31998R2519



Official Journal L 315 , 25/11/1998 P. 0007 - 0009


Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 2519/98

ta' l-24 ta' Novembru 1998

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1249/96 dwar ir-regoli ta' applikazzjoni (dazji ta' l-importazzjoni tas-settur taċ-ċerejali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċerejali [1], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 923/96 [2], u b'mod partikolari Artikolu 10(4) tiegħu,

Billi d-dispożizzjonijiet dwar it-trattament taċ-ċereali impurtati fil-Komunità huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1249/96 [3], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 2092/97 [4];

Billi, fid-dawl ta' l-esperjenza fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 u sabiex tiġi mtejba ċ-ċarezza u l-applikabbilità ta' ċerti dispożizzjonijiet, huwa meħtieġ li dan it-test jiġi aġġustat, b'mod partikolari fir-rigward ta' xi aspetti ta' natura teknika li jirrigwardaw il-prezz ta' l-importazzjoni kif rappreżentattiv biex jintuża bħala bażi ghall-kalkolu tad-dazju ta' l-importazzjoni korrispondenti fid-dispożizzjonijiet dwar l-importazzjoni tal-qamħ ta' l-Awstralja li l-kontenut tiegħu ta' qamħ taż-żġieġ ikun ta' bejn 60 u 73 %; billi r-Regolament (KE) Nru 1249/96 għandhu għalhekk jiġi emendat; billi, sabiex jigu evitati problemi għall-operaturi, dawn l-emendi għandhom japplikaw biss għaċ-ċertifikati ta' l-importazzjoni li jinħarġu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament;

Billi l-Kumitat tal-Ġestjoni għaċ-ċerejali għadu ma sottomettiex opinjoni fiż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1249/96 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

1. Artikoli 4(1) and (2) huma mibdula b'dan li ġej:

"1. Għall-qamħ komuni ta' kwalità għolja, medja u baxxa, il-qamħ ta' l-Awstralja ta' kwalità għolja u medja, il-qamħirrum u żrieraġħ oħra tat-tmigħ, il-komponenti li jistabbilixxu l-prezzijiet ta' l-importazzjoni kif indikati f'Artikolu 10(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92 għandhom ikunu:

(a) l-istima ta' kambju rappreżentattiva fis-suq ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika;

(b) il-premji u l-iskontijiet kummerċjali magħrufa u marbuta ma' din l-istima tas-suq ta' l-Istati Uniti fil-jum ta' l-istima u b'mod partikolari, fil-każ ta' qamħ ta' l-Awstralja, magħquda mal-kwalità ta' l-ikel;

(ċ) l-ispejjeż tat-trasport bil-baħar bejn l-Istati Uniti (Golf tal-Messiku jew Duluth) u l-port ta' Rotterdam għal bastiment ta' mill-inqas 25000 tunnellata.

Għal kull ġurnata tax-xogħol il-Kummissjoni għandha tirregistra:

- il-komponent (a) mill-kambji bl-użu tal-kwalitajiet ta' referenza murija f'Anness II,

- il-komponenti (b) and (ċ) minn informazzjoni pubblikament disponibbli. Madankollu, fil-każ ta' qamħ ta' l-Awstralja ta' kwalita' medja ghandu jinżamm skont ta' 10 ECU għal kull tunnellata taħt (b).

2. Il-prezzijiet ta' importazzjoni kif rappreżentattivi għax-xgħir, il-qamħirrum, u fil-każ ta' qamħ komuni u qamħ ta' l-Awstralja, għal kull kwalità standard għandhom ikunu t-total tal-komponenti (a), (b) u (ċ) indikati mill-Kummissjoni skond it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1.

Madanakollu, il-prezzijiet ta' importazzjoni kif rappreżentattivi għax-xgħir, il-qamħirrun u, fil-każ ta' qamħ komuni u qamħ durum, kull kwalita' standard li tiġi impurtata:

- fuq l-art jew permezz tax-xmara,

- bil-baħar fuq bastimenti li jaslu fil-Komunità minn portijiet li jinsabu fil-Mediterran, il-Baħar l-Iswed jew il-Baħar Baltiku,

għandhom jitnaqqsu b'10 ECU kull tunnellata. F'dan il-każ it-tnaqqis tad-dazji ta' l-importazzjoni msemmija f'Artikolu 2(4) m'għandhomx japplikaw.

F'każiet meta pajjiżi terzi jagħtu sussidji fuq l-esportazzjoni ta' qamħ komuni standard ta' kwalita medja jew baxxa lil pajjiżi Ewropej jew tal-baċir tal-Mediterran sabiex jinbiegħu anqas mill-prezzijiet tas-suq dinji, l-Kummissjoni tista tqis dawn is-sussidji meta tistabbilixxi l-prezz kif rappreżentattiv għall-importazzjoni fil-Komunità."

2. Anness I huwa mibdul bl-Anness ta' dan ir-Regolament;

3. L-aħħar sub-paragrafu ta' Artikolu 6(1) huwa mibdul b'dan li ġej:

"L-oġġetti għandhom jiġu klassifikati fil-kwalità standard li għaliha r-rekwiżiti kollha indikati f'Anness 1 huma sodisfatti. Madankollu, jekk il-kwalità tal-qamħ durum tal-kodiċi NM 100110 tkun anqas minn dik speċifikata f'Anness 1 għall-qamħ ta' l-Awstralja ta' kwalità medja, id-dazju ta' l-importazzjoni għandu jkun dak applikabbli għall-qamħ komuni ta' kwalità baxxa."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tieghu fil-Ġurnal Ufficjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-24 ta' Novembru 1998.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 181, ta' l-1.7.1992, p. 21.

[2] ĠU L 126, ta' l-24.5.1996, p. 37.

[3] ĠU L 161, tad-29.6.1996, p. 125.

[4] ĠU L 292, tal-25.10.1997, p. 10.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

ANNESS I

Klassifikazzjoni ta' prodotti importati

(fuq il-bażi ta' kontenut ta' umdità ta' 12 % skond il-piż jew ekwivalenti)

ProdottKodici NMKwalità | Qamħ komuni u qamħ ta' l-ispeci Triticum aestivumminbarra l-meżlin | Qamħ ta' l-Awstralja | Qamħirrum bil-ħbub iebsin | Qamħirrum iżda mhux bil-ħbub iebsin | Qamħ iehor |

100190 | 100110 | 10059000 | 10051090 u 10059000 | 1002, 1003 u 10070090 |

Għolja | Medja | Baxxa | Għolja | Medja | Baxxa |

1.Perċentwal minimu ta' proteina | 14,0 | 11,5 | — | — | — | — | — | — | — |

2.Piż minimu speċifiku kg/hl | 77,0 | 74,0 | — | 76,0 | 76,0 | — | 76,0 | — | — |

3.Perċentwal ta' impurità massimu (Schwarzberatz) | 1,5 | 1,5 | — | 1,5 | 1,5 | — | — | — | — |

4.Perċentwal minimu ta' qamħ taż-żġieġ | — | — | — | 75,0 | 62,0 | — | 95,0 | — | — |

5.Indiċi massimu ta' l-offerta fis-suq | — | — | — | — | — | — | 25,0 | — | — |

Tolleranza permessa | Qamħ komuni/ta' l-Awstralja | Qamħirrum bil-ħbub iebsin |

Perċentwal ta' proteina | –0,7 | — |

Piż speċifiku | –0,5 | –0,5 |

Perċentwal ta' impurità | +0,5 | — |

Perċentwal ta' qamħ taż-żġieġ | –2,0 | –3,0 |

Indiċi ta' l-offerta fis-suq | — | +1,0 |

"

--------------------------------------------------