|
18.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 329/5 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9101 — ExxonMobil/Qatar Petroleum/ExxonMobil Exploration Argentina/Mobil Argentina)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 329/04)
1.
Fl-10 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Exxon Mobil (l-Istati Uniti), |
|
— |
Qatar Petroleum (il-Qatar), |
|
— |
ExxonMobil Exploration Argentina SRL (l-Arġentina), li tappartjeni għal ExxonMobil, |
|
— |
Mobil Argentina SA (l-Arġentina), li tappartjeni għal ExxonMobil, |
Exxon Mobil u Qatar Petroleum jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ ExxonMobil Exploration Argentina SRL u Mobil Argentina SA.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Exxon Mobil hija attiva fid-dinja kollha fl-iżvilupp, il-produzzjoni u l-bejgħ taż-żejt mhux maħdum u l-gass naturali; ir-raffinar u l-bejgħ ta’ prodotti taż-żejt raffinat; l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ diversi prodotti kimiċi; u l-ġenerazzjoni tal-enerġija, |
|
— |
Qatar Petroleum hija attiva madwar id-dinja kollha fl-esplorazzjoni, it-tħaffir u operazzjonijiet ta’ produzzjoni, trasport, ħażna, bejgħ u bejgħ ta’ żejt mhux raffinat, prodotti rfinati, gass naturali likwifikat (LNG), petrokimiċi u fertilizzanti, |
|
— |
ExxonMobil Exploration Argentina SRL u Mobil Argentina SA huma kompletament proprjetà tal-affiljati ta’ ExxonMobil fl-Arġentina, li jippossjedu u joperaw iż-żona tax-xale f’Vaca Muerta, fil-provinċja ta’ Neuquen fl-Arġentina u huma attivi fl-esplorazzjoni, l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-bejgħ taż-żejt mhux maħdum u l-gass fl-Arġentina. |
3.
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont in-Notifika mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
M.9101 — ExxonMobil/Qatar Petroleum/ExxonMobil Exploration Argentina/Mobil Argentina
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
E-mail: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
|
Merger Registry |
|
B-1049 Brussels |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).