02009R0910 — MT — 05.01.2017 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 910/2009 tad-29 ta’ Settembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tal-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 bħala addittiv fl-għalf għaż-żwiemel (id-detentur tal-awtorizzazzjoni ►M1 Danstar Ferment AG ◄ ) (ĠU L 257 30.9.2009, p. 7) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2260 tal-15 ta' Diċembru 2016 |
L 342 |
14 |
16.12.2016 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 910/2009
tad-29 ta’ Settembru 2009
dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tal-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 bħala addittiv fl-għalf għaż-żwiemel (id-detentur tal-awtorizzazzjoni ►M1 Danstar Ferment AG ◄ )
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
|
CFU/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % |
|||||||||
|
Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità |
|||||||||
|
4a1711 |
►M1 Danstar Ferment AG rappreżentata minn Lallemand SAS ◄ |
Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 |
Kompożizzjoni tal-addittiv: Għamla solida: Preparazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 ta’ ċelloli vijabbli nixfin b’konċentrazzjoni minima garantita ta’ 2 × 1010 CFU/g. Fl-għamla miksija: Preparazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 ta’ ċelloli vijabbli nexfin b’konċentrazzjoni minima garantita ta’ 1 × 1010 CFU/g Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077: 80 % ta’ ċelloli vijabbli nexfin u 14 % ta’ ċelloli mhux vijabbli. Metodu analitiku (1): Metodu għas-sustanzi dilwiti suċċessivi (pure plate method) u identifikazzjoni molekolari (PCR). |
Żwiemel |
— |
3,0 × 109 |
— |
1. Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita ta’ qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista’ jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting. 2. Fil-forma miksija, għall-inklużjoni permezz ta’ għalf pelleted biss. 3. Jekk il-prodott ikun ittrattat jew imħallat f’ambjent magħluq, għandhom jintużaw nuċċalijiet u maskri tas-sikurezza waqt it-taħlit, sakemm il-mixers ma jkunux mgħammra b’sistemi tal-exhaust. |
20.10.2019 |
|
(1) Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju Referenzjarju Komunitarju li ġej: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives |
|||||||||