|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2361 |
21.11.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2361
tat-18 ta’ Novembru 2025
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2256 li tikkonċerna miżuri ta’ emerġenza fir-rigward ta’ tifqigħat tal-marda ta’ Newcastle fil-Polonja
(notifikata bid-dokument C(2025)7865)
(It-test bil-Pollakk biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1), il-punt (c), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-marda ta’ Newcastle (ND, Newcastle disease) hija marda virali infettiva tal-għasafar u tista’ tħalli impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-pollam li jikkawża tfixkil fil-kummerċ fl-Unjoni u tfixkil fl-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi. Fil-każ ta’ tifqigħa tal-ND, hemm riskju li l-aġent tal-marda jinxtered fi stabbilimenti oħra li jżommu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi l-qafas leġiżlattiv għall-prevenzjoni u għall-kontroll tal-mard trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin. L-ND taqa’ fid-definizzjoni ta’ marda elenkata f’dak ir-Regolament, u hija soġġetta għar-regoli dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard stabbiliti fih. Barra minn hekk, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 fir-rigward tar-regoli għall-kontroll ta’ ċertu mard elenkat, inkluż l-ND. B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu li fil-każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluż l-ND, fi stabbiliment, l-awtorità kompetenti trid tistabbilixxi minnufih żona ristretta, u ċerti miżuri li jridu jiġu applikati fiha. L-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta trid tinkludi żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza, u jekk ikun meħtieġ, żoni ristretti ulterjuri madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jew li jmissu magħhom. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2256 (3) ġiet adottata abbażi tar-Regolament (UE) 2016/429 u tistabbilixxi l-miżuri ta’ emerġenza fil-livell tal-Unjoni fir-rigward tat-tifqigħat tal-ND fil-Polonja. B’mod aktar partikolari, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2256 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni, iż-żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti ulterjuri, li jridu jiġu stabbiliti mill-Polonja wara t-tifqigħat tal-ND, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, iridu jkunu jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti ulterjuri fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. Tipprevedi wkoll li l-miżuri li jridu jiġu applikati f’dawk iż-żoni, f’konformità ma’ dak ir-Regolament Delegat, iridu jinżammu mqar sad-dati stabbiliti f’dak l-Anness. |
|
(4) |
Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2256, il-Polonja lill-Kummissjoni nnotifikatilha tliet tifqigħat ġodda tal-ND fi stabbilimenti li fihom kienu jinżammu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq, li jinsabu fil-provinċji ta’ Podlaskie, Wielkopolskie u Zachodniopomorskie. |
|
(5) |
Wara dawk it-tliet tifqigħat ġodda, l-awtorità kompetenti tal-Polonja ħadet il-miżuri meħtieġa għall-kontroll tal-mard f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, inkluż l-istabbiliment ta’ żoni ta’ sorveljanza u ta’ żoni ta’ protezzjoni madwar it-tifqigħat. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni eżaminat il-miżuri għall-kontroll tal-mard meħuda mill-Polonja u hija sodisfatta li l-konfini taż-żoni ta’ protezzjoni u taż-żoni ta’ sorveljanza stabbiliti minn dak l-Istat Membru, wara t-tliet tifqigħat ġodda, jinsabu ’l bogħod biżżejjed mill-istabbilimenti li fihom ġew ikkonfermati t-tifqigħat tal-ND. |
|
(7) |
Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil bla bżonn fil-kummerċ fl-Unjoni u biex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil mhux ġustifikat għall-kummerċ mal-pajjiżi terzi, jeħtieġ li jiġu stabbiliti mingħajr dewmien fil-livell tal-Unjoni, b’kollaborazzjoni mal-Polonja, iż-żoni ta’ protezzjoni u ż-żoni ta’ sorveljanza stabbiliti minn dak l-Istat Membru, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, wara t-tliet tifqigħat ġodda. |
|
(8) |
Għalhekk, iż-żoni kkonċernati jenħtieġ li issa jiġu elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni u żoni ta’ sorveljanza għall-Polonja fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2256, biex jitqiesu l-konfini taż-żoni ta’ protezzjoni u taż-żoni ta’ sorveljanza stabbiliti minn dak l-Istat Membru wara t-tliet tifqigħat ġodda tal-ND f’dak l-Istat Membru, kif ukoll id-durata meħtieġa tal-miżuri li jridu jiġu applikati f’dawk iż-żoni, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. |
|
(9) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fil-Polonja fir-rigward tat-tixrid tal-ND, u minħabba l-ħtieġa li l-marda ma tinxteridx mill-istabbilimenti affettwati fil-Polonja lejn partijiet oħra ta’ dak l-Istat Membru jew lejn Stati Membri jew pajjiżi terzi oħra, jixraq li l-emendi li jridu jsiru fir-rigward tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2256 permezz ta’ din id-Deċiżjoni, isiru effettivi malajr kemm jista’ jkun. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2256 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Olivér VÁRHELYI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2256 tal-5 ta’ Novembru 2025 li tikkonċerna miżuri ta’ emerġenza fir-rigward ta’ tifqigħat tal-marda ta’ Newcastle fil-Polonja (ĠU L, 2025/2256, 10.11.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/2256/oj).
ANNESS
“ANNESS
Żoni ristretti stabbiliti madwar it-tifqigħat ikkonfermati:
|
Żona amministrattiva u numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti ulterjuri, imsemmija fl-Artikoli 2, 3 u 4. |
Data sa meta applikabbli |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-provinċja ta’ Kujawsko-Pomorskie |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
PL-ND-2025-00063 PL-ND.NON-P-2025-00044 |
Żona ta’ protezzjoni: W woj. kujawsko-pomorskim:
|
15.11.2025 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Żona ta’ sorveljanza: W woj. kujawsko-pomorskim:
|
16.11.2025 – 24.11.2025 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Żona ta’ sorveljanza:
|
24.11.2025 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-provinċja ta’ Mazowieckie |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
PL-ND-2025-00061 PL-ND-2025-00060 PL-ND-2025-00057 |
Żona ta’ sorveljanza: W województwie mazowieckim:
|
12.11.2025 – 20.11.2025 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Żona ta’ sorveljanza: W województwie mazowieckim:
W województwie warmińsko-mazurskim:
|
20.11.2025 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Żona ristretta ulterjuri: W województwie mazowieckim:
|
20.11.2025 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-provinċja ta’ Podlaskie |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
PL-ND-2025-00058 PL-ND-2025-00069 |
Żona ta’ protezzjoni: W woj. podlaskim:
|
1.12.2025 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Żona ta’ sorveljanza: W woj. podlaskim:
|
2.12.2025 – 10.12.2025 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
10.12.2025 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-provinċji ta’ Wielkopolskie u Lubuskie |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
PL-ND-2025-00059 PL-ND-2025-00064 PL-ND-2025-00066 |
Żona ta’ protezzjoni: W woj. wielkopolskim:
W woj. lubuskim:
W woj. dolnośląskim:
|
21.11.2025 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Żona ta’ sorveljanza: W woj. wielkopolskim:
W woj. lubuskim:
W woj. dolnośląskim:
|
22.11.2025 – 30.11.2025 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Żona ta’ sorveljanza: W woj. wielkopolskim:
W woj. lubuskim:
W woj. dolnośląskim :
|
30.11.2025 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
PL-ND-2025-00065 PL-ND-2025-00068 |
Żona ta’ protezzjoni: W woj. wielkopolskim:
|
30.11.2025 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Żona ta’ sorveljanza: W woj. wielkopolskim:
|
1.12.2025 – 9.12.2025 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Żona ta’ sorveljanza: W woj. wielkopolskim :
|
9.12.2025 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
PL-ND-2025-00062 |
Żona ta’ sorveljanza: W woj. wielkopolskim:
|
12.11.2025 - 20.11.2025 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Żona ta’ sorveljanza:
|
20.11.2025 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-provinċja ta’ Zachodniopomorskie |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
PL-ND-2025-00067 PL-ND.NON-P-2025-00050 |
Żona ta’ protezzjoni: W województwie zachodniopomorskim:
|
29.11.2025 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Żona ta’ sorveljanza: W województwie zachodniopomorskim:
|
30.11.2025 – 8.12.2025 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Żona ta’ sorveljanza: W województwie zachodniopomorskim:
|
8.12.2025 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/2361/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)