|
23.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 208/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1650
tal-15 ta’ Mejju 2023
li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Żvediża tar-Regolament Delegat (UE) 2018/389 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur u standards miftuħin ta’ komunikazzjoni li jkunu komuni u sikuri
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 98(4), it-tieni subparagrafu tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-verżjoni bil-lingwa Żvediża tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/389 (2) fiha żbalji fl-Artikoli 30, 31 u 36 fir-rigward tat-tipi ta’ fornituri ta’ servizzi kkonċernati minn rekwiżit speċifiku. Dawn l-iżbalji jaffettwaw is-sustanza ta’ dawk id-dispożizzjonijiet. |
|
(2) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjoni bil-lingwa Żvediża tar-Regolament Delegat (UE) 2018/389 tiġi kkoreġuta skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(Ma japplikax għal-lingwa Maltija.)
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Mejju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/389 tas-27 ta’ Novembru 2017 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur u standards miftuħin ta’ komunikazzjoni li jkunu komuni u sikuri (ĠU L 69, 13.3.2018, p. 23).