|
7.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 108/51 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/559
tal-5 ta’ April 2022
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/310 fir-rigward tal-awtorizzazzjoni li ngħatat lill-Polonja biex tkompli tapplika l-miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 226 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Permezz ta’ ittra rreġistrata mal-Kummissjoni fis-26 ta’ Lulju 2021, il-Polonja talbet awtorizzazzjoni sabiex tkompli tapplika miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 226 tad-Direttiva 2006/112/KE sabiex tapplika mekkaniżmu ta’ ħlas maqsum (il-“miżura speċjali”). Il-miżura speċjali tirrikjedi l-inklużjoni ta’ dikjarazzjoni speċjali li t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) trid titħallas fil-kont tal-VAT imblukkat tal-fornitur fuq il-fatturi maħruġa fir-rigward tal-provvisti ta’ merkanzija u servizzi suxxettibbli għall-frodi u ġeneralment koperti minn mekkaniżmu tar-reverse charge u minn obbligazzjoni in solidum fil-Polonja. Il-Polonja talbet l-estensjoni tal-miżura speċjali għal perijodu ta’ tliet snin, mill-1 ta’ Marzu 2022 sat-28 ta’ Frar 2025. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 395(2), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni bagħtet it-talba li għamlet il-Polonja lill-Istati Membri l-oħra permezz ta’ ittra datata s-27 ta’ Ottubru 2021. Permezz ta’ ittra datata t-28 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Polonja li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tqis it-talba. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/310 (2), il-Polonja ppreżentat rapport lill-Kummissjoni rigward l-impatt globali tal-miżura speċjali fuq il-livell ta’ frodi tal-VAT u fuq il-persuni taxxabbli kkonċernati permezz ta’ ittra datata d-29 ta’ April 2021. |
|
(4) |
Il-Polonja diġà ħadet bosta miżuri sabiex tiġġieled il-frodi. Hija introduċiet, fost oħrajn, il-mekkaniżmu tar-reverse charge u l-obbligazzjoni in solidum tal-fornitur u tal-klijent, il-Fajl Standard tal-Awditjar, ir-regoli aktar stretti għar-reġistrazzjoni u t-tneħħija tar-reġistrazzjoni tal-VAT tal-persuni taxxabbli, u żiedet l-għadd ta’ awditi. Madankollu, il-Polonja hija tal-fehma li dawk il-miżuri mhumiex biżżejjed sabiex tiġi pprevenuta l-frodi tal-VAT. |
|
(5) |
Il-Polonja introduċiet il-mekkaniżmu volontarju ta’ ħlas maqsum fl-1 ta’ Lulju 2018 u l-mekkaniżmu obbligatorju ta’ ħlas maqsum fl-1 ta’ Marzu 2019. |
|
(6) |
Il-merkanzija u s-servizzi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżura speċjali huma elenkati fl-Anness għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/310 f’konformità mal-Klassifikazzjoni Pollakka tal-Prodotti u s-Servizzi tal-2008 (PKWiU 2008). Il-Klassifikazzjoni Pollakka tal-Merkanzija u s-Servizzi tal-2015 (PKWiU 2015) issostitwiet lil PKWiU 2008 mill-1 ta’ Lulju 2020. Taħt il-PKWiU 2015, is-simboli tal-klassifikazzjoni statistika u l-ismijiet editorjali ta’ ċerti merkanzija u servizzi li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/310 ġew mibdula. Għalkemm is-sostituzzjoni ta’ PKWiU 2008 bi PKWiU 2015 ma kkawżat l-ebda bidla fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-merkanzija u s-servizzi koperti mill-mekkaniżmu obbligatorju ta’ ħlas maqsum, jenħtieġ li l-Anness jiġi aġġornat u ssostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni għal raġunijiet ta’ ċertezza legali. |
|
(7) |
Il-miżura speċjali ser ikompli tapplika għall-provvisti bejn il-persuni taxxabbli għall-merkanzija u s-servizzi elenkati fl-Anness għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/310, kif aġġornat u sostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni, għall-provvisti minn negozju għal negozju (B2B), u ser ikopri biss it-trasferimenti bankarji elettroniċi. Il-miżura speċjali ser tkompli tapplika għall-fornituri kollha, inkluż għall-fornituri li mhumiex stabbiliti fil-Polonja. |
|
(8) |
Ir-rapport ippreżentat mill-Polonja kkonferma li l-miżura speċjali għall-provvisti ta’ merkanzija u servizzi suxxettibbli għall-frodi twassal għal riżultati effettivi fil-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa. |
|
(9) |
Awtorizzazzjonijiet biex tiġi applikata miżura speċjali ġeneralment jingħataw għal perijodu ta’ żmien limitat biex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta jekk il-miżura speċjali hijiex adatta u effettiva. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtorizzazzjoni biex tiġi applikata l-miżura speċjali tiġi estiża sat-28 ta’ Frar 2025. |
|
(10) |
Minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni wiesa’ tal-miżura speċjali, jenħtieġ li l-Polonja, jekk titlob estensjoni ulterjuri tal-awtorizzazzjoni biex tapplika l-miżura speċjali, tippreżenta rapport fir-rigward tal-funzjonament u l-effettività tal-miżura speċjali fuq il-livell ta’ frodi tal-VAT u fuq il-persuni taxxabbli rigward, fost oħrajn, ir-rifużjonijiet tal-VAT, il-piż amministrattiv u l-ispejjeż għall-persuni taxxabbli. |
|
(11) |
Il-miżura speċjali mhux ser ikollha effett negattiv fuq l-ammont globali tad-dħul mit-taxxa miġbur fl-istadju tal-konsum finali u ma hu ser ikollha l-ebda effett negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jinġabru mill-VAT. |
|
(12) |
Sabiex jiġi żgurat li jintlaħqu l-objettivi mfittxija mill-miżura speċjali, inkluż l-applikazzjoni mingħajr interruzzjoni tal-miżura speċjali, u li tingħata ċertezza legali fir-rigward tal-perijodu tat-taxxa, huwa xieraq li tingħata awtorizzazzjoni biex tiġi estiża l-miżura speċjali b’effett mill-1 ta’ Marzu 2022. Peress li fis-26 ta’ Lulju 2021 il-Polonja talbet l-awtorizzazzjoni biex tkompli tapplika l-miżura speċjali u kompliet tapplika r-reġim legali stabbilit taħt il-liġi nazzjonali tagħha abbażi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/310 mill-1 ta’ Marzu 2022, l-aspettattivi leġittimi tal-persuni kkonċernati huma rispettati kif xieraq. |
|
(13) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/310 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/310 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 2, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Fejn il-Polonja tqis li l-estensjoni tal-miżura msemmija fl-Artikolu 1 hija meħtieġa, hija għandha tippreżenta talba għal estensjoni lill-Kummissjoni, flimkien ma’ rapport dwar l-impatt globali tagħha fuq il-livell ta’ frodi tal-VAT u fuq il-persuni taxxabbli kkonċernati”. |
|
(2) |
fl-Artikolu 3, it-tieni paragrafu, id-data tat-“28 ta’ Frar 2022” hija sostitwita bid-data tat-“28 ta’ Frar 2025”. |
|
(3) |
l-Anness huwa sostitwit bit-test li jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-5 ta’ April 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
B. LE MAIRE
(1) ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/310 tat-18 ta’ Frar 2019 li tawtorizza lill-Polonja tintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 226 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 51, 22.2.2019, p. 19).
ANNESS
“ANNESS
LISTA TAL-PROVVISTI TA’ MERKANZIJA U SERVIZZI KOPERTI MILL-ARTIKOLU 1
L-Artikolu 1 għandu japplika għall-provvisti li ġejjin ta’ merkanzija u servizzi deskritti skont il-Klassifikazzjoni Pollakka tal-Merkanzija u s-Servizzi (PKWiU 2015)
|
Entrata |
PKWiU 2015 |
Isem tal-merkanzija (grupp ta’ merkanzija)/Isem tas-servizzi (grupp ta’ servizzi) |
|
1 |
05.10.10.0 |
Faħam |
|
2 |
05.20.10.0 |
Linjite |
|
3 |
ex 10.4 |
Żjut u xaħmijiet veġetali u tal-annimali - esklussivament żejt tal-kolza |
|
4 |
19.10.10.0 |
Kokk u semikokk tal-faħam u tal-linjite jew tal-pit; karbonju tal-istorta |
|
5 |
19.20.11.0 |
Briquettes, ovojdi u fjuwils solidi simili manifatturati mill-faħam |
|
6 |
19.20.12.0 |
Briketti, ovojdi u fjuwils solidi simili manifatturati mill-linjite |
|
7 |
ex 20.59.12.0 |
Emulsjonijiet għas-sensitizzazzjoni tas-superfiċe għall-użu fil-fotografija; preparazzjonijiet kimiċi għall-użu fil-fotografija, mhux ikklassifikati band’oħra (m.k.b.) - esklussivament toners mingħajr print head għal printers għal magni għall-ipproċessar awtomatizzat tad-data |
|
8 |
ex 20.59.30.0 |
Linka tat-typewriter, draft ink u linka oħra - esklussivament cartridges tal-linka mingħajr print head għal printers għal magni għall-ipproċessar awtomatizzat tad-data |
|
9 |
ex 22.21.30.0 |
Pjanċi, folji, film, fojl, strixxi u strixxi tal-plastik, mhux ċellulari, mhux rinfurzati, illaminati jew ikkombinati ma’ materjal ieħor - esklussivament fojl li jiġġebbed |
|
10 |
24.10.12.0 |
Ligi tal-ħadid |
|
11 |
24.10.14.0 |
Ħadid fondut grezz u ħadid fondut grezz spekulari jew azzar spekulari |
|
12 |
24.10.31.0 |
Prodotti llaminati ċatti tal-azzar bil-karbonju, illaminati bis-sħana, b’wisa’ ta’ >= 600 mm |
|
13 |
24.10.32.0 |
Prodotti llaminati ċatti tal-azzar mhux illigat, illaminati bis-sħana, b’wisa’ ta’ < 600 mm |
|
14 |
24.10.35.0 |
Prodotti llaminati ċatti ta’ azzar illigat ieħor, illaminati bis-sħana, b’wisa’ ta’ >= 600 mm, minbarra l-prodotti tal-azzar siliċju msejħa elettriċi |
|
15 |
24.10.36.0 |
Prodotti llaminati ċatti ta’ azzar illigat ieħor, illaminati bis-sħana, b’wisa’ ta’ < 600 mm, minbarra l-prodotti tal-azzar siliċju msejħa elettriċi |
|
16 |
24.10.41.0 |
Prodotti llaminati ċatti tal-azzar mhux illigat, illaminati fil-kiesaħ, b’wisa’ ta’ >= 600 mm |
|
17 |
24.10.43.0 |
Prodotti llaminati ċatti ta’ azzar illigat ieħor, illaminati fil-kiesaħ, b’wisa’ ta’ >= 600 mm, minbarra l-prodotti tal-azzar siliċju msejħa elettriċi |
|
18 |
24.10.51.0 |
Prodotti llaminati ċatti ta’ azzar mhux illigat, b’wisa’ ta’ >= 600 mm, indurati jew miksijin |
|
19 |
24.10.52.0 |
Prodotti llaminati ċatti ta’ azzar illigat ieħor, b’wisa’ ta’ >= 600 mm, indurati jew miksijin |
|
20 |
24.10.61.0 |
Staneg u vireg, illaminati bis-sħana, f’kojls mibruma b’mod irregolari, ta’ azzar mhux illigat |
|
21 |
24.10.62.0 |
Staneg u vireg oħrajn tal-azzar, sempliċement mikwijin fil-forġa, illaminati jew estrużi bis-sħana, iżda inklużi dawk milwija wara l-laminazzjoni |
|
22 |
24.10.65.0 |
Staneg u vireg, illaminati bis-sħana, f’kojls mibruma b’mod irregolari, ta’ azzar illigat ieħor |
|
23 |
24.10.66.0 |
Staneg u vireg oħrajn ta’ azzar illigat ieħor, sempliċement mikwijin fil-forġa, illaminati jew estrużi bis-sħana, iżda inklużi dawk milwija wara l-laminazzjoni |
|
24 |
24.10.71.0 |
Sezzjonijiet miftuħin, sempliċement illaminati jew estrużi bis-sħana, ta’ azzar mhux illigat |
|
25 |
24.10.73.0 |
Sezzjonijiet miftuħin, sempliċement illaminati jew estrużi bis-sħana, ta’ azzar illigat ieħor |
|
26 |
24.20.11.0 |
Pajpijiet għal linji ta’ tip użat għal pipelines taż-żejt jew tal-gass, mingħajr saldatura, tal-azzar |
|
27 |
24.20.12.0 |
Kejsing, tubi u pajp għat-tħaffir, ta’ tip użat fit-tħaffir għaż-żejt jew għall-gass, mingħajr saldatura, tal-azzar |
|
28 |
24.20.13.0 |
Tubi u pajpijiet oħrajn, ta’ sezzjoni trażversali ċirkolari, tal-azzar |
|
29 |
24.20.31.0 |
Pajpijiet għal linji ta’ tip użat għal pipelines taż-żejt jew tal-gass, iwweldjati, b’dijametru estern ta’ <= 406,4 mm, tal-azzar |
|
30 |
24.20.33.0 |
Tubi u pajpijiet oħrajn, ta’ sezzjoni trażversali ċirkolari, iwweldjati, b’dijametru estern ta’ <= 406,4 mm, tal-azzar |
|
31 |
24.20.34.0 |
Tubi u pajpijiet, ta’ sezzjoni trażversali mhux ċirkolari, iwweldjati, b’dijametru estern ta’ <= 406,4 mm, tal-azzar |
|
32 |
24.20.40.0 |
Fittings tat-tubi u tal-pajpijiet tal-azzar, mhux fonduti |
|
33 |
24.31.10.0 |
Staneg, angoli, sezzjonijiet u profili solidi ta’ azzar mhux illigat illaminati fil-kiesaħ |
|
34 |
24.31.20.0 |
Staneg, angoli, sezzjonijiet u profili solidi ta’ azzar illigat illaminati fil-kiesaħ, minbara azzar inossidabbli |
|
35 |
24.32.10.0 |
Prodotti tal-azzar ċatti, sempliċement illaminati fil-kiesaħ, b’wisa’ ta’ < 600 mm, mhux miksijin |
|
36 |
24.32.20.0 |
Prodotti tal-azzar ċatti, sempliċement illaminati fil-kiesaħ, b’wisa’ < 600 mm, indurati jew miksijin |
|
37 |
24.33.11.0 |
Sezzjonijiet miftuħin ta’ azzar mhux illigat iffurmati fil-kiesaħ jew mitwijin fil-kiesaħ |
|
38 |
24.33.20.0 |
Pjanċi b’linji mqabbżin ta’ azzar mhux illigat |
|
39 |
24.34.11.0 |
Wajer illaminat fil-kiesaħ ta’ azzar mhux illigat |
|
40 |
24.41.10.0 |
Fidda mhux maħduma jew f’forma semimanifatturata, jew f’għamla ta’ trab |
|
41 |
ex 24.41.20.0 |
Deheb mhux maħdum jew f’forma semimanifatturata, jew f’għamla ta’ trab, minbarra deheb ta’ investiment skont it-tifsira tal-Artikolu 121 tal-Att dwar it-taxxa ta’ merkanzija u servizzi, soġġett għall-entrata 43 |
|
42 |
24.41.30.0 |
Platinu mhux maħdum jew f’forma semimanifatturata, jew f’għamla ta’ trab |
|
43 |
irrispettivament mis-simbolu ta’ PKWiU |
Deheb bħala investiment skont it-tifsira tal-Artikolu 121 tal-Att dwar it-taxxa ta’ merkanzija u servizzi |
|
44 |
ex 24.41.40.0 |
Metalli komuni jew fidda, indurati bid-deheb, sempliċement f’forma semimanifatturata - esklussivament miksija bil-fidda, bid-deheb, sempliċement f’forma semimanifatturata |
|
45 |
ex 24.41.50.0 |
Metalli komuni miksija bil-fidda u metalli komuni, fidda jew deheb, miksija bil-platinu, f’forma semimanifatturata - esklussivament miksija bil-fidda u d-deheb, f’forma semimanifatturata |
|
46 |
24.42.11.0 |
Aluminju mhux maħdum |
|
47 |
24.43.11.0 |
Ċomb mhux maħdum |
|
48 |
24.43.12.0 |
Żingu mhux maħdum |
|
49 |
24.43.13.0 |
Landa mhux maħduma |
|
50 |
24.44.12.0 |
Ram, mhux raffinat; anodi tar-ram għar-raffinar elettrolitiku |
|
51 |
24.44.13.0 |
Ram raffinat u ligi tar-ram, mhux maħdumin; ligi prinċipali tar-ram |
|
52 |
24.44.21.0 |
Trabijiet u laqx tar-ram u l-ligi tiegħu |
|
53 |
24.44.22.0 |
Staneg ċatti, vireg u sezzjonijiet u vireg tal-wajer, tar-ram u l-ligi tiegħu |
|
54 |
24.44.23.0 |
Wajers tar-ram u l-ligi tiegħu |
|
55 |
24.45.11.0 |
Nikil mhux maħdum |
|
56 |
ex 24.45.30.0 |
Metalli mhux ferrużi oħrajn u prodotti magħmulin mill-istess materjal; ċermiti; irmied u residwi li fihom metalli u komposti tal-metall — esklussivament skart u ruttam ta’ metall mhux prezzjuż |
|
57 |
ex 25.11.23.0 |
Strutturi oħrajn u partijiet minn strutturi; pjanċi, vireg, angoli, forom u oġġetti simili, tal-ħadid, tal-azzar jew tal-aluminju — esklussivament tal-azzar |
|
58 |
ex 25.93.13.0 |
Ċraret, grills, xbieki u lqugħ, magħmula minn wajer tal-ħadid, tal-azzar jew tar-ram; metall espandut, tal-ħadid, tal-azzar jew tar-ram — esklussivament tal-azzar |
|
59 |
ex 26.11.30.0 |
Ċirkwiti integrati elettroniċi — esklussivament proċessuri |
|
60 |
26.20.1 |
Kompjuters u magni oħrajn għall-ipproċessar awtomatizzat tad-data u partijiet u aċċessorji tagħhom |
|
61 |
ex 26.20.21.0 |
Unitajiet tal-memorja — esklussivament diski riġidi (HDDs) |
|
62 |
ex 26.20.22.0 |
Apparat għall-ħżin fi stat solidu — esklussivament SSDs |
|
63 |
ex 26.30.22.0 |
Telefons ċellulari jew networks bla fili oħrajn - mobiles biss, inklużi smartphones |
|
64 |
26.40.20.0 |
Riċevituri tat-televiżjoni, kemm jekk ikkombinati ma’ riċevituri tax-xandir bir-radju jew apparat li jirrekordja jew jirriproduċi l-awdjo jew il-vidjo, kif ukoll jekk le |
|
65 |
ex 26.40.60.0 |
Konsols tal-logħob vidjo (bħal dawk li jintużaw ma’ sett tat-televiżjoni jew skrin awtonomu) u apparat ieħor tal-logħob jew tal-logħob tal-azzard b’displej elettroniku - minbarra parts u aċċessorji |
|
66 |
26.70.13.0 |
Kameras diġitali u camcorders diġitali |
|
67 |
27.20.2 |
Akkumulaturi elettriċi u parts tagħhom |
|
68 |
28.11.41.0 |
Parts għal magni b’kombustjoni interna ta’ tqabbid bl-ispark, minbarra parts għal magni ta’ inġenji tal-ajru |
|
69 |
ex 28.23.22.0 |
Parts u aċċessorji għal magni tal-uffiċċju - esklussivament cartridges tal-linka u print heads għal printers għal magni għall-ipproċessar awtomatizzat tad-data, toners bi print head għall-printers għal magni għall-ipproċessar awtomatizzat tad-data |
|
70 |
ex 29.31.10.0 |
Ċineg tal-kejbils tal-ignixin u settijiet ta’ wajers oħrajn ta’ tip użat f’vetturi, inġenji tal-ajru jew inġenji tal-baħar – esklussivament ċineg tal-kejbils tal-ignixin u settijiet ta’ wajers oħrajn ta’ tip użat fil-vetturi |
|
71 |
29.31.21.0 |
Sparking plugs; manjeti tal-ignixin; manjeto dinamos; flajwils manjetiċi; distributuri; kojls tal-ignixin |
|
72 |
29.31.22.0 |
Muturi tal-istartjar u ġeneraturi tal-istartjar bi skop doppju; ġeneraturi oħrajn u tagħmir ieħor għall-magni bil-kombustjoni |
|
73 |
29.31.23.0 |
Tagħmir għal sinjali elettriċi, windscreen, defrosters u demisters għall-vetturi bil-mutur |
|
74 |
29.31.30.0 |
Parts ta’ tagħmir elettriku ieħor għall-vetturi bil-mutur |
|
75 |
29.32.20.0 |
Ċinturini tas-sikurezza, airbags u parts u aċċessorji tal-bodis |
|
76 |
29.32.30.0 |
Parts u aċċessorji għall-vetturi bil-mutur, m.k.b., minbarra muturi |
|
77 |
30.91.20.0 |
Parts u aċċessorji ta’ muturi u sidecars |
|
78 |
ex 32.12.13.0 |
Ġojjellerija u ġojjellerija oħra u partijiet tagħha, magħmula minn metall prezzjuż jew miksija b’ metall prezzjuż - esklussivament partijiet ta’ ġojjellerija u partijiet ta’ ġojjellerija oħra tad-deheb, tal-fidda u tal-platinu, jiġifieri ġojjellerija mhux lesta jew inkompleta u partijiet distinti ta’ ġojjellerija inklużi dawk mgħottija jew miksija b’metall prezzjuż |
|
79 |
38.11.49.0 |
Vetturi, kompjuters, televixins u apparat użat ieħor maħsub għall-iskrappjar |
|
80 |
38.11.51.0 |
Skart tal-ħġieġ |
|
81 |
38.11.52.0 |
Skart tal-karti u l-kartun |
|
82 |
38.11.54.0 |
Skart tal-gomma ieħor |
|
83 |
38.11.55.0 |
Skart tal-plastik |
|
84 |
38.11.58.0 |
Skart li fih il-metall minbarra skart perikoluż |
|
85 |
38.12.26.0 |
Skart tal-metall perikoluż |
|
86 |
38.12.27 |
Skart u ċelloli u akkumulaturi tal-elettriku difettużi; ċelloli u batteriji galvaniċi u akkumulaturi tal-elettriku użati |
|
87 |
38.32.2 |
Materja prima sekondarja tal-metall |
|
88 |
38.32.31.0 |
Materja prima sekondarja tal-ħġieġ |
|
89 |
38.32.32.0 |
Materja prima sekondarja tal-karti u l-kartun |
|
90 |
38.32.33.0 |
Materja prima sekondarja tal-plastik |
|
91 |
38.32.34.0 |
Materja prima sekondarja tal-gomma |
|
92 |
|
Petrol għall-magni, żejt diżil, gass tal-fjuwil — skont it-tifsira tad-dispożizzjonijiet dwar id-dazju tas-sisa |
|
93 |
|
Żejt għat-tisħin u żejt lubrifikanti — skont it-tifsira tad-dispożizzjonijiet dwar id-dazju tas-sisa |
|
94 |
ex 58.29.11.0 |
Pakketti ta’ softwer tas-sistema operattiva — esklussivament SSD |
|
95 |
ex 58.29.29.0 |
Pakketti ta’ softwer oħrajn - esklussivament SSDs |
|
96 |
ex 59.11.23.0 |
Vidjos u reġistrazzjonijiet bil-vidjo fuq diski, tejps manjetiċi u mezzi simili — esklussivament SSDs |
|
97 |
irrispettivament mis-simbolu ta’ PKWiU |
Servizzi ta’ trasferiment ta’ kwota tal-emissjonijiet ta’ GHG imsemmija fl-Att tat-12 ta’ Ġunju 2015 dwar Skema ta’ Skambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet ta’ Gass Serra (Ġurnal Uffiċjali tal-2021, entrata 332) |
|
98 |
41.00.3 |
Xogħol ta’ kostruzzjoni fuq bini residenzjali (xogħlijiet fuq il-kostruzzjoni ta’ bini ġdid, rikostruzzjoni jew rinnovazzjoni ta’ bini eżistenti) |
|
99 |
41.00.4 |
Xogħol ta’ kostruzzjoni fuq bini mhux residenzjali (xogħlijiet fuq il-kostruzzjoni ta’ bini ġdid, rikostruzzjoni jew rinnovazzjoni ta’ bini eżistenti) |
|
100 |
42.11.20.0 |
Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ awtostradi, toroq u toroq oħrajn għal vetturi u persuni bil-mixi u l-kostruzzjoni ta’ runways |
|
101 |
42.12.20.0 |
Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ linji ferrovjarji u metrò |
|
102 |
42.13.20.0 |
Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ pontijiet u mini |
|
103 |
42.21.21.0 |
Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ pipelines tat-trażmissjoni |
|
104 |
42.21.22.0 |
Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ netwerks ta’ distribuzzjoni, inklużi xogħlijiet awżiljarji |
|
105 |
42.21.23.0 |
Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ sistemi ta’ irrigazzjoni (kanali tad-drenaġġ), linji tat-trażmissjoni tal-ilma, faċilitajiet għat-trattament tal-ilma u t-trattament tad-drenaġġ u stazzjonijiet tal-ippumpjar |
|
106 |
42.21.24.0 |
Xogħlijiet li jinvolvu t-tħaffir ta’ bjar u bokok tal-ilma u l-installazzjoni ta’ tankijiet settiċi |
|
107 |
42.22.21.0 |
Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ linji tat-telekomunikazzjoni u tat-trażmissjoni tal-enerġija |
|
108 |
42.22.22.0 |
Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ linji tat-telekomunikazzjoni u tad-distribuzzjoni tal-enerġija |
|
109 |
42.22.23.0 |
Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ impjanti tal-enerġija |
|
110 |
42.91.20.0 |
Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ mollijiet, portijiet, digi, magħluq u faċilitajiet idrotekniċi relatati |
|
111 |
42.99.21.0 |
Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ faċilitajiet tal-produzzjoni u tat-tħaffir fil-minjieri |
|
112 |
42.99.22.0 |
Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ stadji u grawnds sportivi |
|
113 |
42.99.29.0 |
Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ strutturi oħrajn tal-inġinerija ċivili, m.k.b. |
|
114 |
43.11.10.0 |
Xogħlijiet li jinvolvu t-twaqqigħ tal-bini |
|
115 |
43.12.11.0 |
Xogħlijiet li jinvolvu l-preparazzjoni tas-sit għall-kostruzzjoni, minbarra xogħlijiet ta’ ċaqliq ta’ terrapien jew ħamrija |
|
116 |
43.12.12.0 |
Xogħlijiet ta’ ċaqliq ta’ terrapien jew ħamrija: xogħol ta’ tħaffir, tħaffir ta’ foss u ċaqliq ta’ terrapien jew ħamrija |
|
117 |
43.13.10.0 |
Xogħlijiet li jinvolvu xogħol ta’ skavar u tħaffir b’inġinerija ġeoloġika |
|
118 |
43.21.10.1 |
Xogħlijiet li jinvolvu l-eżekuzzjoni ta’ installazzjonijiet tas-sikurezza elettrika |
|
119 |
43.21.10.2 |
Xogħlijiet li jinvolvu l-implimentazzjoni ta’ installazzjonijiet elettriċi oħrajn |
|
120 |
43.22.11.0 |
Xogħlijiet li jinvolvu l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet tas-sistemi tal-pajpijiet tal-ilma u tad-drenaġġ |
|
121 |
43.22.12.0 |
Xogħlijiet li jinvolvu l-eżekuzzjoni ta’ sistemi tat-tisħin, tal-ventilazzjoni u tal-arja kundizzjonata |
|
122 |
43.22.20.0 |
Xogħlijiet li jinvolvu l-eżekuzzjoni ta’ installazzjonijiet tal-gass |
|
123 |
43.29.11.0 |
Xogħol ta’ iżolazzjoni |
|
124 |
43.29.12.0 |
Installazzjoni ta’ lqugħ |
|
125 |
43.29.19.0 |
Xogħlijiet oħrajn ta’ installazzjoni m.k.b. |
|
126 |
43.31.10.0 |
Xogħlijiet ta’ tikħil |
|
127 |
43.32.10.0 |
Xogħol ta’ installazzjoni tal-mastrudaxxa |
|
128 |
43.33.10.0 |
Xogħlijiet li jinvolvu t-tqegħid tal-madum u l-wiċċ tal-ħitan |
|
129 |
43.33.21.0 |
Xogħlijiet li jinvolvu t-tqegħid ta’ terrazzo, irħam, granit jew lavanja fuq l-art u l-ħitan |
|
130 |
43.33.29.0 |
Xogħlijiet oħrajn li jinvolvu t-tqegħid tal-madum u tal-ħitan (inkluż twaħħil ta’ wallpaper), m.k.b. |
|
131 |
43.34.10.0 |
Xogħlijiet ta’ żebgħa |
|
132 |
43.34.20.0 |
Xogħlijiet ta’ produzzjoni tal-ħġieġ |
|
133 |
43.39.11.0 |
Xogħlijiet li jinvolvu d-dekorazzjoni |
|
134 |
43.39.19.0 |
Xogħlijiet li jinvolvu l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet oħrajn ta’ finitura, m.k.b. |
|
135 |
43.91.11.0 |
Xogħlijiet li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ strutturi tas-soqfa |
|
136 |
43.91.19.0 |
Xogħlijiet li jinvolvu xogħol ieħor ta’ tisqif |
|
137 |
43.99.10.0 |
Xogħlijiet li jinvolvu l-installazzjoni ta’ iżolazzjoni għall-prevenzjoni tal-umdità u d-dħul tal-ilma |
|
138 |
43.99.20.0 |
Xogħlijiet li jinvolvu l-assemblaġġ u ż-żarmar ta’ scaffolding |
|
139 |
43.99.30.0 |
Xogħlijiet li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ pedamenti, inkluż it-tqegħid ta’ pontuni |
|
140 |
43.99.40.0 |
Xogħlijiet tal-konkrit |
|
141 |
43.99.50.0 |
Xogħlijiet li jinvolvu t-twaqqif ta’ strutturi tal-azzar |
|
142 |
43.99.60.0 |
Xogħlijiet li jinvolvu t-twaqqif ta’ strutturi tal-briks u tal-ġebel |
|
143 |
43.99.70.0 |
Xogħlijiet li jinvolvu l-assemblaġġ u t-twaqqif ta’ strutturi prefabbrikati |
|
144 |
43.99.90.0 |
Xogħlijiet li jinvolvu l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet speċjalizzati oħrajn, m.k.b. |
|
145 |
45.31.1 |
Servizzi kummerċjali ta’ parts u aċċessorji ta’ vetturi bil-mutur, minbarra muturi |
|
146 |
45.32.1 |
Servizzi kummerċjali bl-imnut ta’ ħwienet speċjalizzati ta’ parts u aċċessorji ta’ vetturi bil-mutur, minbarra muturi |
|
147 |
45.32.2 |
Servizzi kummerċjali bl-imnut oħrajn ta’ parts u aċċessorji ta’ vetturi bil-mutur, minbarra muturi |
|
148 |
ex 45.40.10.0 |
Servizzi kummerċjali bl-ingrossa ta’ muturi u parts u aċċessorji relatati — esklussivament bejgħ ta’ parts u aċċessorji għall-muturi |
|
149 |
ex 45.40.20.0 |
Servizzi kummerċjali bl-imnut ta’ ħwienet speċjalizzati ta’ muturi u parts u aċċessorji relatati — esklussivament bejgħ ta’ parts u aċċessorji għall-muturi |
|
150 |
ex 45.40.30.0 |
Servizzi kummerċjali bl-imnut oħrajn ta’ muturi u parts u aċċessorji relatati — esklussivament bejgħ bl-imnut ta’ parts u aċċessorji għall-muturi |