<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-456/20 P</NO.CASE><NO.CASE>C-457/20 P</NO.CASE><NO.CASE>C-458/20 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CO0456</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:502">EU:C:2021:502</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>16</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Digriet tas‑<DATE ISO="20210616">16.6.2021</DATE> – Kawżi magħquda C‑456/20 P sa C‑458/20 P</HT></P><P><HT TYPE="SC">Crédit agricole <HT TYPE="ITALIC">et</HT></HT> <HT TYPE="SC">vs BĊE</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Għaxar Awla)</P><P><DATE ISO="20210616">16 ta’ Ġunju 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Politika ekonomika u monetarja</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 1024/2013</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 18(1)</KEYWORD><KEYWORD>Superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu</KEYWORD><KEYWORD>Kompiti speċifiċi fdati lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)</KEYWORD><KEYWORD>Impożizzjoni ta’ sanzjoni pekunjarja amministrattiva għall-ksur tar-rekwiżiti prudenzjali</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 575/2013</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 26(3)</KEYWORD><KEYWORD>Rekwiżiti ta’ fondi proprji</KEYWORD><KEYWORD>Strumenti kapitali</KEYWORD><KEYWORD>Ħruġ ta’ azzjonijiet ordinarji</KEYWORD><KEYWORD>Klassifikazzjoni bħala elementi ta’ ekwità komuni tal-grad 1 (CET 1)</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ awtorizzazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti</KEYWORD><KEYWORD>Ksur b’negliġenza</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><ORDER.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C‑456/20 P sa C‑458/20 P,</P><P>li għandhom bħala suġġett tliet appelli skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentati fil‑<DATE ISO="20200921">21 ta’ Settembru 2020</DATE>,</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Crédit agricole SA</HT>, stabbilita f’Montrouge (Franza) (C‑456/20 P),</P><P><HT TYPE="BOLD">Crédit agricole Corporate and Investment Bank</HT>, stabbilita f’Montrouge (Franza) (C‑457/20 P),</P><P><HT TYPE="BOLD">CA Consumer Finance</HT>, stabbilita f’Massy (Franza) (C‑458/20 P),</P><PARTY.STATUS>appellanti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><INTERVENERS><P>irrappreżentati minn A. Champsaur u A. Delors, avocats,</P></INTERVENERS><AGAINST>il-parti l-oħra fil-proċedura li hija:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)</HT>, irrappreżentat minn C. Hernández Saseta, A. Pizzolla u D. Segoin, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenut fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla),</P><P>komposta minn M. Ilešič, President tal-Awla, E. Regan (Relatur), President tal-Ħames Awla, u I. Jarukaitis, Imħallef,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott</P><?PAGE NO="2"?><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstemgħet l-Avukata Ġenerali, li l-kawża tinqata’ permezz ta’ digriet motivat, konformement mal-Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appelli tagħhom, Crédit agricole SA (C‑456/20 P), Crédit agricole Corporate and Investment Bank (C‑457/20 P) u CA Consumer Finance (C‑458/20 P) jitolbu l-annullament tas-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat‑<DATE ISO="20200708">8 ta’ Lulju 2020</DATE>, rispettivament, Crédit agricole vs BĊE (T‑576/18, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>ewwel sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:304">EU:T:2020:304</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), Crédit agricole Corporate and Investment Bank vs BĊE (T‑577/18, iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>tieni sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, mhux ippubblikata, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:305">EU:T:2020:305</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u CA Consumer vs BĊE (T‑578/18, iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>tielet sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, mhux ippubblikata, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:306">EU:T:2020:306</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) (iktar ’il quddiem, flimkien, is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>sentenzi appellati<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), li permezz tagħhom din ċaħdet ir-rikorsi tagħhom intiżi għall-annullament tad-Deċiżjonijiet ECB/SSM/2018‑FRCAG‑75, ECB/SSM/2018‑FRCAG‑76 u ECB/SSM/2018‑FRCAG‑77 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), tas‑<DATE ISO="20180716">16 ta’ Lulju 2018</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>deċiżjonijiet kontenzjużi<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), meħuda skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal‑<DATE ISO="20131015">15 ta’ Ottubru 2013</DATE> li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="287" PAGE.FIRST="63" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 287, p. 63</REF.DOC.OJ>), u li jimponu fuqhom sanzjoni pekunarja amministrattiva ta’ ammont, rispettivament, ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">4300000</FT>, EUR <FT TYPE="NUMBER">300000</FT> u EUR <FT TYPE="NUMBER">200000</FT> minħabba ksur kontinwu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji previsti fl-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20130626">26 ta’ Ġunju 2013</DATE> dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="176" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 176, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="208" PAGE.FIRST="68" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 208, p. 68</REF.DOC.OJ>, fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="321" PAGE.FIRST="6" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 321, p. 6</REF.DOC.OJ> u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="020" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 20, p. 2</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 575/2013</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Fit-tieni parti, dwar il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Fondi proprji<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, taħt it-Titolu I, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Elementi ta’ fondi proprji<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, Kapitolu 2, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Kapital ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fil-verżjoni preċedenti tiegħu qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20190520">20 ta’ Mejju 2019</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="150" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 150, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="065" PAGE.FIRST="61" DATE.PUB="2021">ĠU 2021, L 65, p. 61</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Regolament Nru 575/2013<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), l-Artikolu 26 tiegħu, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Elementi ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, kien jipprovdi, fil-paragrafu 3 tiegħu, li:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>L-awtoritajiet kompetenti għandhom jevalwaw jekk il-ħruġ ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 jissodisfax il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 28, jew fejn applikabbli, l-Artikolu 29. Rigward ħruġ wara t‑<DATE ISO="20130628">28 ta’ Ġunju 2013</DATE>, l-istituzzjonijiet għandhom jikklassifikaw l-istrumenti ta’ kapital bħala strumenti ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 biss wara li jingħata permess mill-awtoritajiet kompetenti, li jistgħu jikkonsultaw lill-[Awtorità Bankarja Ewropea (ABE)].</P><?PAGE NO="3"?><P>Għal strumenti ta’ kapital, bl-eċċezzjoni tal-għajnuna mill-Istat, li huma approvati bħala eliġibbli li jiġu kklassifikati bħala strumenti ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 mill-awtorità kompetenti iżda fejn, fl-opinjoni tal-ABE, il-konformità mal-kriterji fl-Artikolu 28 jew, fejn applikabblil-Artikolu 29, tkun materjalment kumplessa biex tiġi aċċertata, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jispjegaw ir-raġunament tagħhom lill-ABE.</P><P>Abbażi ta’ informazzjoni minn kull awtorità kompetenti, l-ABE għandha tistabbilixxi, iżżomm u tippubblika lista tal-forom kollha ta’ strumenti kapitali f’kull Stat Membru li jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1. L-ABE għandha tistabbilixxi dik il-lista u tippubblikaha sa <DATE ISO="20150201">1 ta’ Frar 2015</DATE> għall-ewwel darba.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif emendat bir-Regolament Nru 2019/876 (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Regolament Nru 575/2013 emendat<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), applikabbli mis‑<DATE ISO="20190627">27 ta’ Ġunju 2019</DATE>, jipprevedi, fil-paragrafu 3 tiegħu, li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>L-awtoritajiet kompetenti għandhom jevalwaw jekk il-ħruġ ta’ strumenti kapitali jissodisfax il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 28, jew, fejn applikabbli, l-Artikolu 29. L-istituzzjonijiet għandhom jikklassifikaw il-ħruġ tal-istrumenti kapitali bħala strumenti ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 biss wara li jingħataw permess mill-awtoritajiet kompetenti.</P><P>B’deroga mill-ewwel subparagrafu, istituzzjonijiet jistgħu jikklassifikaw bħala strumenti ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 ħruġ sussegwenti ta’ forma ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 li għalihom ikunu diġà rċevew din l-awtorizzazzjoni, dment li jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>id-dispożizzjonijiet li jirregolaw dak il-ħruġ sussegwenti huma sostanzjalment l-istess bħal dawk id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-ħruġ li għalihom l-istituzzjonijiet ikunu diġà rċevew permess;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-istituzzjonijiet ikunu nnotifikaw dak il-ħruġ sussegwenti lill-awtoritajiet kompetenti fi żmien biżżejjed qabel il-klassifikazzjoni tiegħu bħala strumenti ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw lill-ABE qabel ma jingħata permess għal forom ġodda ta’ strumenti kapitali sabiex jiġu kklassifikati bħala strumenti ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu b’mod dovut l-opinjoni tal-ABE u, meta jiddeċiedu li jiddevjaw minnha, għandhom jiktbu lill-ABE fi żmien tliet xhur mid-data ta’ meta jirċievu l-opinjoni tal-ABE billi jispjegaw ir-raġunament għad-devjazzjoni mill-opinjoni rilevanti. Dan is-subparagrafu ma għandux japplika għall-istrumenti kapitali msemmija fl-Artikolu 31.</P><P>Abbażi ta’ informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet kompetenti, l-ABE għandha tistabbilixxi, iżżomm u tippubblika lista tal-forom kollha ta’ strumenti kapitali f’kull Stat Membru li jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1. Skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20101124">24 ta’ Novembru 2010</DATE> li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="331" PAGE.FIRST="12" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 331, p. 12</REF.DOC.OJ>)], l-ABE tista’ tiġbor kull informazzjoni b’rabta ma’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta’<?PAGE NO="4"?> Grad 1 li hija tqis meħtieġa biex tistabbilixxi l-konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 28, jew fejn applikabbli, fl-Artikolu 29 ta’ dan ir-Regolament u għall-fini li tinżamm u tiġi aġġornata l-lista msemmija f’dan is-subparagrafu.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 1024/2013</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-Kapitolu III tar-Regolament Nru 1024/2013, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Setgħat tal-BĊE<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jinkludi, b’mod partikolari, it-Taqsima 2, dwar is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>setgħat superviżorji speċifiċi<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, li tinkludi l-Artikoli 14 sa 18 ta’ dan ir-regolament. Skont l-Artikolu 18 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Penali amministrattivi<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="018.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-fini tat-twettiq tal-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament, meta istituzzjonijiet ta’ kreditu, kumpaniji holding finanzjarji, jew kumpaniji holding finanzjarji mħallta, b’mod intenzjonali jew, b’negliġenza, jiksru rekwiżit skont atti rilevanti tad-dritt tal-Unjoni li fir-rigward tagħhom għandu jkun hemm disponibbli penali pekunjarji amministrattivi għall-awtoritajiet kompetenti skont id-dritt rilevanti tal-Unjoni, il-BĊE jista’ jimponi sanzjonijiet amministrattivi pekunjarji sa darbtejn l-ammont tal-profitt miksub jew it-telf evitat minħabba ksur meta dawn jistgħu jiġu ddeterminati, jew sa 10 % tal-fatturat annwali totali, kif definit fid-dritt rilevanti tal-Unjoni, ta’ persuna ġuridika fis-sena ta’ negozju preċedenti jew tali penali pekunarji oħrajn kif jista’ jiġi previst fil-liġi rilevanti tal-Unjoni.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="018.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-penali applikati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. […]</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Permezz tad-deċiżjonijiet kontenzjużi, il-BĊE impona fuq kull waħda mill-appellanti, istituzzjonijiet ta’ kreditu suġġetti għas-superviżjoni prudenzjali diretta tiegħu, sanzjoni pekunjarja amministrattiva, skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 1024/2013, talli wettqu, tal-inqas b’negliġenza, ksur tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament Nru 575/2013, billi kklassifikaw fl-istrumenti ta’ ekwità komuni tal-grad 1 tagħhom (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>istrumenti CET 1<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>) strumenti kapitali li jirriżultaw minn diversi istanzi ta’ ħruġ ta’ azzjonijiet ordinarji (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>istanzi ta’ ħruġ kontenzjużi<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>), mingħajr ma kisbu l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-BĊE ċaħad, b’mod partikolari, l-argument tal-appellanti fis-sens li l-azzjonijiet ordinarji kienu inklużi fil-lista ppubblikata mill-ABE, skont it-tielet subparagrafu ta’ dan l-artikolu (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>lista ppubblikata mill-ABE<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>). Huwa qies, essenzjalment, li l-preżenza ta’ strument f’din il-lista ma kinitx teżenta lil istituzzjoni ta’ kreditu milli tikseb awtorizzazzjoni minn qabel mingħand l-awtorità kompetenti skont l-ewwel subparagrafu tal-imsemmi Artikolu 26(3).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenzi appellati</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Permezz ta’ atti ppreżentati fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil‑<DATE ISO="20180925">25 ta’ Settembru 2018</DATE>, kull waħda mill-appellanti ppreżentat rikors intiż għall-annullament ta’ dik id-deċiżjoni kontenzjuża li kienet tikkonċernaha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħhom, l-appellanti ressqu żewġ motivi. L-ewwel motiv, ippreżentat bħala bbażat fuq eċċess ta’ poter, kien maqsum fi tliet partijiet. L-ewwel parti kienet ibbażata fuq ksur tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament Nru 575/2013. It-tieni parti kienet ibbażata fuq ksur tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 1024/2013 u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali. It-tielet parti kienet tirrigwarda l-proporzjonalità tas-sanzjoni pekunjarja amministrattiva li ġiet imposta fuqhom. It-tieni motiv kien ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal smigħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenzi appellati, il-Qorti Ġenerali ċaħdet dawn il-motivi sa fejn kienu intiżi li jikkontestaw il-legalità tad-deċiżjonijiet kontenzjużi billi dawn sabu li l-appellanti kienu kisru l-Artikolu 26(3) tar-Regolament Nru 575/2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, meta eżaminat, b’mod preliminari u <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, l-osservanza tal-obbligu ta’ motivazzjoni fir-rigward tas-sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi imposti skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 1024/2013, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, b’mod partikolari fil-punti 144 u 156 tal-ewwel sentenza appellata, fil-punti 127 u 139 tat-tieni sentenza appellata kif ukoll fil-punti 130 u 141 tat-tielet sentenza appellata, li l-imsemmija deċiżjonijiet kienu, f’dan ir-rigward, ivvizzjati b’insuffiċjenza ta’ motivazzjoni, minħabba, essenzjalment, l-assenza ta’ preċiżazzjonijiet, f’dawn tal-aħħar, dwar il-metodoloġija applikata sabiex jiġi ddeterminat l-ammont tal-imsemmija sanzjonijiet. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali qieset li s-sanzjonijiet kellhom jiġu annullati mingħajr ma kien hemm bżonn li tingħata deċiżjoni fuq l-argumenti tal-appellanti, ibbażati, b’mod partikolari, fuq il-fatt li dawn is-sanzjonijiet kienu jmorru kontra l-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Peress li qieset, fil-punt 157 tal-ewwel sentenza appellata, fil-punt 140 tat-tieni sentenza appellata u fil-punt 142 tat-tielet sentenza appellata, li l-evalwazzjonijiet imwettqa mill-BĊE dwar l-ammonti tas-sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi kienu separabbli mill-kumplament tad-deċiżjonijiet kontenzjużi, il-Qorti Ġenerali, għalhekk, minn naħa, annullat, fil-punt 1 tad-dispożittiv ta’ dawn is-sentenzi, dawn id-deċiżjonijiet kontenzjużi sa fejn imponew fuq l-appellanti tali sanzjoni u, min-naħa l-oħra, ċaħdet, fil-punt 2 ta’ dan id-dispożittiv, il-kumplament tar-rikors.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz tal-appelli tagħhom, kull waħda mill-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla l-punt 2 tad-dispożittiv ta’ dik is-sentenzi appellata li tikkonċernaha;</P></ITEM><ITEM><P>tilqa’ r-rikors tagħha fl-ewwel istanza, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż kollha.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-BĊE jitlob li l-appelli jiġu miċħuda u li l-appellanti jiġu kkundannati għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat‑<DATE ISO="20201030">30 ta’ Ottubru 2020</DATE>, il-Kawżi C‑456/20 sa C‑458/20 ġew magħquda għall-finijiet tal-fażijiet bil-miktub u orali tal-proċedura kif ukoll tas-sentenza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appelli</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-appell ikun, kompletament jew parzjalment, manifestament inammissibbli jew manifestament infondat, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi li tiċħad dan l-appell, kompletament jew parzjalment, permezz ta’ digriet motivat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Hemm lok li din id-dispożizzjoni tiġi applikata fil-kuntest ta’ dawn l-appelli.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel aggravju fil-Kawża C‑456/20 P</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel parti</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti tal-ewwel aggravju tagħha, Crédit agricole issostni li, billi qieset li hija kienet wettqet ksur fir-rigward tat-tieni trimestru tas-sena 2016 dwar l-ewwel żewġ istanzi ta’ ħruġ kontenzjużi, imwettqa fit‑23 ta’ Ġunju u fit‑<DATE ISO="20151112">12 ta’ Novembru 2015</DATE>, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament Nru 575/2013 li hija stess stabbilixxiet fil-punti 41 sa 63 tal-ewwel sentenza appellata, li tgħid li istituzzjoni ta’ kreditu tista’ tikklassifika strument kapitali fost l-istrumenti CET 1 meta hija tkun kisbet minn qabel l-awtorizzazzjoni f’dan is-sens mill-awtorità kompetenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fil-fatt, Crédit agricole kisbet, fis‑<DATE ISO="20160726">26 ta’ Lulju 2016</DATE>, l-awtorizzazzjoni tal-BĊE sabiex dawn iż-żewġ istanzi ta’ ħruġ kontenzjużi jiġu kklassifikati bħala strumenti CET 1. Issa, l-imsemmija istanzi ta’ ħruġ, li ġew ikklassifikati bħala tali fit‑<DATE ISO="20160630">30 ta’ Ġunju 2016</DATE> fid-dikjarazzjoni trimestrali kkonsolidata tagħha dwar il-fondi proprji u r-rekwiżiti ta’ fondi proprji kif ukoll fil-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni tagħha marbuta tat-tielet pilastru, ġew ikkomunikati lill-BĊE u ppubblikati fit‑<DATE ISO="20160812">12 ta’ Awwissu 2016</DATE>. Għaldaqstant, hija ma tista’ tiġi akkużata b’ebda ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-BĊE jsostni li dan l-argument huwa ineffettiv u, fi kwalunkwe każ, infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Mill-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE, mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u mill-Artikolu 168(1)(d) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li appell għandu jindika b’mod preċiż l-elementi kkritikati tas-sentenza li l-annullament tagħha jkun qiegħed jintalab kif ukoll l-argumenti ta’ liġi li jissostanzjaw b’mod speċifiku din it-talba, taħt piena ta’ inammissibbiltà tal-appell jew tal-aggravju kkonċernat (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210302">2 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Italja <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑425/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:154">EU:C:2021:154</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi osservat li, fil-punt 92 tal-ewwel sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li t-tliet istanzi ta’ ħruġ kontenzjużi kienu ġew ikklassifikati bħala strumenti CET 1, għat-tieni trimestru tas-sena 2016, fit‑<DATE ISO="20160630">30 ta’ Ġunju 2016</DATE> u, għaldaqstant, qabel ma l-BĊE jawtorizza tali klassifikazzjoni, fis‑<DATE ISO="20160726">26 ta’ Lulju 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Issa, permezz ta’ dan l-argument insostenn tal-ewwel parti tal-ewwel aggravju tagħha, Crédit agricole, filwaqt li indikat b’mod espliċitu li din il-klassifikazzjoni fil-fatt seħħet fit‑<DATE ISO="20160630">30 ta’ Ġunju 2016</DATE>, tissuġġerixxi li d-data rilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk kisritx l-obbligu li tinkiseb l-awtorizzazzjoni minn qabel prevista fl-Artikolu 26(3) tar-Regolament Nru 575/2013 ma hijiex dik tat‑<DATE ISO="20160630">30 ta’ Ġunju 2016</DATE>, iżda dik tat‑<DATE ISO="20160812">12 ta’ Awwissu 2016</DATE>, li tikkorrispondi għall-komunikazzjoni tal-imsemmija klassifikazzjoni lill-BĊE u għall-pubblikazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li Crédit agricole bl-ebda mod ma tispjega kif il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi f’dan ir-rigward, meta ħadet inkunsiderazzjoni, fil-punt 92 tal-ewwel sentenza appellata, id-data tat‑<DATE ISO="20160630">30 ta’ Ġunju 2016</DATE> għall-finijiet tal-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ ksur ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-ewwel parti tal-ewwel aggravju fil-Kawża C‑456/20 P għandha tiġi miċħuda bħala manifestament inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni parti</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tal-ewwel aggravju tagħha, Crédit agricole issostni li, billi kkonstatat li hija kienet wettqet ksur fir-rigward tat-tieni trimestru tas-sena 2016, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi li jikkonsisti fil-ksur tal-prinċipju ta’ retroattività tal-liġi kriminali l-iktar favorevoli, stabbilit fit-tielet sentenza tal-Artikolu 49(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, peress li eskludiet l-applikazzjoni tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament Nru 575/2013 emendat sabiex tiġi kkonstatata l-eżistenza ta’ ksur li tikkonċerna t-tielet istanza ta’ ħruġ kontenzjuża, imwettqa fil‑<DATE ISO="20160621">21 ta’ Ġunju 2016</DATE>. Fil-fatt, din id-dispożizzjoni l-ġdida tikkostitwixxi liġi kriminali inqas severa, peress li tipprevedi, permezz tal-osservanza ta’ ċerti kundizzjonijiet, li l-istanzi ta’ ħruġ sussegwenti li għandhom l-istess termini bħall-istanzi ta’ ħruġ diġà awtorizzati ma humiex iktar suġġetti għal awtorizzazzjoni minn qabel, iżda għal sempliċi komunikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, it-tielet istanza ta’ ħruġ kontenzjuża tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 26(3) tar-Regolament Nru 575/2013 emendat, peress li din l-istanza ta’ ħruġ hija rregolata mill-istess dispożizzjonijiet bħall-ewwel żewġ istanzi ta’ ħruġ kontenzjużi, li għalihom kienet inkisbet awtorizzazzjoni ta’ klassifikazzjoni bħala strumenti CET 1 fis‑<DATE ISO="20160726">26 ta’ Lulju 2016</DATE>, u peress li t-termini ta’ din it-tielet istanza ta’ ħruġ kienu ġew ikkomunikati lill-BĊE fit‑<DATE ISO="20160622">22 ta’ Ġunju 2016</DATE>, jiġifieri kważi xahrejn qabel il-klassifikazzjoni ta’ din l-istanza ta’ ħruġ bħala strument CET 1, fit‑<DATE ISO="20160812">12 ta’ Awwissu 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet b’mod żbaljat, fil-punt 72 tal-ewwel sentenza appellata, li l-prinċipju ta’ retroattività tal-liġi kriminali l-iktar favorevoli ma huwiex rilevanti għall-istħarriġ tal-legalità ta’ att li ġie adottat qabel l-emenda tal-kuntest ġuridiku. Fil-fatt, mill-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem jirriżulta li, jekk il-liġi kriminali fis-seħħ fil-mument tat-twettiq tar-reat u l-liġijiet kriminali sussegwenti adottati qabel l-għoti ta’<?PAGE NO="8"?> sentenza definittiva jkunu differenti, il-qorti għandha tapplika dik li d-dispożizzjonijiet tagħha huma l-iktar favorevoli għall-akkużat (Qorti EDB, <DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE>, Maktouf u Damjanović vs Bosnija-Ħerzegovina, ECHR:2013:0718JUD 000231208, punt 65). Għaldaqstant, sa fejn is-sanzjoni ma kinitx definittiva fl-istadju tar-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali, din tal-aħħar kellha tieħu inkunsiderazzjoni l-imsemmija emenda, peress li din kellha l-effett li telimina n-natura ta’ ksur tal-fatti allegati fir-rigward tat-tielet istanza ta’ ħruġ kontenzjuża u għalhekk li tostakola l-impożizzjoni ta’ sanzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-BĊE iqis li dawn l-argumenti huma infondati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar, bħalma għamlet il-Qorti Ġenerali fil-punti 69 u 70 tal-ewwel sentenza appellata, li l-prinċipju ta’ retroattività tal-liġi kriminali l-iktar favorevoli jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080311">11 ta’ Marzu 2008</DATE>, <NAME.CASE>Jager</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑420/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:152">EU:C:2008:152</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), li issa huwa stabbilit fit-tielet sentenza tal-Artikolu 49(1) tal-Karta (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180807">7 ta’ Awwissu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Clergeau <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑115/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:651">EU:C:2018:651</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa paċifiku li, fil-mument li fih Crédit agricole wettqet il-klassifikazzjoni tat-tielet istanza ta’ ħruġ kontenzjuża bħala strument CET 1, hija ma kinitx kisbet l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti meħtieġa mill-Artikolu 26(3) tar-Regolament Nru 575/2013, applikabbli fil-mument tal-fatti, jiġifieri awtorizzazzjoni minn qabel speċifika għall-klassifikazzjoni bħala tali ta’ din it-tielet istanza ta’ ħruġ, peress li din l-awtorizzazzjoni ngħatat sussegwentement, fid‑<DATE ISO="20160829">29 ta’ Awwissu 2016</DATE>, b’tali mod li l-BĊE qies ġustament li din l-appellanti kienet wettqet ksur ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Madankollu huwa minnu, kif barra minn hekk ikkonstatat il-Qorti Ġenerali fil-punt 67 tal-ewwel sentenza appellata, li l-Artikolu 26(3) tar-Regolament Nru 575/2013 ġie emendat mil-leġiżlatur tal-Unjoni matul il-proċedura fl-ewwel istanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-fatt, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament Nru 575/2013 emendat issa jipprevedi li, b’deroga mir-regola stabbilita fl-ewwel subparagrafu ta’ din id-dispożizzjoni, li tistabbilixxi l-prinċipju li jgħid li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiksbu awtorizzazzjoni minn qabel sabiex jikklassifikaw istanzi ta’ ħruġ ta’ strumenti kapitali bħala strumenti CET 1, dawn l-istituzzjonijiet jistgħu jikklassifikaw bħala tali l-istanzi ta’ ħruġ sussegwenti fil-forma ta’ strumenti CET 1 li għalihom huma diġà rċevew din l-awtorizzazzjoni, sakemm, minn naħa, id-dispożizzjonijiet li jirregolaw dawn l-istanzi ta’ ħruġ sussegwenti jkunu essenzjalment identiċi għal dawk li jirregolaw l-istanzi ta’ ħruġ li għalihom diġà ngħatat awtorizzazzjoni u, min-naħa l-oħra, l-imsemmija istituzzjonijiet ikunu kkomunikaw dawn l-istanzi ta’ ħruġ sussegwenti lill-awtoritajiet kompetenti fi żmien biżżejjed qabel ma tikklassifikahom bħala strumenti CET 1.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat li Crédit agricole, permezz tal-argument li hija tiżviluppa insostenn tat-tieni parti tal-ewwel aggravju tagħha, tibbaża ruħha fuq premessa żbaljata, jiġifieri li hija kienet diġà rċeviet, konformement ma’ din id-dispożizzjoni l-ġdida, l-awtorizzazzjoni li tikklassifika bħala strument CET 1 l-ewwel żewġ istanzi ta’ ħruġ kontenzjużi fil-mument meta t-tielet istanza ta’ ħruġ kontenzjuża ġiet ikklassifikata bħala tali, fil-fehma tagħha, fit‑<DATE ISO="20160812">12 ta’ Awwissu 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-fatt, din il-premessa, li tikkontradixxi d-dikjarazzjonijiet stess magħmula minn Crédit agricole insostenn tal-ewwel parti tal-ewwel aggravju tagħha, kif jirriżultaw mill-punt 18 ta’ dan id-digriet, li jikkonċerna d-data ta’ din l-aħħar klassifikazzjoni, għandha, għall-istess raġunijiet mogħtija fil-punti 21 sa 24 ta’ dan id-digriet, tiġi miċħuda, peress li din l-appellanti lanqas ma tispjega, fil-kuntest ta’ din il-parti, kif il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet, fil-punt 92 tal-ewwel sentenza appellata, li l-imsemmija klassifikazzjoni kienet seħħet, fir-rigward tat-tieni trimestru tas-sena 2016, fit‑<DATE ISO="20160630">30 ta’ Ġunju 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Issa, huwa paċifiku li, f’din l-aħħar data, Crédit agricole ma kinitx irċeviet l-awtorizzazzjoni li tikklassifika l-ewwel żewġ istanzi ta’ ħruġ ikkontestati bħala strumenti CET 1, peress li din l-awtorizzazzjoni ngħatatilha sussegwentement, fis‑<DATE ISO="20160726">26 ta’ Lulju 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>B’hekk jidher li Crédit agricole, fi kwalunkwe każ, ma osservatx l-obbligu li tikseb awtorizzazzjoni minn qabel, previst kemm fl-Artikolu 26(3) tar-Regolament Nru 575/2013, applikabbli fil-mument tal-fatti, kif ukoll fl-Artikolu 26(3) tar-Regolament Nru 575/2013 emendat, li daħal fis-seħħ matul l-istanza quddiem il-Qorti Ġenerali, u b’hekk ivvizzjat b’mod irrimedjabbli l-klassifikazzjoni tal-istanzi ta’ ħruġ kontenzjużi kollha, irrispettivament mid-dispożizzjoni applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tieni parti tal-ewwel aggravju fil-Kawża C‑456/20 P għandha tiġi miċħuda bħala manifestament infondata u, għaldaqstant, dan l-ewwel aggravju għandu jiġi miċħud kollu kemm hu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni aggravju fil-Kawża C‑456/20 P kif ukoll fuq l-ewwel aggravji fil-Kawżi C‑457/20 P u C‑458/20 P</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel parti</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti ta’ dawn l-aggravji, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha, fil-punti 119, 121 u 122 tal-ewwel sentenza appellata, fil-punti 102, 104 u 105 tat-tieni sentenza appellata kif ukoll fil-punti 106, 108 u 109 tat-tielet sentenza appellata, billi naqset milli twieġeb għall-motiv ibbażat fuq il-ksur, mill-BĊE, tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, għar-raġuni li kien neċessarju għaliha li l-ewwel nett tifhem il-motivi tad-deċiżjonijiet kontenzjużi u, għaldaqstant, li teżamina jekk dawn kinux suffiċjentement motivati. Fil-fatt, l-osservanza ta’ dan il-prinċipju hija indipendenti mill-osservanza tal-obbligu ta’ motivazzjoni, peress li l-imsemmi prinċipju jeżiġi biss l-eżistenza ta’ bażi legali ċara għall-impożizzjoni tas-sanzjoni. Ma huwiex neċessarju, f’dan ir-rigward, li jinftiehmu l-motivi li wasslu lill-BĊE sabiex jadotta din is-sanzjoni u sabiex jiffissa l-ammont tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Il-BĊE jqis li din l-argument huwa infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, kif diġà ġie indikat fil-punti 10 u 11 ta’ dan id-digriet, il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjonijiet kontenzjużi minħabba insuffiċjenza ta’ motivazzjoni, sa fejn dawn kienu jimponu sanzjoni pekunjarja amministrattiva fuq kull waħda mill-appellanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li l-Qorti Ġenerali iddeċidiet ġustament, fil-punt 156 tal-ewwel sentenza appellata, fil-punt 139 tat-tieni sentenza appellata u fil-punt 141 tat-tielet sentenza appellata, li ma kienx iktar neċessarju li jiġu eżaminati l-argumenti l-oħra invokati mill-appellanti, fosthom dak ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fil-fatt, huwa paċifiku li dan l-argument, kif jirriżulta mill-punt 119 tal-ewwel sentenza appellata, mill-punt 102 tat-tieni sentenza appellata u mill-punt 106 tat-tielet sentenza appellata, kien invokat biss minn dawn tal-aħħar sabiex jikkontestaw il-legalità tal-ammont tas-sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi imposti mill-BĊE fid-deċiżjonijiet kontenzjużi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Peress li l-Qorti Ġenerali annullat dawn id-deċiżjonijiet minħabba insuffiċjenza ta’ motivazzjoni sa fejn kienu jimponu tali sanzjonijiet, il-ksur eventwali tal-prinċipju ta’ ċertezza legali ma setax, għaldaqstant, ikollu effett fuq il-portata tal-annullament tal-imsemmija deċiżjonijiet mogħtija mill-Qorti Ġenerali, peress li l-argument ibbażat fuq il-ksur ta’ dan il-prinċipju sar għalhekk ineffettiv. Minn dan isegwi li l-Qorti Ġenerali ma kinitx iktar obbligata tirrispondi għall-motiv ibbażat fuq il-ksur, mill-BĊE, tal-imsemmi prinċipju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-ewwel parti tat-tieni aggravju fil-Kawża C‑456/20 P kif ukoll tal-ewwel aggravji fil-Kawżi C‑457/20 P u C‑458/20 P għandha tiġi miċħuda bħala manifestament infondata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni parti</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tal-imsemmija aggravji, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ ċertezza legali. Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali rrikonoxxiet, fil-punti 47, 49, 88, 89, 94 u 95 tal-ewwel sentenza appellata kif ukoll fil-punti 44, 74, 75, 81 u 72 tat-tieni u tat-tielet sentenza appellata, in-natura ambigwa tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament Nru 575/2013. Din l-assenza ta’ ċarezza tqajmet ukoll mill-ABE f’avviż imqiegħed online fuq is-sit internet tagħha fit‑<DATE ISO="20170523">23 ta’ Mejju 2017</DATE> fil-kuntest tar-reviżjoni ta’ dan ir-regolament. Il-leġiżlatur tal-Unjoni għalhekk qies li kien hemm bżonn li dan l-Artikolu 26(3) jiġi emendat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Issa, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, kif tirriżulta, b’mod partikolari, mis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19901212">12 ta’ Diċembru 1990</DATE>, <NAME.CASE>Vandemoortele vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑172/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:457">EU:C:1990:457</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0009">9</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), sanzjoni, anki ta’ natura mhux kriminali, tista’ tiġi imposta biss jekk tkun ibbażata fuq bażi legali ċara u mhux ambigwa. Peress li l-Artikolu 26(3) tar-Regolament Nru 575/2013 ma kienx jikkostitwixxi bażi legali ċara u mhux ambigwa, il-BĊE ma setax, konsegwentement, jikkonstata l-eżistenza ta’ ksur ta’ din id-dispożizzjoni mingħajr ma jikser il-prinċipju ta’ ċertezza legali. Għaldaqstant, għal din ir-raġuni, id-deċiżjonijiet ikkontestati għandhom jiġu annullati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Il-BĊE jqis li dan l-argument huwa infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Sa fejn l-appellanti għandhom l-intenzjoni, permezz tal-argument ippreżentat insostenn tat-tieni parti ta’ dawn l-aggravji, li jikkritikaw lill-BĊE talli kiser il-prinċipju ta’ ċertezza legali meta kkonstata, fid-deċiżjonijiet kontenzjużi, ksur tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament Nru 575/2013, minkejja n-natura ambigwa ta’ din il-bażi legali, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza msemmija fil-punt 20 ta’ dan id-digriet, aggravju ta’ appell għandu, taħt piena ta’ inammissibbiltà, ikun intiż għall-annullament mhux tad-deċiżjoni kkontestata fl-ewwel istanza, iżda tas-sentenza li l-annullament tagħha jkun qiegħed jintalab, billi jinkludi argument li speċifikament jidentifika l-iżball ta’ liġi li allegatament jivvizzja din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Għaldaqstant, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, aggravju li jillimita ruħu li jirriproduċi l-motivi u l-argumenti li diġà ġew ippreżentati quddiem il-Qorti Ġenerali jikkostitwixxi, fir-realtà, talba intiża sabiex jinkiseb sempliċi eżami mill-ġdid tar-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali, fatt li ma jaqax taħt il-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ appell (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200922">22 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>L-Awstrija vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑594/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:742">EU:C:2020:742</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0091">91</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li dan l-argument, sa fejn, permezz tiegħu, l-appellanti jikkritikaw lill-BĊE talli kiser il-prinċipju ta’ ċertezza legali billi kkonstata, fid-deċiżjonijiet ikkontestati, ksur tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament Nru 575/2013, ma huwiex ammissibbli fl-istadju ta’ dawn l-appelli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Għall-bqija, sa fejn l-appellanti jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali, fil-kuntest ta’ din l-istess parti, li hija stess kisret il-prinċipju ta’ ċertezza legali billi ċaħdet l-argumenti tagħhom intiżi li jikkontestaw il-konstatazzjoni ta’ ksur tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament Nru 575/2013, kif magħmula mill-BĊE, għandu jiġi osservat li l-kritika tagħhom hija bbażata kompletament fuq il-premessa li l-Qorti Ġenerali rrikonoxxiet, fil-punti tas-sentenzi appellati msemmija fil-punt 45 ta’ dan id-digriet, li din id-dispożizzjoni kellha natura ambigwa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Madankollu, din il-premessa hija żbaljata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Qabelxejn, kuntrarjament għal dak li jsostnu l-appellanti, il-Qorti Ġenerali bl-ebda mod ma kkonstatat, fil-punt 47 tal-ewwel sentenza appellata kif ukoll fil-punti 44 tat-tieni u tat-tielet sentenza appellata, li l-Artikolu 26(3) tar-Regolament Nru 575/2013 kien ambigwu, iżda sempliċement osservat, f’dawn il-punti, bħala osservazzjoni preliminari għall-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, li l-modalitajiet ta’ manifestazzjoni tal-ftehim tal-awtorità kompetenti, imsemmi fiha, sabiex istituzzjoni ta’ kreditu tkun tista’ tikklassifika l-istrumenti kapitali bħala strumenti CET 1 ma jistgħux jiġu dedotti biss mill-formulazzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>B’applikazzjoni tal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, imfakkra fil-punt 45 tal-ewwel sentenza appellata kif ukoll fil-punti 42 tat-tieni u tat-tielet sentenza appellata, li tipprovdi li hemm lok li jittieħdu inkunsiderazzjoni, għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, mhux biss il-kliem tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li minnha hija tagħmel parti, il-Qorti Ġenerali, skont interpretazzjoni kuntestwali u teleoloġika tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament Nru 575/2013, imwettqa fil-punti 51 sa 60 tal-ewwel sentenza appellata kif ukoll fil-punti 48 sa 57 tat-tieni u tat-tielet sentenza appellata, wasslet għall-konklużjoni li tgħid li din id-dispożizzjoni kienet tirrikjedi l-għoti, minn din l-awtorità, ta’ awtorizzazzjoni minn qabel, mhux b’mod ġenerali skont il-kategorija ta’ strumenti kapitali, kif sostnew l-appellanti, iżda individwalment.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Sussegwentement, fil-punti 88 u 89 tal-ewwel sentenza appellata kif ukoll fil-punti 75 u 76 tat-tieni u tat-tielet sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali, peress li ma ddeċidietx, f’din il-parti tas-sentenzi appellati, dwar il-legalità tal-ksur imwettaq mill-appellanti fl-Artikolu 26(3) tar-Regolament Nru 575/2013, iżda wieġbet għall-argumenti mressqa minn dawn tal-aħħar ibbażati fuq l-assenza ta’ negliġenza, fis-sens tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 1024/2013, ma esprimitx ruħha fuq il-formulazzjoni ta’ dan l-Artikolu 26(3) iżda fuq il-kontenut ta’ klawżola li tinsab fil-lista ppubblikata mill-ABE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fil-punti 94 u 95 tal-ewwel sentenza appellata kif ukoll fil-punti 80 u 81 tat-tieni u tat-tielet sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali sempliċement ikkonstatat, ukoll fil-kuntest tat-tweġiba tagħha għall-istess argumenti dwar in-natura negliġenti tal-ksur allegat, li ċerti operaturi setgħu jiltaqgħu ma’ diffikultajiet ta’ interpretazzjoni dwar il-portata tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament Nru 575/2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, għandu jiġi enfasizzat li, fil-punti 89 sa 92 u 95 tal-ewwel sentenza appellata kif ukoll fil-punti 75 sa 78 u 81 tat-tieni u tat-tielet sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali esponiet fid-dettall, liema fatt ma jissemmiex mill-appellanti, ir-raġunijiet li għalihom iċ-ċirkustanzi rrilevati fil-punti 55 u 56 ta’ dan id-digriet ma kinux ta’ natura li jikkontestaw il-konklużjoni li tgħid li qari bir-reqqa tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament Nru 575/2013 kien jippermetti li jitneħħew l-eventwali diffikultajiet ta’ interpretazzjoni kkawżati minn din id-dispożizzjoni, u b’hekk ċaħdet punt b’punt l-argumenti li bihom l-appellanti ppruvaw juru l-assenza ta’ negliġenza tagħhom, fis-sens tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 1024/2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-argument tal-appellanti, peress li huwa bbażat fuq qari żbaljat tas-sentenzi appellati, huwa kompletament infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Konsegwentement, it-tieni parti tat-tieni aggravju fil-Kawża C‑456/20 P kif ukoll tal-ewwel aggravji fil-Kawżi C‑457/20 P u C‑458/20 P għandha tiġi miċħuda bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondata. Dawn l-aggravji għandhom, għaldaqstant, jiġu miċħuda fl-intier tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet aggravju fil-Kawża C‑456/20 P kif ukoll fuq it-tieni aggravji fil-Kawżi C‑457/20 P u C‑458/20 P</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet aggravju fil-Kawża C‑456/20 P, it-tieni aggravju fil-Kawża C‑457/20 P u l-ewwel parti tat-tieni aggravju fil-Kawża C‑458/20 P</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Permezz ta’ dawn l-aggravji u argumenti, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 1024/2013 u l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha, billi ma wrietx li huma kienu taw prova ta’ negliġenza. Is-sempliċi fatt li l-BĊE u l-Qorti Ġenerali waslu għal interpretazzjoni tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament Nru 575/2013 li hija differenti minn dik difiża mill-appellanti ma jfissirx li huma kienu negliġenti. Fil-fatt, fil-punti 87 sa 89 u 93 sa 95 tal-ewwel sentenza appellata, kif ukoll fil-punti 73 sa 75 u 79 sa 81 tat-tieni u tat-tielet sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali aċċettat li qari ta’ din id-dispożizzjoni li huwa bbażat fuq il-pożizzjoni uffiċjali espressa mill-ABE f’dokument ippubblikat kien ġie applikat minn ċerti awtoritajiet nazzjonali u minn diversi istituzzjonijiet ta’ kreditu. Il-Qorti Ġenerali rrikonoxxiet ukoll li parti<?PAGE NO="13"?> mil-lista ppubblikata mill-ABE kienet tali li ssaħħaħ l-interpretazzjoni tagħhom. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ma stabbilixxietx kif, fiż-żmien meta seħħew il-fatti, l-interpretazzjoni adottata mill-BĊE kienet prevedibbli, meta ma kienet teżisti ebda pożizzjoni ppubblikata, kemm amministrattiva jew ġudizzjarja, li ssostni din l-interpretazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Il-BĊE jqis li dan l-argument huwa infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni parti tat-tieni aggravju fil-Kawża C‑458/20 P</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tat-tieni aggravju tagħha, CA Consumer Finance tikkritika lill-Qorti Ġenerali talli kisret il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba meta ċaħdet, fil-punt 85 tat-tielet sentenza appellata, l-argument li permezz tiegħu hija kienet enfasizzat, sabiex turi l-assenza ta’ negliġenza, in-natura kontradittorja tar-rekwiżiti tal-BĊE u n-natura manifestament irraġonevoli tat-terminu li fih dan kien eżamina l-elementi kkomunikati sabiex tiġi awtorizzata l-klassifikazzjoni tal-istanzi ta’ ħruġ kontenzjużi bħala strumenti CET 1.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali qieset b’mod żbaljat li din l-appellanti setgħet tinvoka t-terminu eċċessiv li fih il-BĊE weġibha għall-każ fejn dan tal-aħħar issanzjonaha għal nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji imposti fuq il-grupp Crédit agricole għad-data tat‑<DATE ISO="20160630">30 ta’ Ġunju 2016</DATE>, iżda li dan l-istess terminu eċċessiv ma kienx, min-naħa l-oħra, rilevanti sabiex tiġi evalwata l-validità tas-sanzjoni imposta għall-ksur tal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 26(3) tar-Regolament Nru 575/2013. Fil-fatt, skont l-imsemmija appellanti, il-BĊE ma setax jimponi rekwiżit ta’ osservanza fil-qasam tal-fondi proprji u jdewwem huwa stess l-implimentazzjoni ta’ dan ir-rekwiżit billi jieħu seba’ xhur sabiex jawtorizza, fl‑<DATE ISO="20170104">4 ta’ Jannar 2017</DATE>, il-klassifikazzjoni tal-istanzi ta’ ħruġ ikkontestati bħala strumenti CET 1.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Il-BĊE jqis li dan l-argument huwa inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat li, skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 1024/2013, il-BĊE, għall-finijiet tat-twettiq tal-kompiti fdati lilu minn dan ir-regolament, jista’ jimponi sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi meta istituzzjonijiet ta’ kreditu jwettqu, intenzjonalment jew b’negliġenza, ksur ta’ rekwiżit li jirriżulta minn atti rilevanti direttament applikabbli tad-dritt tal-Unjoni li fir-rigward tiegħu l-awtoritajiet kompetenti huma awtorizzati jimponu tali sanzjonijiet skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan id-dritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>B’hekk, mill-formulazzjoni stess ta’ din id-dispożizzjoni jirriżulta li l-eżistenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>negliġenza<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, fis-sens tagħha, min-naħa ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, tikkostitwixxi kundizzjoni tal-impożizzjoni ta’ sanzjoni pekunjarja amministrattiva fil-każ ta’ ksur tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament Nru 575/2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, peress li l-Qorti Ġenerali, permezz tas-sentenzi appellati, annullat minħabba insuffiċjenza ta’ motivazzjoni, kif ġie indikat fil-punti 10 sa 11 ta’ dan id-digriet, id-deċiżjonijiet kontenzjużi sa fejn dawn imponew sanzjoni pekunjarja amministrattiva fuq kull waħda mill-appellanti, jidher li l-motivi li permezz tagħhom hija ċaħdet, fil-punti 79 sa 96 tal-ewwel sentenza appellata, fil-punti 63 sa 82 tat-tieni sentenza appellata u fil-punti 65 sa 86<?PAGE NO="14"?> tat-tielet sentenza appellata, l-argumenti bbażati, minn dawn l-appellanti, fuq assenza ta’ negliġenza, fis-sens tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 1024/2013, għandhom natura superfluwa fir-raġunament tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Issa, l-ilmenti intiżi kontra motivi superfluwi ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali ma jistgħux iwasslu għall-annullament ta’ din is-sentenza u għandhom, konsegwentement, jiġu miċħuda bħala ineffettivi (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200903">3 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>achtung! vs EUIPO</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑214/19 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:632">EU:C:2020:632</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Konsegwentement, it-tielet aggravju fil-Kawża C‑456/20 P kif ukoll it-tieni aggravji fil-Kawżi C‑457/20 P u C‑458/20 P għandhom jiġu miċħuda bħala ineffettivi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ aggravju fil-Kawża C‑456/20 P kif ukoll fuq it-tielet aggravji fil-Kawżi C‑457/20 P u C‑458/20 P</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel parti</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti ta’ dawn l-aggravji, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha, billi naqset milli twieġeb għall-motiv ibbażat fuq il-ksur mill-BĊE tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet b’mod żbaljat, fil-punt 122 tal-ewwel sentenza appellata kif ukoll fil-punti 109 tat-tieni u tat-tielet sentenza appellata, li, sabiex tkun tista’ tiddeċiedi dwar il-motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kien neċessarju, preliminarjament, li teżamina n-natura suffiċjentement motivata tad-deċiżjonijiet kontenzjużi fir-rigward tad-determinazzjoni tal-ammont tas-sanzjoni imposta. Fil-fatt, il-kwistjoni tan-nuqqas ta’ motivazzjoni dwar l-ammont ta’ sanzjoni hija indipendenti mill-evalwazzjoni tal-osservanza tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament fil-prinċipju stess tal-impożizzjoni ta’ din is-sanzjoni. Barra minn hekk, ir-rikorrenti jenfasizzaw li, fir-replika tagħhom ippreżentata quddiem il-Qorti Ġenerali, huma kkontestaw espliċitament il-fatt stess li tista’ tiġi imposta fuqhom sanzjoni pekunjarja amministrattiva, irrispettivament mill-ammont stabbilit, peress li tali sanzjoni ma hijiex neċessarja sabiex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija mir-Regolament Nru 575/2013 u tikser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Il-BĊE jqis li din l-argument huwa infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat qabelxejn li, sa fejn, permezz tal-argument żviluppat insostenn tal-ewwel parti ta’ dawn l-aggravji, l-appellanti jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali talli ma wiġbitx għall-argumenti tagħhom ibbażati fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, dan l-argument għandu jiġi miċħud bħala kompletament infondat, peress li tali argument ma tqajjimx fl-ewwel istanza. B’mod partikolari, kuntrarjament għal dak li jissuġġerixxu l-appellanti, tali argument bl-ebda mod ma jidher fir-replika tagħhom ippreżentata quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Għall-bqija, l-argument tar-rikorrenti għandu, għall-istess raġunijiet bħal dawk diġà esposti fil-punti 40 sa 44 ta’ dan id-digriet, jiġi miċħud, peress li l-Qorti Ġenerali annullat, minħabba insuffiċjenza ta’ motivazzjoni, id-deċiżjonijiet kontenzjużi sa fejn kienu jimponu sanzjoni pekunjarja amministrattiva fuq kull waħda minnhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet ġustament, fil-punt 156 tal-ewwel sentenza appellata, fil-punt 139 tat-tieni sentenza appellata u fil-punt 141 tat-tielet sentenza appellata, li, fid-dawl ta’ tali annullament, ma kienx għadu neċessarju li jiġu eżaminati l-argumenti l-oħra, bħal dak ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, invokati mill-appellanti sabiex jikkontestaw l-ammont ta’ din is-sanzjoni, peress li dawn b’hekk kienu saru ineffettivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>B’mod partikolari, hemm lok li jiġi enfasizzat, f’dan ir-rigward, li l-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta ddeċidiet, fil-punti 135 u 136 tal-ewwel sentenza appellata, fil-punti 118 u 119 tat-tieni sentenza appellata kif ukoll fil-punti 122 u 123 tat-tielet sentenza appellata, li, sabiex tkun tista’ tistħarreġ jekk is-sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi imposti mid-deċiżjonijiet ikkontestati kinux konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif ukoll mal-kriterji li jinsabu fl-Artikolu 18(3) tar-Regolament Nru 1024/2013, li jeżiġi, b’mod partikolari, li s-sanzjoni jkollha natura proporzjonata, kien neċessarju li l-motivazzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet tirrifletti, b’mod suffiċjenti fid-dritt, il-metodoloġija segwita mill-BĊE sabiex jiġi ddeterminat l-ammont ta ’dawn is-sanzjonijiet. Il-Qorti Ġenerali għalhekk iddeċidiet ġustament, fil-punti 121 u 122 tal-ewwel sentenza appellata, fil-punti 104 u 105 tat-tieni sentenza appellata kif ukoll fil-punti 108 u 109 tat-tielet sentenza appellata, li, sabiex tkun tista’ teżamina l-kritika tal-appellanti fuq dan il-punt, hija kellha teżamina, preliminarjament, in-natura suffiċjentement motivata ta’ dawn id-deċiżjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-ewwel parti tar-raba’ aggravju fil-Kawża C‑456/20 P kif ukoll tat-tielet aggravji fil-Kawżi C‑457/20 P u C‑458/20 P għandhom jiġu miċħuda bħala manifestament infondati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni parti</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tal-imsemmija aggravji, l-appellanti jilmentaw li l-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament. Fil-fatt, billi annullat id-deċiżjonijiet kontenzjużi sa fejn kienu imponew fuqhom multa ta’ ammont speċifiku u billi ċaħdet il-kumplament tat-talbiet tagħhom, inklużi l-argumenti li jikkontestaw il-prinċipju stess ta’ din is-sanzjoni, il-Qorti Ġenerali aċċettat tal-inqas impliċitament li l-imsemmija sanzjoni kienet fondata bħala prinċipju u kienet konformi mal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament. Il-Qorti Ġenerali b’hekk irrifjutat, b’mod partikolari, li teżamina l-każijiet ta’ banek oħra li fir-rigward tagħhom il-BĊE adotta interpretazzjoni tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament Nru 575/2013 li kienet konformi ma’ dik mogħtija mill-appellanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Il-BĊE jqis li din l-argument huwa infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="16"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li l-argument tal-appellanti huwa bbażata kompletament fuq il-premessa li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet impliċitament iżda neċessarjament, fis-sentenzi appellati, fuq il-konformità tas-sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi li ġew imposti fuqhom fid-deċiżjonijiet kontenzjużi għal dak li jirrigwarda l-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament, billi rrikonoxxiet li dawn is-sanzjonijiet kienu fondati <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>bħala prinċipju<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Issa, għandu jitfakkar li, minn naħa, il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, kif ġie osservat fil-punt 73 ta’ dan id-digriet, ma ġiex invokat mill-appellanti quddiem il-Qorti Ġenerali u, min-naħa l-oħra, din tal-aħħar annullat id-deċiżjonijiet kontenzjużi minħabba insuffiċjenza ta’ motivazzjoni sa fejn dawn kienu jimponu sanzjoni pekunjarja amministrattiva fuq kull waħda minnhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Qorti Ġenerali ma ddeċidiet, fis-sentenzi appellati, la fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u lanqas fuq dak tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif barra minn hekk jirriżulta espliċitament, fir-rigward ta’ dan l-aħħar prinċipju, mill-punt 156 tal-ewwel sentenza appellata, mill-punt 139 tat-tieni sentenza appellata u mill-punt 141 tat-tielet sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Konsegwentement, it-tieni parti tar-raba’ aggravju fil-Kawża C‑456/20 P kif ukoll tat-tielet aggravji fil-Kawżi C‑457/20 P u C‑458/20 P għandhom jiġu miċħuda bħala manifestament infondati. Dawn l-aggravji għandhom, għaldaqstant, jiġu miċħuda fl-intier tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Għaldaqstant, mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li dawn l-appelli għandhom jiġu miċħuda kollha kemm huma bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment, manifestament infondati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 137 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, applikabbli għall-proċedura ta’ appell skont l-Artikolu 184(1) tal-istess regoli, id-deċiżjoni dwar l-ispejjeż għandha tingħata fid-digriet li jagħlaq l-istanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tal-imsemmija regoli, applikabbli wkoll għall-proċedura tal-appell bis-saħħa tal-Artikolu 184(1) tal-istess regoli, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li l-BĊE talab għall-kundanna tal-appellanti u dawn tal-aħħar tilfu fl-aggravji tagħhom, hemm lok li jiġu kkundannati għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tordna:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-appelli huma miċħuda bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondati.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Crédit agricole SA, Crédit agricole Corporate and Investment Bank u CA Consumer Finance huma kkundannati għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>