|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/3890 |
15.7.2026 |
Avviż għall-attenzjoni ta' persuna koperta mill-miżuri restrittivi previsti fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2135 u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/2147 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' attivitajiet li jdgħajfu l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan
(C/2026/3890)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tas-Sur Mirghani Idriss SULEIMAN (nru 1) li jidher fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2135 (1) u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/2147 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' attivitajiet li jdgħajfu l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan.
Fil-qafas tar-rieżami annwali tal-miżuri restrittivi, il-Kunsill jipprevedi li jżomm il-miżuri restrittivi fil-konfront ta' dak l-individwu b'dikjarazzjoni tar-raġunijiet emendata u b'informazzjoni addizzjonali.
Dik il-persuna hija b'dan infurmata li tista' tressaq talba lill-Kunsill biex tikseb l-abbozz tad-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u/jew l-informazzjoni addizzjonali, qabel it-3 ta' Awwissu 2026 , fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1 |
|
Horizontal and Global Affairs |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L, 2023/2135, 11.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2135/oj.
(2) ĠU L, 2023/2147, 11.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2147/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3890/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)