2012D0411 — MT — 01.01.2013 — 000.002
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tas-17 ta’ Lulju 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/472/UE fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li huma marbuta mal-vajrus tas-Simbu u l-marda epiżootika tal-emorraġija (notifikata bid-dokument numru C(2012) 4831) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 192, 20.7.2012, p.16) |
Ikkoreġut b'
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-17 ta’ Lulju 2012
li temenda d-Deċiżjoni 2010/472/UE fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li huma marbuta mal-vajrus tas-Simbu u l-marda epiżootika tal-emorraġija
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 4831)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2012/411/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta', u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta' saħħa tal-annimali meħtieġa f'regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(2)(b), l-ewwel inċiż tal-Artikolu 18(1), u l-frażi introduttorja u l-punt (b) tal-Artikolu 19 tagħha,
Billi:|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/472/UE tas-26 ta' Awwissu 2010 dwar l-importazzjonijiet ta' semen, ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina fl-Unjoni ( 2 ) tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet tagħhom li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' semen, ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina. Hija tistabbilixxi wkoll il-garanziji addizzjonali rigward mard speċifiku tal-annimali li jridu jingħataw minn ċerti pajjiżi terzi jew partijiet minnhom elenkati fl-Annessi I u III tagħhom u tistabbilixxi l-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa għal tali importazzjonijiet fil-Parti 2 tal-Annessi II u IV tagħha. |
|
(2) |
Il-ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali marbuta mal-bluetongue fil-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa stipulati fil-Parti 2 tal-Annessi II u IV għad-Deċiżjoni 2010/472/UE huma bbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kapitolu 8.3 tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) li tittratta dik il-marda. Dak il-Kapitolu jirrakkomanda firxa sħiħa ta' miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju li huma mmirati jew lejn il-ħarsien tal-mammiferi ospitanti mill-espożizzjoni tal-vettur infettiv jew lejn l-inattivazzjoni tal-vajrus minn antikorpi. |
|
(3) |
Barra minn hekk, l-OIE stabbilixxiet Kapitolu dwar is-Sorveljanza għal vetturi artropodi tal-mard tal-annimali fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri. Dawk ir-rakkomandazzjonijiet ma jinkludux il-monitoraġġ ta' ruminanti għal antikorpi għall-vajrusis tas-Simbu, bħall-vajrusis tal-Akabane u l-Aino tal-familja Bunyaviridae, li fil-passat kien meqjus bħala metodu ekonomiku għad-determinazzjoni tad-distribuzzjoni ta' vetturi kompetenti tal-blutongue sakemm sar disponibbli aktar tagħrif dwar il-firxa ta' dawk il-mardiet. |
|
(4) |
Ukoll, l-OIE ma telenkax il-mard Akabane u Aino fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri. Konsegwentement, ir-rekwiżit għall-ittestjar annwali għal dak il-mard biex tkun provata l-assenza tal-vettur għandu jitħassar mill-Annessi I u III għad-Deċiżjoni 2010/472/UE u mill-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa stipulati fil-Parti 2 tal-Annessi II u IV tagħha. |
|
(5) |
Barra minn hekk, ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-marda epiżootika tal-emorraġija fil-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa fil-Parti 2 tal-Annessi II u IV għad-Deċiżjoni 2010/472/UE mhumiex kompletament konsistenti mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/630/UE tal-20 ta' Settembru 2011 dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini ( 3 ) u r-rakkomandazzjonijiet tal-Manwal tat-Testijiet Dijanjostiċi u t-Tilqim għall-Annimali Terrestri tal-OIE. Għaldaqstant, dawk il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa għandhom jiġu emendati biex iqisu r-rekwiżiti stipulati fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/630/UE u r-rakkomandazzjonijiet ta' dak il-Manwal. |
|
(6) |
L-Annessi għad-Deċiżjoni 2010/472/UE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
|
(7) |
Biex jiġi evitat kull tfixkil fil-kummerċ, l-użu ta' ċertifikati tas-saħħa maħruġa b'konformità mad-Deċiżjoni 2010/472/UE fil-verżjoni tagħha qabel l-emendi introdotti minn din id-Deċiżjoni għandu jiġi awtorizzat matul perjodu tranżitorju, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi għad-Deċiżjoni 2010/472/UE huma emendati b'konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Għal perjodu tranżitorju sat-30 ta' Ġunju 2013, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta' kunsinni ta':
(a) semen ta' annimali tal-ispeċijiet ovini u kaprini li huma akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa maħruġ mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju 2013 b'konformità mal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fit-Taqsima A tal-Parti 2 tal-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/472/UE fil-verżjoni tagħha qabel l-emendi introdotti minn din id-Deċiżjoni.
(b) Ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa maħruġ mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju 2013 b'konformità mal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness IV għad-Deċiżjoni 2010/472/UE fil-verżjoni tagħha qabel l-emendi introdotti minn din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2013.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS
L-Annessi għad-Deċiżjoni 2010/472/UE huma emendati kif ġej:
(1) L-Anness I huwa sostitwit b'dan li ġej
“ANNESS I
Lista ta' pajjiżi terzi u partijiet tagħhom li minnhom l-Istati Membri jridu jawtorizzaw l-importazzjonijiet tal-kunsinni tas-semen tal-annimali tal-ispeċi ovina u kaprina
|
Kodiċi ISO |
Isem il-pajjiż terz |
Rimarki |
|
|
Deskrizzjoni tat-territorju (jekk xieraq) |
Garanziji addizzjonali |
||
|
AU |
L-Awstralja |
Il-garanzija addizzjonali fir-rigward tal-ittestjar stabbilit fil-punt II.4.9.1. tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fit-Taqsima A tal-Parti 2 tal-Anness II hija obbligatorja. |
|
|
CA |
Il-Kanada |
Il-garanzija addizzjonali fir-rigward tal-ittestjar stabbilit fil-punt II.4.9.1. tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fit-Taqsima A tal-Parti 2 tal-Anness II hija obbligatorja. |
|
|
CH |
L-Isvizzera (1) |
||
|
CL |
Iċ-Ċilì |
||
|
GL |
Greenland |
||
|
HR |
Il-Kroazja |
||
|
IS |
L-Islanda |
||
|
NZ |
In-New Zealand |
||
|
PM |
Saint Pierre u Miquelon |
||
|
US |
L-Istati Uniti |
Il-garanzija addizzjonali fir-rigward tal-ittestjar stabbilit fil-punt II.4.9.1. tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fit-Taqsima A tal-Parti 2 tal-Anness II hija obbligatorja. |
|
|
(1) Ċertifikati b'konformità mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-Kummerċ fi Prodotti Agrikoli kif approvat mid-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill, u tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Ftehim dwar il-Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika, tal-4 ta' April 2002 dwar il-konklużjoni tas-seba' Ftehimiet mal-Konfederazzjoni Svizzera (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1).” |
|||
(2) Fil-Parti 2 tal-Anness II, it-Taqsima A hija sostitwita b'dan li ġej:
“Taqsima A
Mudell 1 — Ċertifikat tas-saħħa għas-semen mibgħut minn ċentru tal-ġbir tas-semen approvat tal-oriġini tas-semen
(3) L-Anness III huwa sostitwit kif ġej:
"ANNESS III
Lista ta' pajjiżi terzi u partijiet mit-territorji tagħhom li minnhom l-Istati Membri jridu jawtorizzaw il-kunsinni ta' ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina
|
Kodiċi ISO |
Isem il-pajjiż terz |
Rimarki |
|
|
Deskrizzjoni tat-territorju (jekk xieraq) |
Garanziji addizzjonali |
||
|
AU |
L-Awstralja |
Il-garanzija addizzjonali fir-rigward tal-ittestjar stabbilit fil-punt II.2.6.1 tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness IV hija obbligatorja. |
|
|
CA |
Il-Kanada |
Il-garanzija addizzjonali fir-rigward tal-ittestjar stabbilit fil-punt II.2.6.1 tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness IV hija obbligatorja. |
|
|
CH |
L-Isvizzera (1) |
||
|
CL |
Iċ-Ċilì |
||
|
GL |
Greenland |
||
|
HR |
Il-Kroazja |
||
|
IS |
L-Islanda |
||
|
NZ |
In-New Zealand |
||
|
PM |
Saint Pierre u Miquelon |
||
|
US |
L-Istati Uniti |
Il-garanzija addizzjonali fir-rigward tal-ittestjar stabbilit fil-punt II.2.6.1 tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness IV hija obbligatorja. |
|
|
(1) Ċertifikati b'konformità mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-Kummerċ fi Prodotti Agrikoli kif approvat mid-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom." |
|||
(4) Parti 2 tal-Anness IV hija sostitwita b'dan li ġej:
“PARTI 2
Mudelli taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjonijiet ta' kunsinni ta' ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina
( 1 ) ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.
( 2 ) ĠU L 228, 31.8.2010, p. 74.
( 3 ) ĠU L 247, 24.9.2011, p. 32.