European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2616

4.10.2024

LINJA GWIDA (UE) 2024/2616 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-30 ta’ Lulju 2024

li temenda l-Linja Gwida (UE) 2022/912 dwar il-ġenerazzjoni ġdida tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET) (BĊE/2022/8) (BĊE/2024/20)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 3.1 u l-Artikoli 17, 18 u 22 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kunsill Governattiv wettaq reviżjoni tar-remunerazzjoni applikata għad-depożiti miżmuma mal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ’il quddiem il-“BĊNi”) u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) li mhumiex relatati mal-implimentazzjoni tal-politika monetarja (“depożiti tal-politika mhux monetarja”). L-għan tar-reviżjoni kien li tiġi evitata interferenza potenzjali ta’ tali depożiti mal-politika monetarja unika, filwaqt li tiġi żgurata konformità mal-prinċipju ta’ ekonomija tas-suq miftuħ u konsistenza fit-trattament ta’ depożiti simili fi ħdan l-Eurosistema.

(2)

Wara r-rieżami, il-Kunsill Governattiv adotta d-Deċiżjoni (UE) 2024/1209 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2024/11) (1) fis-16 ta’ April 2024 bħala att legali uniku li fih dispożizzjonijiet dwar ir-rimunerazzjoni ta’ depożiti ta’ politika mhux monetarja sabiex jissaħħu t-trasparenza u l-konsistenza.

(3)

Konsegwentement, ċerti dispożizzjonijiet dwar ir-remunerazzjoni stabbiliti fil-Linja Gwida (UE) 2022/912 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2022/8) (2) għandhom jiġu ssostitwiti b’referenzi għad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Deċiżjoni (UE) 2024/1209 (BĊE/2024/11).

(4)

Jeħtieġ ukoll li jiġu ċċarati ċerti aspetti oħra tal-Linja Gwida (UE) 2022/912 (BĊE/2022/8), u li tiġi aġġornata, kif ukoll li jiġu introdotti ċerti reviżjonijiet editorjali.

(5)

Minħabba li d-Deċiżjoni (UE) 2024/1209 (BĊE/2024/11) se tapplika mill-1 ta’ Diċembru 2024, id-dispożizzjonijiet ta’ din il-Linja Gwida għandhom japplikaw mill-istess data, sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali.

(6)

Għaldaqstant, il-Linja Gwida (UE) 2022/912 (BĊE/2022/8) għandha tiġi emendata kif xieraq,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emendi

Il-Linja Gwida (UE) 2022/912 (BĊE/2022/8) hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 9, il-paragrafu 8 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“8.   Il-BĊi tal-Eurosistema ma għandhomx jirreġistraw, fil-kontijiet tagħhom stess, detenturi ta’ BIC indirizzabbli jew partijiet aċċessibbli li huma eliġibbli biex jipparteċipaw fit-TARGET kif stabbilit fl-Artikolu 4 tal-Parti I tal-Anness I, bl-eċċezzjoni tal-fergħat proprji tal-BĊ tal-Eurosistema rilevanti, dawk l-entitajiet elenkati taħt l-Anness I, il-Parti I, l-Artikolu 4(2), il-punti (a) u (b), u l-kontijiet ta’ depożitu tal-parteċipanti elenkati fil-paragrafu 2, il-punt (d).”

;

(2)

fl-Artikolu 11(5), il-punt (b) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(b)

in-natura tal-intitolament għal fondi miżmuma f’kont TARGET fejn il-fondi miżmuma ma jiffurmawx parti mill-patrimonju tal-AS, b’mod partikolari biex tiġi żgurata l-konformità mal-politika tal-Eurosistema dwar l-użu ta’ prefinanzjament minn sistemi anċillari kif ippubblikata fuq is-sit web tal-BĊE.”;

(3)

L-Annessi I u III huma emendati skont l-Anness ta’ din il-Linja Gwida.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni

1.   Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-BĊNi.

2.   Il-BĊNi għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida u japplikawhom mill-1 ta’ Diċembru 2024. Huma għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi relatati mal-miżuri sa mhux aktar tard minn sal-31 ta’ Ottubru 2024.

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-30 ta’ Lulju 2024.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  Deċiżjoni (UE) 2024/1209 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ April 2024 dwar ir-remunerazzjoni ta’ ċerti depożiti ta’ politika mhux monetarja miżmuma ma’ banek ċentrali nazzjonali u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2024/11) (ĠU L, 2024/1209, 3.5.2024 ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1209/oj).

(2)  Linja Gwida (UE) 2022/912 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Frar 2022 dwar ġenerazzjoni ġdida tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system (TARGET) u li tħassar il-Linja Gwida BĊE/2012/27 (BĊE/2022/8) (ĠU L 163, 17.6.2022, p. 84).


ANNESS

L-Annessi I u III tal-Linja Gwida (UE) 2022/912 (BĊE/2022/8) huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-Parti I, l-Artikolu 12 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 12

Remunerazzjoni tal-Kontijiet

1.   Il-MCAs, id-DCAs u s-subkontijiet għandhom jiġu rremunerati bir-rata stabbilita fl-Artikolu 2(3), il-punt (b), tad-Deċiżjoni (UE) 2024/1209 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2024/11) (*1), sakemm ma jintużawx biex jinżammu xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

riżervi minimi;

(b)

riżervi f’eċċess.

Fil-każ ta’ riżervi minimi, il-kalkolu u l-ħlas tar-remunerazzjoni tal-parteċipazzjonijiet għandhom ikunu rregolati mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 (*2)u mir-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1).

Fil-każ ta’ riżervi f’eċċess, il-kalkolu u l-ħlas tar-remunerazzjoni tal-parteċipazzjonijiet għandhom ikunu rregolati mid-Deċiżjoni (UE) 2019/1743 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2019/31) (*3).

2.   Il-bilanċi mil-lum għall-għada miżmuma f’kont tekniku ta’ TIPS AS jew f’kont tekniku ta’ RTGS AS għall-proċedura ta’ saldu D ta’ AS, u l-fondi ta’ garanzija miżmuma mill-infrastrutturi tas-suq finanzjarju taż-ŻEE, inklużi dawk miżmuma f’kont ta’ fond ta’ garanzija AS, għandhom jiġu rremunerati bir-rata stabbilita fl-Artikolu 2(3), il-punt (c), tad-Deċiżjoni (UE) 2024/1209 (BĊE/2024/11).

3.   Depożiti tal-gvern kif iddefiniti fl-Artikolu 2, il-punt (5), tal-Linja Gwida (UE) 2019/671 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2019/7) (*4)għandhom jiġu rremunerati f’konformità mar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 2(3), il-punt (a), tad-Deċiżjoni (UE) 2024/1209 (BĊE/2024/11) [jekk applikabbli: u r-rata [daħħal l-implimentazzjoni tal-BĊNi tal-Artikolu 2(3), il-punt (a) tad-Deċiżjoni (UE) 2024/1209 (BĊE/2024/11)] % p.a. għandha tapplika].

(*1)  Deċiżjoni (UE) 2024/1209 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ April 2024 dwar ir-remunerazzjoni ta’ ċerti depożiti ta’ politika mhux monetarja miżmuma ma’ banek ċentrali nazzjonali u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2024/11) (ĠU L, 2024/1209, 3.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1209/oj)."

(*2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 tat-23 Novembru 1998 li għandu x’jaqsam mal-applikazzjoni ta’ riservi minimi tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3 p. 16-18)."

(*3)  Deċiżjoni (UE) 2019/1743 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta’ Ottubru 2019 dwar ir-remunerazzjoni ta’ holdings ta’ eċċess ta’ riżervi u ta’ ċerti depożiti (BĊE/2019/31) (ĠU L 267, 21.10.2019, p. 12)."

(*4)  Linja Gwida (UE) 2019/671 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta’ April 2019 dwar operazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet domestiċi mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊE/2019/7) (ĠU L 113, 29.4.2019, p. 11).”;"

(b)

L-Appendiċi II hija emendat kif gej:

(i)

fil-paragrafu 2 (Kundizzjonijiet għal offerti ta’ kumpens), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Pagatur jista’ jissottometti talba għal tariffa amministrattiva u kumpens tal-imgħax jekk, minħabba ħsara teknika tat-TARGET:

(i)

ordni ta’ trasferiment ta’ flus (inkluż lill-faċilità ta’ depożitu, jew lil MCAs jew DCAs wieħed jew aktar li jappartjenu lil dak il-parteċipant u mmarkati għall-fini li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ riżerva minima tagħha) ma tkunx ġiet saldata fil-jum ta’ negozju li fih tkun ġiet aċċettata jew ma setgħetx tiġi sottomessa; u

(ii)

il-parteċipant ipprova juża, jekk applikabbli, il-miżuri tal-ipproċessar ta’ kontinġenza kif deskritti fl-Appendiċi IV, inkluż li jitlob appoġġ minn [daħħal l-isem tal-BĊ].”;

(ii)

fil-paragrafu 3 (Kalkolu tal-kumpens), fil-punt (a), il-punt (ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(ii)

il-kumpens ta’ imgħax għandu jiġi ddeterminat bl-applikazzjoni ta’ rata ta’ referenza stabbilita minn jum għal jum. Din ir-rata ta’ referenza għandha tkun l-aktar rata baxxa tal-euro fuq terminu qasir (€STR) nieqes 20 punt bażi u r-rata tal-faċilità ta’ self marġinali sakemm il-pretensjoni ma tkunx relatata ma’ ordni ta’ trasferiment ta’ flus lill-faċilità ta’ depożitu, f’liema każ ir-rata ta’ referenza għandha tkun ir-rata tal-faċilità ta’ depożitu. Ir-rata ta’ referenza għandha tiġi applikata għal:

(1)

l-ammont tal-ordni ta’ trasferiment ta’ flus kontanti, ħlief għall-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus kontanti msemmija fil-punt (2), mhux saldat bħala riżultat tal-ħsara teknika tat-TARGET għal kull jum tal-ħsara fil-perijodu mid-data tas-sottomissjoni attwali tal-ordni ta’ trasferiment ta’ flus jew mid-data tat-tentattiv ta’ sottomissjoni tal-ordni ta’ trasferiment ta’ flus sad-data li fiha l-ordni ta’ trasferiment ta’ flus ġiet jew setgħet ġiet saldata b’suċċess;

(2)

fir-rigward ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus kontanti lil MCAs jew DCAs waħda jew aktar immarkati għall-fini li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ riżerva minima, imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a), id-differenza bejn l-ammont tal-ordni ta’ trasferiment ta’ flus kontanti mhux saldat fil-jum tal-ħsara teknika tat-TARGET u l-ammont li bih il-parteċipant naqas milli jkopri r-rekwiżiti tar-riżerva minima tiegħu bħala riżultat, mid-data tal-ħsara sa tmiem il-perijodu ta’ żamma tar-riżerva.

Kwalunkwe imgħax jew imposta li tirriżulta mit-tqegħid ta’ kwalunkwe ordni ta’ trasferiment ta’ flus mhux saldata fuq depożitu mal-Eurosistema għandha titnaqqas minn, jew tiġi imposta fuq, l-ammont ta’ kwalunkwe kumpens, skont il-każ.”;

(iii)

fil-paragrafu 3 (Kalkolu tal-kumpens), fil-punt (b), il-punt (ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(ii)

il-metodu stabbilit fil-punt (a)(ii)(1) għall-kalkolu tal-kumpens tal-imgħax għandu japplika ħlief li l-kumpens tal-imgħax għandu jitħallas b’rata ugwali għad-differenza bejn ir-rata tal-faċilità ta’ self marġinali u r-rata ta’ referenza, u għandu jiġi kkalkulat fuq l-ammont ta’ kwalunkwe rikors għall-faċilità ta’ self marġinali li jseħħ bħala riżultat tal-ħsara teknika tat-TARGET.”;

(iv)

fil-paragrafu 4 (Regoli proċedurali), il-punti (b), (c) u (d) huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“(b)

Il-parteċipanti għandhom jissottomettu l-formoli tat-talba tagħhom lil [daħħal l-isem tal-BĊ] fi żmien erba’ ġimgħat minn ħsara teknika fit-TARGET. Kwalunkwe informazzjoni u evidenza addizzjonali mitluba minn [daħħal l-isem tal-BĊ] għandhom jiġu pprovduti fi żmien ġimagħtejn minn meta ssir din it-talba.

(c)

Il-[daħħal l-isem tal-BC] għandu janalizza t-talbiet u jibgħathom lill-BĊE. Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u kkomunikat lill-parteċipanti, it-talbiet kollha riċevuti għandhom jiġu vvalutati mhux aktar tard minn 14-il ġimgħa wara li sseħħ il-ħsara teknika tat-TARGET sakemm it-talba ma tkunx relatata ma’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus lil MCAs jew DCAs waħda jew aktar li jappartjenu lil dak il-parteċipant u mmarkati għall-fini li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ riżerva minima kif imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (a), f’liema każ it-talbiet riċevuti għandhom jiġu vvalutati mhux aktar tard minn 14-il ġimgħa wara t-tmiem tal-perijodu ta’ manutenzjoni ta’ riżerva li matulu tkun seħħet il-ħsara teknika tat-TARGET.

(d)

Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jikkomunika r-riżultat tal-valutazzjoni msemmija fis-subparagrafu (c) lill-parteċipanti rilevanti. Jekk il-valutazzjoni tkun tinvolvi offerta ta’ kumpens, il-parteċipanti kkonċernati għandhom, fi żmien 4 ġimgħat mill-komunikazzjoni ta’ tali offerta, jew jaċċettawha jew jirrifjutawha, fir-rigward ta’ kull ordni ta’ trasferiment ta’ flus inkluża f’kull talba, billi jiffirmaw ittra standard ta’ aċċettazzjoni (fil-formola disponibbli fuq is-sit web ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ] (ara [daħħal ir-referenza għas-sit web tal-BĊ]). Jekk din l-ittra ma tkunx waslet għand il-[daħħal l-isem tal-BĊ] fi żmien 4 ġimgħat, il-parteċipanti kkonċernati għandhom jitqiesu li rrifjutaw l-offerta ta’ kumpens.”;

(c)

fl-Appendiċi V, il-punt 6(c) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“6.

Il-fażijiet differenti tal-jum ta’ negozju tat-TARGET u l-avvenimenti operazzjonali sinifikanti rilevanti għall-MCAs, RTGS DCAs (*), T2S DCAs u TIPS DCAs (**) huma murija fit-tabella li ġejja:

SS:MM

MCAs

RTGS DCAs (1)

T2S DCAs

TIPS DCAs (2)

Madwar 18:45 (D-1)

Bidu tal-jum ta’ negozju: Bidla fid-data tal-valur.

Bidu tal-jum ta’ negozju: Bidla fid-data tal-valur.

Bidu tal-jum ta’ negozju: Bidla fid-data tal-valur.

Tħejjija tas-saldu ta’ billejl.

L-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ ħlas istantanju.

L-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità lejn/minn kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS.

L-ebda trasferiment ta’ likwidità bejn TIPS DCAs u kontijiet oħrajn.

19:00 (D-1)

Saldu tas-CBOs. Rimborż ta’ self marġinali.

Rimborż ta’ depożiti mil-lum għall-għada.

L-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferimenti ta’ likwidità awtomatizzati u bbażati fuq ir-regoli.

 

Skadenza għall-aċċettazzjoni tal-feeds tad-data tas-CMS.

Tħejjija tas-saldu ta’ billejl.

19:30 (D-1)

Saldu tas-CBOs.

L-ipproċessar ta’ ordnijiet permanenti ta’ trasferiment ta’ likwidità.

L-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità awtomatizzati, ibbażati fuq ir-regoli u immedjati.

Saldu ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS

L-ipproċessar ta’ ordnijiet permanenti ta’ trasferiment ta’ likwidità.

L-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità awtomatizzati, ibbażati fuq ir-regoli u immedjati.

 

L-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ ħlas istantanju.

L-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità lejn/minn kontijiet tekniċi TIPS AS u ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità bejn TIPS DCAs u MCAs/RTGS DCAs.

20:00 (D-1)

Ċikli ta’ saldu ta’ billejl.

L-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ ħlas istantanju.

L-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità lejn/minn kontijiet tekniċi TIPS AS u ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità bejn TIPS DCAs u kontijiet TARGET oħrajn.

02:30 (D)

Saldu ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS

L-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità awtomatizzati, ibbażati fuq ir-regoli u immedjati.

L-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ ħlas tal-klijenti u interbankarji.

02:30

(jum kalendarju ta’ wara

D-1)

Perijodu ta’ manutenzjoni mhux fakultattiv sa 02: 30 fil-

jiem tax-xogħol wara l-jiem tal-għeluq, inkluż kull jum ta’ negozju t-Tnejn.

Perijodu ta’ manutenzjoni fakultattiv (jekk meħtieġa) minn 03:00–05: 00 fil-

Jiem ta’ negozju TARGET

Perijodu ta’ manutenzjoni mhux fakultattiv sa 02:30 fil-jiem ta’ negozju wara l-jiem tal-għeluq inkluż kull jum ta’ negozju nhar ta’ Tnejn.

Perijodu ta’ manutenzjoni fakultattiv (jekk meħtieġa) minn 03:00–05: 00 fil-jiem tan-negozju tat-TARGET.

Perijodu ta’ manutenzjoni mhux fakultattiv sa 02:30 fil-jiem ta’ negozju wara l-jiem tal-għeluq inkluż kull jum ta’ negozju nhar ta’ Tnejn.

Perijodu ta’ manutenzjoni fakultattiv (jekk meħtieġ) minn 03:00–05: 00 fil-

Jiem ta’ negozju TARGET (3).

L-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ ħlas istantanju.

L-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità lejn/minn kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS.

L-ebda ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità bejn TIPS DCAs u kontijiet TARGET oħra.

Ħin tal-ftuħ mill-ġdid * (D)

Saldu tas-CBOs.

Ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità awtomatizzati

bbażati fuq ir-regoli u immedjati.

Saldu ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS

L-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità awtomatizzati, ibbażati fuq ir-regoli u immedjati.

L-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ ħlas tal-klijenti u interbankarji.

Ċikli ta’ saldu ta’ billejl.

L-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ ħlas istantanju.

L-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità lejn/minn kontijiet tekniċi TIPS AS u ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità bejn TIPS DCAs u kontijiet TARGET oħrajn.

05:00 (D)

 

 

Negozjar tal-ġurnata/Saldu f’ħin reali:

It-tħejjija tas-saldu f’ħin reali;

Perijodi ta’ saldu parzjali (4).

 

16:00 (D)

Skadenza għal ordnijiet DvP.

16:30 (D)

Rimborż awtomatiku tal-awtokollateralizzazzjoni segwit mill-isweep tal-flus fakultattiv.

17:00 (D)

Skadenza għall-ordnijiet ta’ ħlas tal-klijenti.

 

17:40 (D)

Skadenza għall-operazzjonijiet ta’ ġestjoni tat-teżor miftiehma bilateralment (BATM) u l-skadenza tas-CBO.

17:45 (D)

Skadenza għal ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità lil T2S- DCAs.

Skadenza għal ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità ’l ġewwa.

L-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ ħlas istantanju.

L-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità lejn/minn kontijiet tekniċi TIPS AS u ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità bejn TIPS DCAs u MCAs/RTGS DCAs.

Ibblokkar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità minn TIPS DCAs għal T2S DCAs. L-ebda ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità bejn T2S DCAs u TIPS DCAs ma tiġi pproċessata matul dan il-perijodu.

18:00 (D)

Skadenza għal:

—

l-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità

—

CBOs, ħlief faċilitajiet permanenti

—

modifiki fil-linja ta’ kreditu

Skadenza għal:

—

ordnijiet ta’ ħlas interbankarji

—

likwidità

ordnijiet ta’ trasferiment

—

ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS.

Skadenza tal-FOP

Tmiem tal-ipproċessar tas-saldu T2S.

Ir-riċiklaġġ u t-tindif. Rappurtar u dikjarazzjonijiet ta’ tmiem il-jum.

L-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ ħlas istantanju.

L-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità lejn/minn kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS. L-ebda ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità bejn TIPS DCAs u kontijiet oħra.

 

 

 

 

Ftit wara s-18:00:

Bidla fil-jum ta’ negozju (wara li jiġi riċevut il-messaġġ camt.019 mill-MCA/RTGS).

Stampa tal-bilanċi TIPS DCAs u r-rapportar ta’ tmiem il-jum.

18:15 (D)

Skadenza għall-użu ta’ faċilitajiet permanenti.

 

 

L-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ ħlas istantanju u ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità lil/minn kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS.

L-ebda ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità bejn TIPS DCAs u kontijiet oħra.

18:40 (D)

Skadenza għall-użu ta’ self marġinali (BĊNi biss).

Proċessar ta’ tmiem il-jum

 

 

Is-sigħat tal-operat jistgħu jinbidlu f’każ li jiġu adottati miżuri ta’ kontinwità tal-operat skont l-Appendiċi IV. Fl-aħħar jum tal-perijodu ta’ żamma tar-riżerva tal-Eurosistema, il-ħinijiet ta’ skadenza 18:15, 18:40, 18:45, 19:00 u 19:30 għall-MCAs u għall-RTGS DCAs (kif ukoll għall-kontijiet tekniċi ta’ RTGS AS u s-subkontijiet u l-kontijiet ta’ fondi ta’ garanzija ta’ AS) għandhom iseħħu 15-il minuta aktar tard.

Lista ta’ abbrevjazzjonijiet u noti għal din it-tabella:

*

Ħinijiet ta’ ftuħ mill-ġdid: jistgħu jvarjaw skont is-sitwazzjoni. L-informazzjoni hija pprovduta mill-Operatur.

(D-1):

jum ta’ negozju preċedenti

(D):

jum ta’ negozju = data tal-valur

CMS:

Sistema ta’ Ġestjoni tal-Kollateral

Ordnijiet ta’ DVP:

Ordnijiet ta’ Kunsenja kontra Ħlas.

(*)

Japplika wkoll għall-kontijiet tekniċi ta’ RTGS AS, għas-subkontijiet u għall-kontijiet ta’ fond ta’ garanzija ta’ AS.

(**)

Japplika wkoll għall-kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS”.

(d)

fl-Appendiċi VI, it-taqsima 6 (TARIFFI GĦAD-DETENTURI TIPS DCA), u t-taqsima 7 (TARIFFI GĦALL-UŻU TA’ TIPS BĦALA PROĊEDURA TA’ SALDU) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“6.   TARIFFI GĦAD-DETENTURI TIPS DCA

It-tariffi għall-operat ta’ TIPS DCAs għandhom jiġu imposti kif ġej:

(a)

Għal kull TIPS DCA, għandha tiġi imposta tariffa fissa ta’ EUR 800 fix-xahar fuq id-detentur tat-TIPS DCA. Din it-tariffa fissa għandha tinkludi BIC wieħed, li għandu jkun parti aċċessibbli fit-TIPS u indikat għall-użu tad-detentur TIPS DCA;

(b)

Għal kull parti oħra aċċessibbli, sa massimu ta’ 50, indikata mid-detentur TIPS DCA, għandha titħallas tariffa fissa ta’ EUR 20 fix-xahar lid-detentur TIPS DCA indikat. Ma għandha tiġi imposta l-ebda tariffa għal kwalunkwe parti aċċessibbli sussegwenti indikata;

(c)

Għal kull ordni ta’ ħlas istantanju jew tweġiba pożittiva għall-irtirar aċċettata minn [daħħal l-isem tal-BĊ] kif stabbilit fl-Artikolu 17 tal-Parti I, għandha tiġi imposta tariffa ta’ EUR 0.001 kemm fuq id-detentur ta’ TIPS DCA li għandu jiġi ddebitat kif ukoll fuq id-detentur tal-kont tekniku TIPS DCA jew TIPS AS li għandu jiġi kkreditat, kemm jekk l-ordni ta’ ħlas istantanju jew it-tweġiba pożittiva għall-irtirar tiġix saldata jew le;

(d)

Ma għandha tiġi imposta l-ebda tariffa għal ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità minn TIPS DCAs lil MCAs, RTGS DCAs, subkontijiet, kontijiet ta’ depożitu mil-lum għall-għada, kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS jew T2S DCAs.

7.   TARIFFI GĦALL-AS LI JUŻAW IL-PROĊEDURA TA’ SALDU

It-tariffi għall-użu minn AS tal-proċedura ta’ saldu ta’ TIPS AS għandhom jiġu imposti kif ġej:

(a)

Għal kull kont tekniku ta’ TIPS AS għandha titħallas tariffa fissa fix-xahar ta’ EUR 3 000 lid-detentur tal-kont tekniku ta’ TIPS AS;

(b)

Għal kull parti aċċessibbli, sa massimu ta’ 50, indikata mid-detentur tal-kont tekniku TIPS AS, għandha tiġi imposta tariffa fissa ta’ EUR 20 fix-xahar lid-detentur tal-kont tekniku TIPS AS ta’ indikazzjoni. Ma għandha tiġi imposta l-ebda tariffa għal kwalunkwe parti aċċessibbli sussegwenti indikata;

(c)

Għal kull ordni ta’ ħlas istantanju jew tweġiba għall-irtirar pożittiva aċċettata minn [daħħal l-isem tal-BĊ] kif stabbilit fl-Artikolu 17 tal-Parti I, għandha tiġi imposta tariffa ta’ EUR 0,001 kemm fuq id-detentur tal-kont tekniku ta’ TIPS AS li għandu jiġi ddebitat kif ukoll fuq id-detentur tal-kont tekniku TIPS AS jew TIPS DCA li għandu jiġi kkreditat, kemm jekk l-ordni ta’ ħlas istantanju jew it-tweġiba għall-irtirar pożittiv kif ukoll jekk le jissaldaw;

(d)

Ma għandha tiġi imposta l-ebda tariffa għal ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità minn kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS lil TIPS DCAs;

(e)

Minbarra t-tariffi stabbiliti hawn fuq, kull AS għandha tkun soġġetta għal tariffa fix-xahar ibbażata fuq il-volum gross sottostanti ta’ ħlasijiet istantanji, ħlas kważi istantanji u risposti pożittivi għall-irtirar saldati fil-pjattaforma tal-AS stess u permessi mill-pożizzjonijiet prefinanzjati fuq il-kont tekniku ta’ TIPS AS. Għal kull xahar, kull AS għandha tirrapporta l-volum gross sottostanti tal-ħlasijiet istantanji saldati tagħha, ħlasijiet kważi istantanji u r-risposti pożittivi għall-irtirar saldati mqarrba ’l isfel sal-eqreb għaxart elef, sa mhux aktar tard mit-tielet jum ta’ negozju tax-xahar ta’ wara. Il-volum sottostanti gross irrapportat għandu jiġi applikat minn [daħħal l-isem tal-BĊ] biex tiġi kkalkolata t-tariffa unitarja għal kull pagament istantanju saldat, pagament kważi istantanju jew tweġiba pożittiva saldata għall-irtirar għax-xahar preċedenti skont it-tabella li ġejja:

Volum gross sottostanti rrapportat

 

Minn

Lil

Tariffa għall-Unità

0

10 000 000

EUR 0.00040

10 000 001

25 000 000

EUR 0.00030

25 000 001

100 000 000

EUR 0.00020

100 000 001

 

EUR 0.00015”.

(2)

L-Anness III huwa emendat kif gej:

(a)

il-punt (11) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(11)

‘fergħa’ tfisser fergħa skont it-tifsira tal-punt (17) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5)jew il-punt (30) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*6), ħlief kif imsemmi fl-Artikolu 9(8) ta’ din il-Linja Gwida;

(*5)  Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1)."

(*6)  Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).”;"

(b)

il-punt (42) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(42)

‘pagamenti kważi istantanji’ tfisser trasferiment ta’ ordni fi flus kontanti li jikkonforma mal-Istandard tas-Servizzi Fakultattivi Addizzjonali tat-Trasferiment ta’ Kreditu SEPA tal-Kunsill Ewropew (SCT AOS) NL għall-ipproċessar istantanju ta’ trasferimenti ta’ kreditu SEPA jew mal-Iskema ta’ Trasferiment ta’ Kreditu istantanju SEPA b’komponent wieħed (PTEE) tal-Kunsill Ewropew tal-Pagamenti;”.


(*1)  Deċiżjoni (UE) 2024/1209 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ April 2024 dwar ir-remunerazzjoni ta’ ċerti depożiti ta’ politika mhux monetarja miżmuma ma’ banek ċentrali nazzjonali u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2024/11) (ĠU L, 2024/1209, 3.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1209/oj).

(*2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 tat-23 Novembru 1998 li għandu x’jaqsam mal-applikazzjoni ta’ riservi minimi tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3 p. 16-18).

(*3)  Deċiżjoni (UE) 2019/1743 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta’ Ottubru 2019 dwar ir-remunerazzjoni ta’ holdings ta’ eċċess ta’ riżervi u ta’ ċerti depożiti (BĊE/2019/31) (ĠU L 267, 21.10.2019, p. 12).

(*4)  Linja Gwida (UE) 2019/671 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta’ April 2019 dwar operazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet domestiċi mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊE/2019/7) (ĠU L 113, 29.4.2019, p. 11).”;

(*5)  Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(*6)  Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).”;”


(1)  Japplika wkoll għall-kontijiet tekniċi ta’ RTGS AS, għas-subkontijiet u għall-kontijiet ta’ fond ta’ garanzija ta’ AS.

(2)  Japplika wkoll għall-kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS.

(3)  Għat-T2S DCAs: għall-finijiet tal-perijodu ta’ manutenzjoni, l-1 ta’ Mejju għandu jitqies bħala jum ta’ negozju.

(4)  Il-perijodi ta’ saldu parzjali jseħħu fit-08:00, 10:00, 12:00, 14:00 u 15:30 (jew 30 minuta qabel il-bidu tal-iskadenza tad-DvP, skont liema jiġi l-ewwel).


ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2024/2616/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)