Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Marzu 2007, li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L 108, p. 1).

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Marzu 2007, li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire), ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

2) Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.