|
12.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/8 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9390 — Brookfield Asset Management/Oaktree Capital Group)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 235/06)
1.
Fil-5 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Brookfield Asset Management Inc. (“Brookfield”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Oaktree Capital Group Holdings, L.P. (“OCGH”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Oaktree Capital Group, LLC (“Oaktree”, l-Istati Uniti tal-Amerka). |
OCGH attwalment tikkontrolla biss Oaktree. Il-konċentrazzjoni tikkonsisti minn Brookfield u OCGH li jakkwistaw il-kontroll konġunt ta’ Oaktree skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Brookfield tipprovdi servizzi għall-ġestjoni tal-assi, u hija ffukata fuq il-proprjetà immobbli, l-infrastruttura, l-enerġija rinnovabbli u l-ekwità privata. |
|
— |
OCGH u Oaktree huma parti mill-Oaktree Capital Group, fornitur ta’ servizzi għall-ġestjoni ta’ assi li jiffoka l-aktar fuq l-investiment ta’ kreditu korporattiv. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
M.9390 — Brookfield Asset Management/Oaktree Capital Group
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email, ta’ faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks: +32 22964301 |
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).