|
8.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 362/186 |
P9_TA(2020)0161
It-twaqqif ta' kumitat speċjali għall-indħil barrani fil-proċessi demokratiċi kollha fl-Unjoni Ewropea, inkluża d-diżinformazzjoni, ir-responsabbiltajiet, il-kompożizzjoni numerika u l-mandat tiegħu
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar it-twaqqif, ir-responsabbiltajiet, il-kompożizzjoni numerika u t-tul tal-mandat tal-kumitat speċjali dwar l-interferenza barranija fil-proċessi demokratiċi kollha fl-Unjoni Ewropea, inkluża d-diżinformazzjoni (2020/2683(RSO))
(2021/C 362/41)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti, |
|
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), |
|
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 7, 8, 11, 12, 39, 40, 47 u 52 tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, u b'mod partikolari l-Artikoli 8, 9, 10, 11, 13, 16 u 17 tagħha, u l-Protokoll għal dik il-Konvenzjoni, u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 207 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-eżitu tal-kumitat speċjali stabbilit b'din id-deċiżjoni għandu jipprovdi approċċ komuni, olistiku u fit-tul biex jindirizza l-evidenza ta' interferenza barranija fl-istituzzjonijiet u l-proċessi demokratiċi tal-UE u tal-Istati Membri tagħha, mhux biss bi tħejjija għall-elezzjonijiet ewlenin kollha nazzjonali u Ewropej iżda b'mod sostnut madwar l-UE, f'għadd kbir ta' forom, inklużi kampanji ta' diżinformazzjoni dwar il-media tradizzjonali u soċjali biex isawru l-opinjoni pubblika, l-attakki ċibernetiċi li jimmiraw lejn l-infrastruttura kritika, l-appoġġ finanzjarju dirett u indirett kif ukoll il-koerċizzjoni ekonomika tal-atturi politiċi u s-subverżjoni mis-soċjetà ċivili; |
|
B. |
billi l-inċidenti kollha rrapportati ta' interferenza barranija fil-proċessi u l-istituzzjonijiet demokratiċi jirrappreżentaw mudell sistematiku li kien rikorrenti matul dawn l-aħħar snin; |
|
C. |
billi tentattivi min-naħa ta' atturi statali minn pajjiżi terzi u minn atturi mhux statali biex jinterferixxu fil-funzjonament tad-demokrazija fl-UE u fl-Istati Membri tagħha, kif ukoll biex jagħmlu pressjoni fuq il-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE permezz ta' ndħil malizzjuż, huma parti minn tendenza usa' esperjenzata mid-demokraziji madwar id-dinja; |
|
D. |
billi l-interferenza barranija tintuża flimkien ma' pressjoni ekonomika u militari biex tkun ta' ħsara għall-unità Ewropea; |
|
1. |
Jiddeċiedi li jwaqqaf kumitat speċjali dwar l-interferenza barranija fil-proċessi demokratiċi kollha fl-Unjoni Ewropea, inkluża d-diżinformazzjoni, li jkollu r-responsabbiltajiet li ġejjin:
|
|
2. |
Jisħaq fuq il-fatt li r-rakkomandazzjoni tal-kumitat speċjali għandha titqies mill-kumitati permanenti kompetenti f'xogħolhom; |
|
3. |
Jiddeċiedi li s-setgħat, il-persunal u r-riżorsi disponibbli tal-kumitat permanenti tal-Parlament b'responsabbiltà għal kwistjonijiet li jikkonċernaw l-adozzjoni, il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni relatata mal-qasam ta' responsabbiltà tal-kumitat speċjali mhux se jiġu affettwati jew duplikati, u għalhekk jibqgħu l-istess; |
|
4. |
Jiddeċiedi li kull meta l-ħidma tal-kumitat speċjali tkun tinkludi s-smigħ ta' evidenza ta' natura kunfidenzjali, xhieda li tinvolvi data personali, jew skambji ta' fehmiet jew seduti ta' smigħ ma' awtoritajiet u korpi dwar informazzjoni kunfidenzjali, inklużi studji xjentifiċi jew partijiet minnhom mogħtija status ta' kunfidenzjalità skont l-Artikolu 63 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), il-laqgħat għandhom isiru bil-magħluq; jiddeċiedi, barra minn hekk, li x-xhieda u l-esperti għandu jkollhom id-dritt li jagħmlu dikjarazzjoni jew jixhdu bil-magħluq; |
|
5. |
Jiddeċiedi li l-lista tal-persuni mistiedna għal-laqgħat pubbliċi, il-lista ta' dawk li jattendu dawk il-laqgħat u l-minuti tagħhom għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku; |
|
6. |
Jiddeċiedi li dokumenti kunfidenzjali li l-kumitat speċjali jirċievi għandhom jiġu vvalutati skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 221 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu; jiddeċiedi, barra minn hekk, li tali informazzjoni għandha tintuża esklussivament għall-finijiet tat-tfassil tar-rapport finali tal-kumitat speċjali; |
|
7. |
Jiddeċiedi li l-kumitat speċjali se jkun magħmul minn 33 Membru; |
|
8. |
Jiddeċiedi li l-mandat tal-kumitat speċjali se jkun ta' 12-il xahar u li l-mandat tiegħu għandu jibda mid-data tal-laqgħa kostituttiva tiegħu; |
|
9. |
Jiddeċiedi li l-kumitat speċjali jista' jippreżenta rapport ta' nofs it-terminu lill-Parlament, u li għandu jippreżenta rapport finali li jkun fih sejbiet fattwali u rakkomandazzjonijiet dwar il-miżuri u l-inizjattivi li għandhom jittieħdu, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-kumitati permanenti skont l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu. |
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).