regolament Nru 2454/93, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1192/2008, tas-<DATE ISO="20081117">17 ta’ Novembru 2008</DATE>.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>