European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/453

6.3.2025

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/453

tat-18 ta’ Diċembru 2024

li jissupplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 billi jistabbilixxi mudell għad-dokument imsemmi fl-Artikolu 14(1), il-punt (b)(ii), tiegħu

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 54a tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 stabbilixxa sistema tal-Unjoni sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat. Il-Kapitolu III ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxi skema ta’ ċertifikazzjoni tal-qabda biex tiġi implimenta l-projbizzjoni tal-importazzjoni fl-Unjoni ta’ prodotti tas-sajd miksuba minn sajd IUU.

(2)

Iċ-ċertifikat tal-qabda għandu jintuża biex jiċċertifika li l-qabdiet, li minnhom ikunu nkisbu prodotti tas-sajd importati, ikunu nqabdu f’konformità mal-miżuri internazzjonali ta’ konservazzjoni u ġestjoni u, fejn xieraq, ma’ regoli rilevanti oħra li japplikaw għall-bastiment tas-sajd ikkonċernat.

(3)

L-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jipprevedi li sabiex jiġu importati prodotti tas-sajd ittrasportati fl-istess forma lejn l-Unjoni minn pajjiż terz għajr l-Istat tal-bandiera, jew l-Istat fejn isir l-ipproċessar, l-importatur għandu jissottometti lill-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-importazzjoni evidenza dokumentata li l-prodotti tas-sajd ma sarux operazzjonijiet għajr il-ħatt, it-tagħbija mill-ġdid jew kwalunkwe operazzjoni mfassla biex tippreservahom f’kundizzjoni tajba u ġenwina, u li baqgħu taħt is-sorveljanza tal-awtoritajiet kompetenti f’dak il-pajjiż terz. Jekk il-kunsinna oriġinali relatata ma’ ċertifikat tal-qabda u, jekk rilevanti, mad-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 14 ta’ dak ir-Regolament, tinqasam, l-importatur għandu jippreżenta lill-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-importazzjoni, dokument ivvalidat mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak il-pajjiż terz.

(4)

Huwa xieraq li jinħoloq mudell għal dak id-dokument, sabiex tiġi żgurata preżentazzjoni uniformi tal-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 14(1), il-punt (b)(ii), tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, u biex jiġu ggarantiti l-konsistenza u ċ-ċarezza fl-informazzjoni pprovduta. L-uniformità tad-data meħtieġa hija neċessarja wkoll biex jiġi żgurat il-funzjonament korrett tas-sistema CATCH,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-mudell għad-dokument imsemmi fl-Artikolu 14(1), il-punt (b)(ii), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 għandu jkun kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-10 ta’ Jannar 2026.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.


ANNESS

Mudell għad-dokument imsemmi fl-Artikolu 14(1)(b)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008

Numru tad-dokument

1.

Awtorità Dikjaranti

Isem

Indirizz

Posta elettronika

Nru tat-telefown

2.

Wasla fil-post tal-ħżin – dettalji

Post tat-tluq tal-prodott:

 

Data tat-tluq:

 

L-aħħar port, ajruport jew punt ieħor tat-tluq qabel il-wasla fil-pajjiż tal-ħżin

 

Dettalji tat-trasport

(Isem il-bastiment u l-bandiera/in-numru tat-titjira – polza tal-ajru / polza tal-ferrovija / polza tal-merkanzija – in-numru tar-reġistrazzjoni tat-trakk)

 

Numru/i tal-kontejner (fejn applikabbli)

 

Data tal-wasla fil-post tal-ħżin (ħatt)

 

Post tal-ħżin

 

3.

Dettalji tal-konsenja (mal-wasla fil-post tal-ħżin)

Deskrizzjoni tal-prodotti tas-sajd

Speċijiet

Kodiċi tal-Prodott

Ċertifikat tal-Qabda / Dikjarazzjoni tal-Ipproċessar/numru/i tad-dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ manipulazzjoni (jekk applikabbli)

Piż nett f’kg li jidħol fil-post tal-ħżin

Piż nett tal-prodott tas-sajd f’kg li jidħol fil-post tal-ħżin

 

 

 

 

 

 

…

 

 

 

 

 

4.

Dettalji tal-faċilità ta’ ħżin

Isem

Indirizz

Numru tal-approvazzjoni (jekk applikabbli)

Maħżun bħala (immarka kif xieraq)

Imkessaħ

Friżat

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

5.

Dettalji tal-konsenja (mat-tluq mill-post tal-ħżin)

Deskrizzjoni tal-prodotti tas-sajd

Speċijiet

Kodiċi tal-Prodott

Ċertifikat tal-Qabda / Dikjarazzjoni tal-Ipproċessar/numru/i tad-dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ manipulazzjoni (jekk applikabbli)

Piż nett f’kg li joħroġ mill-post tal-ħżin

Piż nett tal-prodott tas-sajd f’kg li joħroġ mill-post tal-ħżin

 

 

 

 

 

 

…

 

 

 

 

 

6.

Tluq mill-post tal-ħżin – dettalji

Data tat-tluq fil-post tal-ħżin (tagħbija mill-ġdid)

 

L-aħħar port, ajruport jew punt ieħor tat-tluq mill-pajjiż tal-ħżin

 

Dettalji tat-trasport

(Isem il-bastiment u l-bandiera/in-numru tat-titjira – polza tal-ajru / polza tal-ferrovija / polza tal-merkanzija – in-numru tar-reġistrazzjoni tat-trakk)

 

Numru/i tal-kontejner (fejn applikabbli)

 

Punt ta’ destinazzjoni: Port, ajruport jew punt ieħor ta’ destinazzjoni

 

7.

Dettalji tal-esportatur

Isem tal-kumpanija

Indirizz

Data tas-sottomissjoni ta’ dan id-dokument mill-esportatur lill-awtorità kompetenti

 

 

 

8.

Dikjarazzjoni lill-awtorità kompetenti

B’dan niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’dan id-dokument hija korretta u li l-prodotti kkonċernati ma għaddew minn ebda operazzjoni għajr il-ħatt, it-tagħbija mill-ġdid jew kwalunkwe operazzjoni mfassla biex tippreservahom f’kundizzjoni tajba u ġenwina, u li baqgħu taħt is-sorveljanza tal-awtorità dikjaranti.

Isem tal-awtorità

L-isem u t-titlu tal-uffiċjal awtorizzat

Firma u siġill

Data

 

 

 


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/453/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)