30.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 216/21


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9796 — Uniqa/Axa (Insurance, asset management and pensions — Czechia, Poland and Slovakia)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 216/13)

1.   

Fit-23 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Uniqa Österreich Versicherungen AG (“Uniqa”, l-Awstrija), ikkontrollata bi sħab minn Raiffeisen Bank International AG (“RBI”, l-Awstrija) u Uniqa Versicherungsverein Privatstiftung (“Uniqa PS”, l-Awstrija);

—

AXA S.A. (“Axa”, Franza).

Uniqa takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ partijiet minn Axa.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Uniqa hija attiva fl-assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja, tar-riassikurazzjoni u tas-servizzi relatati.

—

RBI huwa bank korporattiv u ta’ investiment, b’sussidjarji fis-Slovakkja u fiċ-Ċekja.

—

Uniqa PS hija fondazzjoni privata li l-benefiċjarji esklużivi tagħha huma detenturi tal-polza ta’ Uniqa.

—

Il-Kumpanija fil-Mira tinkludi n-negozju ta’ Axa tal-assigurazzjoni, il-ġestjoni tal-assi u tal-pensjonijiet fiċ-Ċekja, il-Polonja u s-Slovakkja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9796 — Uniqa/Axa (Insurance, Asset Management and Pensions – Czechia, Poland and Slovakia)

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).