|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/3178 |
16.12.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2024/3178
tat-28 ta’ Novembru 2024
dwar il-ħatra tal-Kmandant tat-Taħriġ Speċjali għall-Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Ukrajna (EUMAM Ukraine) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2022/2097(EUMAM Ukraine/1/2024)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1968 tas-17 ta’ Ottubru 2022 dwar Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Ukrajna (EUMAM Ukraine) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fis-17 ta’ Ottubru 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1968 dwar Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Ukrajna (EUMAM Ukraine). |
|
(2) |
L-Artikolu 2(3) tad-Deċiżjoni (PESK) 2022/1968 jipprevedi li Stat Membru għandu jagħmel disponibbli Kmand ta’ Taħriġ Speċjali multinazzjonali li għandu jmexxi attivitajiet ta’ taħriġ fit-territorju tiegħu. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2022/1968, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti, f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-ħatra tal-Kmandanti tal-UE għall-EUMAM Ukraine, inkluż il-Kmandant tat-Taħriġ Speċjali. |
|
(4) |
Fis-27 ta’ Ottubru 2022, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/2097 (2), li taħtar lil-Logutenent Ġeneral Andreas MARLOW bħala l-Kmandant tat-Taħriġ Speċjali għall-EUMAM Ukraine mill-istess data. |
|
(5) |
Fit-12 ta’ Novembru 2024, l-awtoritajiet Ġermaniżi pproponew il-ħatra tal-Maġġur Ġeneral Olaf ROHDE bħala l-Kmandant tat-Taħriġ Speċjali. |
|
(6) |
Fl-14 ta’ Novembru 2024, il-Kmandant tal-Missjoni tal-UE appoġġa dik il-ħatra proposta. |
|
(7) |
Fil-15 ta’ Novembru 2024, il-Kumitat Militari tal-UE qabel li jirrakkomanda li l-Maġġur Ġeneral Olaf ROHDE jinħatar bħala l-Kmandant tat-Taħriġ Speċjali. |
|
(8) |
Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Maġġur Ġeneral Olaf ROHDE bħala l-Kmandant tat-Taħriġ Speċjali għall-EUMAM Ukraine. |
|
(9) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2022/2097 titħassar, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Maġġur Ġeneral Olaf ROHDE huwa b’dan maħtur Kmandant tat-Taħriġ Speċjali għall-Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Ukrajna (EUMAM Ukraine).
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/2097 hija b’dan imħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2024.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
D. PRONK
(1) ĠU L 270, 18.10.2022, p. 85.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/2097 tas-27 ta’ Ottubru 2022 dwar il-ħatra tal-Kmandant tat-Taħriġ Speċjali għall-Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Ukrajna (EUMAM Ukraine) (EUMAM Ukraine/2/2022) (ĠU L 281, 31.10.2022, p. 72).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/3178/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)