|
8.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 265/15 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/603/PESK
tas-7 ta’ Ottubru 2010
dwar aktar miżuri b'appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja (ICTY)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fil-11 ta' Ottubru 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK dwar aktar miżuri b'appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja (ICTY) (1), sabiex jiġu ffriżati l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lill-persuni kollha li ġew akkużati mill-ICTY b'delitti ta' gwerra iżda li mhumiex fil-kustodja tal-ICTY. Dik il-Pożizzjoni Komuni ġiet estiża mill-Pożizzjoni Komuni 2009/717/PESK (2) sal-10 ta' Ottubru 2010. |
|
(2) |
Il-miżuri restrittivi għandhom jiġu estiżi għal sena oħra sal-10 ta' Ottubru 2011. |
|
(3) |
Il-miżuri implimentattivi tal-Unjoni huma mniżżla fir-Regolament (KE) Nru 1763/2004 tal-11 ta' Ottubru 2004 li jimponi ċerti miżuri restrittivi biex isostnu l-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tal-Qorti Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (TKIJ) (3), |
ADDOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lill-persuni fiżiċi elenkati fl-Anness, li ġew akkużati mit-TKIJ, għandhom jiġu ffriżati.
2. L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom jintgħamlu disponibbli direttament jew indirettament lil jew għall-benefiċċju tal-persuni fiżiċi elenkati fl-Anness.
3. Jistgħu jsiru eżenzjonijiet għal fondi jew riżorsi ekonomiċi li huma:
|
(a) |
meħtieġa għal spejjeż bażiċi, inklużi pagamenti għal oġġetti tal-ikel, kera jew mortgage, mediċini u kura medika, taxxi, premiums ta' assigurazzjoni, u ħlasijiet ta' servizzi pubbliċi; |
|
(b) |
intiżi esklussivament għall-pagament ta' onorarji professjonali raġjonevoli u għar-rimbors ta' spejjeż magħmula assoċjati mal-prestazzjoni ta' servizzi legali; |
|
(c) |
intiżi esklussivament għall-pagament ta' drittijiet jew ħlasijiet ta’ servizz għaż-żamma ordinarja jew manteniment ta' fondi ffriżati jew riżorsi ekonomiċi; |
|
(d) |
neċessarji għal spejjeż straordinarji. |
4. Paragrafu 2 ma għandux japplika għaż-żieda ma' kontijiet iffriżati ta':
|
(a) |
imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew |
|
(b) |
pagamenti dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li kienu konklużi jew kreati qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għal miżuri restrittivi, |
basta li tali imgħax, dħul u pagamenti oħrajn jibqgħu soġġetti għall-paragrafu 1.
Artikolu 2
1. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta ta’ Stat Membru jew tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, għandu jadotta emendi għall-lista li tinsab fl-Anness kif meħtieġ.
2. Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna kkonċernata, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, u b'hekk tali persuna tingħata l-opportunità li tippreżenta osservazzjonijiet.
3. Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew fejn jiġu ppreżentati provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jerġa’ jeżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna kkonċernata skont il-każ.
Artikolu 3
Sabiex tkabbar kemm jista' jkun l-impatt tal-miżuri msemmija hawn fuq, l-Unjoni għandha tinkoraġġixxi lill-Istati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk li jinsabu f'din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Il-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK tal-Kunsill hija b’dan imħassra. Ir-referenzi għaliha għandhom jinqraw bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-10 ta' Ottubru 2011. Għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Għandha tiġi mġedda, jew emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-7 ta’ Ottubru 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
M. WATHELET
(1) ĠU L 315, 14.10.2004, p. 52.
ANNESS
LISTA TA' PERSUNI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1
|
|
Individwu |
Raġuni |
|
1. |
Isem: HADZIC Goran (raġel) Data tat-twelid: 7.9.1958 Post tat-twelid: Vinkovci, Kroazja Ċittadin tas-Serbja |
Akkużat mill-ICTY u għadu liberu Att ta' akkuża: 4 ta' Ġunju 2004 Kawża Nru.: IT 04 75 |
|
2. |
Isem: MLADIC Ratko (raġel) Data tat-twelid: 12.3.1948 Post tat-twelid: Bozanovici, muniċipalità ta’ Kalinovik, Bosnja-Ħerzegovina Ċittadin tal-Bosnja-Ħerzegovina |
Akkużat mill-ICTY u għadu liberu L-ewwel att ta' akkuża: 25 ta' Lulju 1995; it-tieni att ta' akkuża: 16 ta' Novembru 1995; att ta' akkuża emendat: 8 ta’ Novembru 2002 Kawża Nru.: IT-95-5/18 |