<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑288/11 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CJ0288</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:821">EU:C:2012:821</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>17</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>17</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAD-<DATE ISO="20121219">19.12.2012</DATE> — KAWŻA C-288/11 P</P><P>MITTELDEUTSCHE FLUGHAFEN U FLUGHAFEN LEIPZIG vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20121219">19 ta’ Diċembru 2012</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>impriża<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Attività ekonomika</KEYWORD><KEYWORD>Kostruzzjoni ta’ infrastrutturi tal-ajruporti</KEYWORD><KEYWORD>Runway għat-tlugħ u l-inżul tal-ajruplani</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-288/11 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fis-<DATE ISO="20110606">6 ta’ Ġunju 2011</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Mitteldeutsche Flughafen AG,</HT> stabbilita f’Leipzig (il-Ġermanja),</P><P><HT TYPE="BOLD">Flughafen Leipzig-Halle GmbH,</HT> stabbilita f’Leipzig,</P></PLAINTIFS><DEFENDANTS><P>irrappreżentati minn M. Núñez Müller u J. Dammann, avukati,</P><PARTY.STATUS>appellanti,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><P>il-partijiet l-oħra fil-kawża li huma:</P><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea,</HT> irrappreżentata minn B. Martenczuk u T. Maxian Rusche, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>konvenuta fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></INTERVENERS><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Arbeitsgemeinschaft Deutscher Verkehrsflughäfen eV (ADV),</HT> irrappreżentata minn L. Giesberts u G. Kleve, avukati,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn E. Jarašiūnas (Relatur), President tal-Awla, A. Ó Caoimh u C. Toader, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: M. Aleksejev, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20121114">14 ta’ Novembru 2012</DATE>,</VISA><?PAGE NO="2"?><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħhom, Mitteldeutsche Flughafen AG (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>MF<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u Flughafen Leipzig-Halle GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>FLH<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) qegħdin jitolbu l-annullament parzjali tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-<DATE ISO="20110324">24 ta’ Marzu 2011</DATE>, Freistaat Sachsen <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-443/08+T-455/08" PAGE.ECR="II-1311" YEAR="2011">T-443/08 u T-455/08, Ġabra p. II-1311</REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali, fil-Kawża T-455/08, minn naħa, annullat l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-<DATE ISO="20080723">23 ta’ Lulju 2008</DATE>, dwar miżuri mill-Ġermanja għall-benefiċċju tad-DHL u tal-ajruport Leipzig/Halle (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="1" NO.OJ="346" DATE.PUB="2008">ĠU L 346, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>deċiżjoni kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), sa fejn jistabbilixxi bħala EUR 350 miljun l-ammont tal-għajnuna mill-Istat li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja kellha l-intenzjoni tagħti lill-ajruport ta’ Leipzig-Halle għall-finijiet tal-kostruzzjoni ta’ runway ġdida orjentata lejn in-Nofsinhar u tal-infrastrutturi tal-ajruporti konnessi magħha u, min-naħa l-oħra, ċaħad il-kumplament tar-rikors.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża u d-deċiżjoni kontenzjuża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Mill-punti 1 sa 12 tas-sentenza appellata jirriżulta li l-ajruport ta’ Leipzig-Halle huwa operat minn FLH, li hija sussidjarja ta’ MF, li l-azzjonisti tagħha huma l-Land Sachsen u l-Land Sachsen-Anhalt kif ukoll l-ibliet ta’ Dresden (il-Ġermanja), Halle (il-Ġermanja) u Leipzig. Fl-<DATE ISO="20041104">4 ta’ Novembru 2004</DATE>, MF iddeċidiet li tibni runway ġdida għat-tlugħ u għall-inżul tal-ajruplani (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>runway il-ġdida<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), proġett li kellu jkun iffinanzjat permezz ta’ kontribuzzjoni ta’ kapital, fl-amomnt ta’ EUR 350 miljun, lil MF jew lil FLH mill-azzjonisti pubbliċi tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-grupp DHL (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>DHL<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), li jopera fis-settur tad-distribuzzjoni ta’ pakketti espress u li huwa miżmum 100 % minn Deutsche Post AG, iddeċieda, wara negozjati ma’ diversi ajruporti, li jittrasferixxi ċ-ċentru loġistiku Ewropew għall-ġarr bl-ajru tiegħu minn Brussell (il-Belġju) għal Leipzig-Halle b’effett mill-2008. Fil-<DATE ISO="20050921">21 ta’ Settembru 2005</DATE>, FLH, MF u DHL Hub Leipzig GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>DHL Hub Leipzig<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>) iffirmaw ftehim qafas li permezz tiegħu FLH kienet obbligata li tibni r-runway il-ġdid u li tonora impenji oħra matul il-perijodu ta’ validità ta’ dan il-ftehim, bħall-garanzija li DHL ser tkun tista’ topera mingħajr waqfien fuq din ir-runway u bħall-assigurazzjoni li minn tal-inqas 90 % tat-trasport bl-ajru mwettaq minn jew għal DHL ser ikun jista’ jitwettaq f’kull mument minn din ir-runway.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20051221">21 ta’ Diċembru 2005</DATE>, il-Land Sachsen ħarġet ittra ta’ impenn favur FLH u DHL Hub Leipzig (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>ittra ta’ impenn<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>). Din l-ittra tiggarantixxi l-operat finanzjarju ta’ FLH matul il-perijodu ta’ validità tal-ftehim qafas u tobbliga lil Land Sachsen tikkumpensa lil DHL Hub Leipzig fil-każ li l-ajruport ta’ Leipzig-Halle ma jkunx jista’ jibqa’ jintuża kif previst.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20060405">5 ta’ April 2006</DATE>, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, inkonformità mal-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-<DATE ISO="19990322">22 ta’ Marzu 1999</DATE>, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu [88 KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339), innotifikat lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej bil-ftehim qafas u bl-ittra ta’ impenn.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20061123">23 ta’ Novembru 2006</DATE>, il-Kummissjoni informat lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja dwar id-deċiżjoni tagħha li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE. Din il-proċedura kopriet il-ftehim qafas, l-ittra ta’ impenn kif ukoll il-kontribuzzjoni ta’ kapital.</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20080723">23 ta’ Lulju 2008</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni kontenzjuża. Hija kkunsidrat, f’din id-deċiżjoni, li l-kontribuzzjoni ta’ kapital kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq komuni, inkonformità mal-Artikolu 87(3)(ċ) KE. Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-ittra ta’ impenn u l-garanziji illimitati previsti fil-ftehim qafas kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat li ma kinitx kompatibbli mas-suq komuni u talbet lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja sabiex tirkupra l-parti tal-għajnuna li kienet diġà tqiegħdet għad-dispożizzjoni ta’ DHL taħt dawn il-garanziji.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-punti 62 u 67 tas-sentenza appellata, il-kontribuzzjoni ta’ kapital kienet ingħatat qabel id-deċiżjoni kontenzjuża, kif ikkonfermat il-Kummissjoni matul is-seduta.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz ta’ atti ppreżentati fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20081006">6 ta’ Ottubru 2008</DATE>, il-Freistaat Sachsen kif ukoll il-Land Sachsen-Anhalt, fil-Kawża T-443/08, u MF kif ukoll FLH, fil-Kawża T-455/08, ressqu rikorsi intiżi għall-annullament tal-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kontenzjuża, sa fejn il-Kummissjoni f’dan l-artikolu ddikjarat, minn naħa, li l-kontribuzzjoni ta’ kapital tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Aritkolu 87(1) KE u, min-naħa l-oħra, li din l-għajnuna mill-Istat tammonta għal EUR 350 miljun.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz ta’ digrieti tat-<DATE ISO="20090330">30 ta’ Marzu 2009</DATE> u tal-<DATE ISO="20100624">24 ta’ Ġunju 2010</DATE>, il-President tat-Tmien Awla tal-Qorti Ġenerali, minn naħa, laqa’ t-talbiet għal intervent tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u ta’ Arbeitsgemeinschaft Deutscher Verkehrsflughäfen eV (ADV) (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>ADV<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>) fiż-żewġ kawżi u, min-naħa l-oħra, iddeċieda li jgħaqqad dawn il-kawżi għall-finijiet tal-proċedura orali.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħhom, MF u FLH, sostnuti minn ADV, qajmu tmien motivi, ibbażati, essenzjalment, l-ewwel wieħed, fuq ksur tal-Artikolu 87(1) KE, it-tieni wieħed, fuq l-argument li FLH ma setgħetx tkun il-benefiċjarji ta’ għajnuna mill-Istat, it-tielet wieħed, fuq l-argument li FLH ma setgħetx tiġi kklassifikata fl-istess ħin bħala dik li tagħti u dik li tibbenefika minn għajnuna mill-Istat, ir-raba’ wieħed, fuq ksur tal-prinċipji ta’ projbizzjoni tar-retroattività, ta’ ċertezza legali, ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġititmi u ta’ ugwaljanza, il-ħames wieħed, fuq ksur tad-dritt pimarju mil-Linji gwida Komunitarji dwar il-finanzjament ta’ ajruporti u l-għajnuna mill-Istat għall-bidu mogħtija lil-linji tal-ajru li jitilqu minn ajruporti reġjonali (<REF.DOC.OJ COLL="C" PAGE.FIRST="1" NO.OJ="312" DATE.PUB="2005">ĠU 2005, C 312, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Linji gwida tal-2005<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>), is-sitt wieħed, imressaq b’mod sussidjarju, fuq difett proċedurali, is-seba’ wieħed, fuq ksur tat-tqassim tal-kompetenzi kif jirriżulta mit-Trattat KE u, it-tmien wieħed, fuq in-natura kontradittorja u fuq il-motivazzjoni insuffiċjenti tal-ammont tal-għajnuna allegata.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali għaqqdet il-Kawżi T-443/08 u T-455/08 għall-finijiet tas-sentenza, ċaħdet ir-rikors fl-ewwel kawża bħala inammissibbli u annullat, fit-tieni kawża, l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kontenzjuża sa fejn jistabbilixxi bħala EUR 350 miljun l-ammont tal-għajnuna mill-Istat li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja kellha l-intenzjoni tagħti lill-ajruport ta’ Leipzig-Halle għall-finijiet tal-kostruzzjoni tar-runway il-ġdida u tal-infrastrutturi tal-ajruporti konnessi magħha, filwaqt li ċaħdet il-kumplament tar-rikors.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Sabiex tiċħad l-ewwel motiv, li insostenn tiegħu l-appellanti, fil-Kawża T-455/08, kienu qegħdin isostnu b’mod partikolari li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>impriża<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE, ma japplikax għall-ajruporti reġjonali fir-rigward tal-finanzjament tal-infrastrutturi tal-ajruporti, il-Qorti Ġenerali l-ewwel nett ikkunsidrat, għar-raġunijiet esposti fil-punti 87 sa 100 tas-sentenza appellata, li, sa fejn topera r-runway il-ġdida, FLH kienet teżerċita attività ekonomika, attività li minnha ma setgħetx tiġi separata l-attività ekonomika li tikkonsisti fil-kostruzzjoni ta’ din ir-runway.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>It-tieni nett, fil-punti 102 sa 107 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali warrbet l-argument imressaq mill-appellanti fis-sens li l-kostruzzjoni tar-runway il-ġdida kienet tikkostitwixxi miżura li taqa’ taħt il-politika reġjonali, taħt il-politika ekonomika u taħt il-politika tat-trasport u li għalhekk il-Kummissjoni ma kellha ebda kontroll fuqha taħt ir-regoli tat-Trattat KE dwar l-għajnuna mill-Istat,<?PAGE NO="4"?> u dan inkonformità mal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli [87 KE] u [88 KE] u tal-Artikolu 61 tal-Ftehim ŻEE għall-għajnuna mill-Istat fis-settur tal-avjazzjoni (<REF.DOC.OJ COLL="C" PAGE.FIRST="5" NO.OJ="350" DATE.PUB="1994">ĠU 1994, C 350, p. 5</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>komunikazzjoni tal-1994<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>). F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali osservat li s-settur tal-ajruporti kien għadda minn ċertu żvilupp, b’mod partikolari fir-rigward tal-organizzazzjoni u tas-sitwazzjoni ekonomika u kompetittiva tiegħu, u li l-ġurisprudenza li ħarġet mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20001212">12 ta’ Diċembru 2000</DATE>, Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-128/98" PAGE.ECR="II-3929" YEAR="2000">T-128/98, Ġabra p. II-3929</REF.DOC.ECR>) u mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20021024">24 ta’ Ottubru 2002</DATE>, Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-82/01 P" PAGE.ECR="I-9297" YEAR="2002">C-82/01 P, Ġabra p. I-9297</REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem, flimkien, is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>sentenzi Aéroports de Paris<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>) kienet irrikonoxxiet, sa mis-sena 2000, li l-operaturi tal-ajruporti jeżerċitaw attività ekonomika fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Bl-istess mod, il-Qorti Ġenerali ċaħdet, fil-punti 108 sa 116 tas-sentenza appellata, l-argumenti tal-appellanti dwar l-allegata natura separabbli tal-attivitajiet tal-kostruzzjoni u tal-operat ta’ infrastrutturi tal-ajurport. B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali osservat, fl-ewwel lok, li l-kostruzzjoni tar-runway il-ġdida kienet kundizzjoni preliminari meħtieġa għall-operat tagħha, fit-tieni lok, li l-entitajiet inkwistjoni kienu, f’dan il-każ, l-istess, fit-tielet lok, li, billi bbażat ruħha fuq il-fatt li l-infrastruttura inkwistjoni kienet operata minn FLH għal finijiet kummerċjali u li għalhekk din l-infrastruttura setgħet tintuża għal dan l-iskop, il-Kummissjoni kienet ressqet biżżejjed provi sabiex tissostanzja r-rabta bejn il-kostruzzjoni u l-operat tar-runway il-ġdida u, fir-raba’ lok, li l-kostruzzjoni ta’ din ir-runway il-ġdida kienet attività li setgħet tintrabat direttament mal-operat tal-infrastrutturi tal-ajruporti u li l-fatt li attività ma titwettaqx minn operaturi privati jew il-fatt li din l-attività ma tkunx profittabbli ma kinux kriterji rilevanti sabiex ma tingħatax il-klassifikazzjoni bħala attività ekonomika.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali warrbet, fil-punti 117 sa 119 tas-sentenza appellata, l-argumenti tal-appellanti intiżi sabiex idaħħlu inkwistjoni r-rilevanza tas-sentenza Aéroports de Paris qabel ma kkonkludiet, fil-punt 120 tas-sentenza appellata, li l-Kummissjoni kienet ġustament ikkunsidrat li l-kontribuzzjoni ta’ kapital kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Aritkolu 87(1) KE.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Sabiex tiċħad ir-raba’ motiv imqajjem mill-appellanti fil-Kawża T-455/08 u bbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ projbizzjoni tar-retroattività, ta’ ċertezza legali, ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ugwaljanza, il-Qorti Ġenerali osservat, fil-punti 157 sa 164 tas-sentenza appellata, li l-Kummissjoni, għall-kuntrarju ta’ dak li kienu qegħdin jallegaw l-appellanti, ma kinitx applikat il-Linji gwida tal-2005, iżda kienet implementat il-prinċipji li jirriżultaw mis-sentenzi Aéroports de Paris. Għaldaqstant, fil-punti 166 sa 172, 181 u 182 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ukoll l-ilmenti marbuta mal-ksur tal-prinċipji ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, ta’ ċertezza legali u ta’ ugwaljanza, kif ukoll il-ħames motiv imressaq f’dik il-kawża, ibbażat fuq ksur tad-dritt primarju mil-Linji gwida tal-2005.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali ċaħdet ukoll, fil-punti 192 u 201 sa 209 tas-sentenza appellata, is-sitt motiv tal-appellanti fil-kawża msemmija, ibbażat fuq difett proċedurali, li fil-kuntest tiegħu kienu qegħdin isostnu, b’mod sussidjarju, li l-kontribuzzjoni ta’ kapital kellha tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>għajnuna eżistenti<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament Nru 659/1999, kif ukoll is-seba’ motiv li ppreżentaw fl-istess kawża, ibbażat fuq ksur tat-tqassim tal-kompetenzi kif jirriżulta mit-Trattat KE.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, il-Qorti Ġenerali laqgħet it-tmien motiv tal-appellanti, invokat insostenn tar-rikors tagħhom fil-Kawża T-455/08 u bbażat fuq in-natura kontradittorja u fuq il-motivazzjoni insuffiċjenti tal-ammont tal-għajnuna. F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali osservat, fil-punt 230 tas-sentenza appellata, li l-ammont ta’ EUR 350 miljun, li kien jinsab fid-dispożittiv tad-deċiżjoni kontenzjuża, kien żbaljat fid-dawl tal-premessi ta’ din id-deċiżjoni, sa fejn minn dawn l-istess premessi kien jirriżulta li l-ammonti li jkopru l-funzjonijiet ta’ servizz pubbliku ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat u għalhekk kellhom jitnaqqsu mill-ammont tal-kontribuzzjoni ta’ kapital.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>MF u FLH, kif ukoll ADV, jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla l-punt 4 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata, li permezz tiegħu nċaħad il-kumplament tar-rikors ippreżentat fil-Kawża T-455/08, kif ukoll id-deċiżjoni dwar l-ispejjeż;</P></ITEM><ITEM><P>tiddeċiedi t-tilwima definittivament billi tilqa’ r-rikors ippreżentat fil-Kawża T-455/08, sa fejn dan ir-rikors huwa intiż għall-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża sa fejn f’din id-deċiżjoni l-Kummissjoni tiddikjara li l-miżura ta’ kontribuzzjoni ta’ kapital mogħtija mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja fir-rigward tal-kostruzzjoni tar-runway il-ġdida u tal-infrastrutturi tal-ajruporti konnessi magħha tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE; u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż marbuta mal-appell u mal-proċedura fl-ewwel istanza.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-appell jiġi miċħud u li l-appellanti jiġu kkundannati għall-ispejjeż marbuta mal-appell.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jqajmu ħames aggravji bbażati, l-ewwel wieħed, fuq ksur tal-Artikolu 87(1) KE, it-tieni wieħed, fuq ksur tal-prinċipji ta’ projbizzjoni tar-retroattività, ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali, it-tielet wieħed, fuq ksur tal-Artikoli 1(b)(v), 17 u 18 tar-Regolament Nru 659/1999, ir-raba’ wieħed, fuq ksur tat-tqassim tal-kompetenzi kif jirriżulta mit-Trattat KE u, il-ħames wieħed, fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tas-sentenzi.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel aggravju, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 87(1) KE</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>L-appellanti jilmentaw li l-Qorti Ġenerali kklassifikat il-finanzjament tal-kostruzzjoni tar-runway il-ġdida bħala għajnuna mill-Istat billi kkunsidrat li FLH kellha titqies, f’dan ir-rigward, bħala impriża sa fejn din il-kostruzzjoni kienet attività ekonomika fis-sens tar-regoli dwar l-għajnua mill-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Skont l-appellanti, għandha ssir distinzjoni bejn l-attività ta’ kostruzzjoni ta’ infrastrutturi tal-ajruporti u l-attività tal-operat ta’ dawn l-infrastrutturi. Għall-kuntrarju ta’ dak li teżiġi l-ġurisprudenza stabbilita tal-qrati tal-Unjoni, il-Qorti Ġenerali ma eżaminatx b’mod distint dawn l-attivitajiet u ppreżumiet li dawn ma setgħux jiġu separati filwaqt li, fil-punt 96 tas-sentenza appellata, sempliċement ikkonstatat li r-runways għat-tlugħ u l-inżul ta’ ajruplani huma elementi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>essenzjali<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> għall-attivitajiet ekonomiċi eżerċitati mill-operatur ta’ ajruport u li l-kostruzzjoni ta’ tali runways tippermettilu jeżerċita l-attività ekonomika prinċipali tiegħu. B’hekk, il-Qorti Ġenerali ma vverifikatx jekk dawn l-attivitajiet setgħux jiġu distinti u injorat il-fatt li dawn l-attivitajiet jikkonċernaw atturi u setturi differenti.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Skont l-appellanti, sabiex tiġi evalwata n-natura ekonomika ta’ attività, ftit huwa rilevanti li din l-attività tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>kundizzjoni preliminari<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> għal attività oħra u ma kienx hemm lok li ssir distinzjoni bejn l-attivitajiet prinċipali u l-attivitajiet sekondarji tal-entità kkunsidrata, u dan sa fejn il-ġurisprudenza teżiġi li tali evalwazzjoni titwettaq fir-rigward ta’ kull attività eżerċitata minn din l-entità.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont l-appellanti, id-distinzjoni bejn il-kostruzzjoni u l-operat tal-infrastrutturi hija prinċipju fundamentali tal-prassi tal-Kummissjoni u tirriżulta, fir-rigward tal-ajruporti, mill-punt 12 tal-komunikazzjoni tal-1994, li ma ġietx annullata, iżda sempliċement ikkompletata permezz tal-Linji<?PAGE NO="6"?> gwida tal-2005. Għaldaqstant, dejjem skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali żbaljat meta kkunsidrat li l-Kummissjoni ma kinitx meħtieġa tapplika l-komunikazzjoni tal-1994, ladarba din ma kinitx kuntrarja għad-dritt primarju, u dan minħabba li t-Trattat KE ma jattribwixxi ebda kompetenza lill-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-poltika tal-infrastrutturi.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fl-interpretazzjoni tad-dritt primarju, il-qrati tal-Unjoni b’ebda mod ma jimponu l-applikazzjoni tar-regoli fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat għall-miżuri dwar l-infrastrutturi tal-ajruporti u jqisu li dawn ir-regoli għandhom japplikaw biss fir-rigward tal-operat tal-ajruport. F’dan ir-rigward, l-appellanti jirreferu għas-sentenza tal-Qorti Ġenerali Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, u għas-sentenza tas-<DATE ISO="20081217">17 ta’ Diċembru 2008</DATE>, Ryanair vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-196/04" PAGE.ECR="II-3643" YEAR="2008">T-196/04, Ġabra p. II-3643</REF.DOC.ECR>), filwaqt li jenfasizzaw li l-fatti li wasslu għall-ewwel waħda minn dawn is-sentenzi kienu jikkonċernaw l-attivitajiet ta’ ajruport internazzjonali kbir li s-sitwazzjoni tiegħu, mill-aspett ekonomiku, kienet kompletament opposta għal dik ta’ ajruport reġjonali bħal dak ta’ Leipzig-Halle.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali żbaljat meta kkunsidrat, fil-punt 115 tas-sentenza appellata, li l-fatt li l-attività ta’ kostruzzjoni tal-infrastrutturi ma tkunx imwettqa minn operaturi privati ma kienx rilevanti ladarba l-eżistenza ta’ suq tippressupponi li l-attività inkwistjoni tista’ titwettaq, bħala prinċipju, minn tali operaturi. Il-Qorti Ġenerali sempliċement assumiet in-natura ekonomika tal-attività ta’ kostruzzjoni tar-runway il-ġdida mingħajr ma eżaminat l-argumenti mressqa sabiex tiġi kkontestata l-eżistenza ta’ suq għal din l-attività u mingħajr ma eżaminat ir-realtà ekonomika.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Issa, għall-kuntrarju ta’ dak li tosserva l-Qorti Ġenerali fil-punt 94 tas-sentenza appellata, l-attività ta’ kostruzzjoni ta’ infrastrutturi tal-ajruporti ma jistax ikollha n-natura ta’ attività ekonomika fin-nuqqas ta’ perspettivi ta’ profittabbiltà peress li huwa impossibbli li l-ispejjeż tal-kostruzzjoni jiġu ttrasferiti fuq l-utenti permezz tat-tariffi tal-ajruport. Fil-fatt, l-investituri privati ma jistgħux jittrasferixxu kif iridu l-ispejjeż fuq l-utenti peress li dawn it-tariffi għandhom jiġu awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Land fejn ikun jinsab l-ajruport inkwistjoni li, min-naħa tagħhom, jibbażaw l-awtorizzazzjoni tagħhom fuq kriterji li ma għandhom ebda rabta mal-ispejjeż tal-kostruzzjoni tal-infrastrutturi tal-ajruporti. Għaldaqstant, il-kostruzzjoni ta’ tali infrastrutturi tagħmel parti mill-attivitajiet li dejjem ġew u li neċessarjament huma eżerċitati minn entitajiet pubbliċi.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>L-istess bħall-appellanti, ADV, li hija assoċjazzjoni ta’ impriżi li joperaw ajruporti Ġermaniżi, tqis li l-klassifikazzjoni tal-attività ta’ finanzjament jew ta’ kostruzzjoni ta’ infrastrutturi tal-ajruporti bħala attività ekonomika hija kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Skont ADV, distinzjoni funzjonali bejn il-kostruzzjoni u l-operat ta’ tali infrastrutturi hija neċessarja kemm legalment u kif ukoll fid-dawl tal-fatti. Hija tosserva, b’mod partikolari, li l-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali li l-kostruzzjoni tar-runway il-ġdida hija essenzjali għall-operat tal-ajruport u ma tistax titqies b’mod separat mill-operat hija wisq ġenerali u twassal sabiex jiġu kkunsidrati bħala ekonomiċi l-attivitajiet kollha li jikkundizzjonaw l-attività tal-operat ta’ ajruport, inklużi l-miżuri li jaqgħu taħt l-eżerċizzju tal-awtorità pubblika.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-prattika, ma jeżistix finanzjament privat tal-kostruzzjoni ta’ infrastrutturi tal-ajruporti ġodda, tal-inqas fil-każ tal-ajruporti ta’ daqs żgħir u medju, u l-involviment ta’ impriżi privati huwa limitat għall-akkwist u għall-operat ta’ infrastrutturi diġà eżistenti jew mibnija mill-Istat. Minkejja l-iżvilupp fis-settur tal-ajruporti, ser jibqa’ impossibbli li l-kostruzzjoni ta’ infrastrutturi tal-ajruporti li jiswew ħafna flus tiġi ffinanzjata mid-dħul mill-operat. Għaldaqstant, fin-nuqqas ta’ profittabbiltà, ma jkunx hemm attività ekonomika.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>ADV issostni, barra minn hekk, li l-Qorti Ġenerali żbaljat u aġixxiet b’mod kontradittorju, filwaqt li segwiet f’dan ir-rigward lill-Kummissjoni, meta rreferiet għas-sentenzi Aéroports de Paris. Il-konklużjoni li n-natura ekonomika tal-kostruzzjoni tal-infrastruttura tal-ajruport tirriżulta min-natura ekonomika tal-operat ma tistax tiġi dedotta minn din il-ġurisprudenza. La l-Kummissjoni u lanqas il-Qorti Ġenerali ma ġġustifikaw b’mod aċċettabbli, fid-dritt, ir-raġuni għaliex, għall-kuntrarju<?PAGE NO="7"?> tal-komunikazzjoni tal-1994, il-finanzjament tal-kostruzzjoni ta’ ajruport għandu jkun suġġett għall-eżami tal-Kummissjoni. Fil-verità, il-kostruzzjoni ta’ infrastrutturi tal-ajruporti hija element essenzjali tas-servizzi ta’ interess ġenerali, b’tali mod li din il-funzjoni tipikament taqa’ taħt l-eżerċizzju tal-awtorità pubblika.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni, prinċipalment, li t-teżi difiża mill-appellanti, fis-sens li l-kostruzzjoni ta’ infrastrutturi tal-ajruporti tikkostitwixxi attività li għandha tiġi evalwata indipendentement mill-operat tal-ajruport, hija manifestament ineżatta. Fil-fatt, skont il-Kummissjoni, minn wara s-sentenza Aéroports de Paris, huwa paċifiku li t-tqegħid għad-dispożizzjoni bi ħlas ta’ installazzjonijiet ta’ ajruport jikkostitwixxi attività ekonomika li taqa’ taħt ir-regoli tal-Unjoni fil-qasam tal-kompetizzjoni. Għaldaqstant, l-ispejjeż tal-kostruzzjoni tal-installazzjonijiet użati mill-operatur tal-ajruport huma spejjeż ta’ investiment li normalment ikollha tbati impriża kummerċjali. Għaldaqstant, skont il-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta kkunsidrat li FLH kienet impriża u li l-kostruzzjoni tar-runway il-ġdida kienet tikkostitwixxi element li ma setax jiġi sseparat mill-attività ekonomika ta’ FLH.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Insostenn tal-ewwel aggravju tagħhom, l-appellanti, sostnuti minn ADV, essenzjalment itennu l-argumenti li huma ressqu quddiem il-Qorti Ġenerali, fis-sens li l-kostruzzjoni jew l-estensjoni ta’ infrastrutturi tal-ajruporti ma jikkostitwixxux attività ekonomika li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, b’tali mod li l-finanzjament tagħhom permezz ta’ fondi pubbliċi ma jistax jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-appell, għandu jiġi eżaminat jekk, f’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali kisritx l-Artikolu 87(1) KE meta ddeċidiet li l-attività ta’ FLH, li topera l-ajruport ta’ Leipzig-Halle u li bbenefikat flimkien ma’ MF mill-kontribuzzjoni ta’ kapital intiża sabiex tiġi ffinanzjata l-kostruzzjoni tar-runway il-ġdida, kellha, sa fejn tikkonċerna din il-kostruzzjoni, natura ekonomika u li għaldaqstant il-Kummissjoni kienet ġustament ikkunsidrat li din il-kontribuzzjoni ta’ kapital kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi osservat li, kif isostnu l-appellanti u ADV, il-komunikazzjoni tal-1994 tindika, fil-punt 12 tagħha, li t-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>twettiq ta’ proġetti ta’ infrastrutturi (ajruporti, highways, pontijiet, etc.) jikkostitwixxi miżura ta’ politika ekonomika ġenerali li l-Kummissjoni ma tistax tikkontrolla taħt ir-regoli tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Sabiex tiċħad l-argumenti tal-appellanti bbażati fuq din il-komunikazzjoni, il-Qorti Ġenerali osservat, fil-punti 104 sa 106 tas-sentenza appellata, dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>104</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jitfakkar, minn naħa, li l-kwistjoni dwar jekk għajnuna hijiex għajnuna mill-Istat fis-sens tat-Trattat KE għandha tiġi deċiża abbażi ta’ elementi oġġettivi li jiġu evalwati fid-data li fiha l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjoni tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tat-<DATE ISO="20060622">22 ta’ Ġunju 2006</DATE>, Il-Belġju u Forum 187 vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-182/03+C-217/03" PAGE.ECR="I-5479" YEAR="2006">C-182/03 u C-217/03, Ġabra p. I-5479</REF.DOC.ECR>, punt 137, u [tal-<DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE>,] Chronopost u La Poste vs UFEX <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, [<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-341/06 P+C-342/06 P" PAGE.ECR="I-4777" YEAR="2008">C-341/06 P u C-342/06 P, Ġabra p. I-4777</REF.DOC.ECR>], punt 95) u min-naħa l-oħra, li għalkemm il-Kummissjoni hija marbuta mil-linji gwida u mill-komunikazzjonijiet li hija tadotta fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, dan jgħodd biss sa fejn dawn it-testi ma jmorrux lil hinn minn applikazzjoni korretta tar-regoli tat-Trattat KE, peress li l-imsemmija testi ma jistgħux jiġu interpretati f’sens li jnaqqas il-portata tal-Artikoli 87 KE u 88 KE jew li jikser l-għanijiet previsti minnhom (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-<DATE ISO="20080911">11 ta’ Settembru 2008</DATE>, Il-Ġermanja <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Kronofrance, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-75/05 P+C-80/05 P" PAGE.ECR="I-6619" YEAR="2008">C-75/05 P u C-80/05 P, Ġabra p. I-6619</REF.DOC.ECR>, punt 65, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="8"?><ITEM><NP><NO.P>105</NO.P><TXT>Issa, is-settur tal-ajruporti għadda minn żviluppi, imsemmija fil-premessi 169 sa 171 tad-[deċiżjoni kontenzjuża], b’mod partikolari, dwar l-organizzazzjoni tiegħu u s-sitwazzjoni ekonomika u kompetittiva tiegħu. Barra minn hekk, il-ġurisprudenza [Aéroports de Paris] irrikonoxxiet, mis-sena 2000, li l-amministratturi ta’ ajruporti jwettqu, bħala prinċipju, attività ekonomika fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE, li taqa’ fi ħdan id-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat, u dan ġie kkonfermat mis-sentenza Ryanair vs Il-Kummissjoni, [iċċitata iktar ’il fuq] (punt 88).</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>106</NO.P><TXT>Konsegwentement, fid-dawl tal-ġurisprudenza msemmija fil-punt 104 hawn fuq, matul l-adozzjoni tad-[deċiżjoni kontenzjuża], il-Kummissjoni kellha l-obbligu li tieħu inkunsiderazzjoni dan l-iżvilupp u din l-interpretazzjoni, kif ukoll l-implikazzjonijiet tagħhom fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 87(1) KE għall-finanzjament tal-infrastrutturi marbuta mat-twettiq tal-attivitajiet ta’ amministrazzjoni tal-ajruport, anki jekk ma jiġix applikat il-punt 12 tal-Komunikazzjoni tal-1994. Għaldaqstant, fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni ma wettqetx żball meta fil-premessa 174 tad-[deċiżjoni kontenzjuża] qieset li, mis-sena 2000, ma kienx hemm iktar lok, <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT>, li tiġi eskluża l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar għajnuna mill-Istat għall-ajruporti.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Dawn l-evalwazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali ma fihomx żball ta’ liġi. Fil-fatt, il-Kummissjoni kienet obbligata, fid-dawl tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi prevalenti fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tagħha, li teżamina l-kontribuzzjoni ta’ kapital fil-kuntest tal-kompetenzi mogħtija lilha mill-Artikolu 88 KE. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali ġustament, minn naħa, ċaħdet l-argumenti tal-appellanti dwar il-komunikazzjoni tal-1994 u, min-naħa l-oħra, eżaminat il-motiv imressaq quddiemha billi vverifikat b’mod konkret, fid-dawl ta’ dawn il-punti u mhux fid-dawl ta’ din il-komunikazzjoni, jekk il-kostruzzjoni tar-runway il-ġdida kinitx tikkostitwixxi attività ekonomika.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan id-dawl, fir-rigward tan-natura inseparabbli, f’dan il-każ, tal-attivitajiet ta’ operat u ta’ kostruzzjoni li hija kkontestata mill-appellanti, il-Qorti Ġenerali, wara li fakkret, fil-punt 89 tas-sentenza appellata, li tikkostitwixxi attività ekonomika kull attività li tikkonsisti fl-offerta ta’ prodotti jew ta’ servizzi f’suq partikolari (sentenza tal-<DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE>, MOTOE, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-49/07" PAGE.ECR="I-4863" YEAR="2008">C-49/07, Ġabra p. I-4863</REF.DOC.ECR>, punt 21), l-ewwel nett osservat, ġustament, fil-punt 93 tas-sentenza appellata, li FLH, fil-kuntest tal-operat tal-ajruport ta’ Leipzig-Halle, teżerċita attività ekonomika peress li toffri servizzi tal-ajruporti bi ħlas miskub, b’mod partikolari, mit-tariffi tal-ajurport (ara s-sentenza tal-<DATE ISO="20021024">24 ta’ Ottubru 2002</DATE>, Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 78) fis-suq tas-servizzi tal-ajruporti reġjonali. Dwar dan il-punt, il-Qorti Ġenerali kkonstatat, fil-kuntest tal-evalwazzjoni sovrana tagħha tal-fatti, li ma tistax tiġi kkontestata mill-appellanti fil-kuntest ta’ dan l-appell, li l-eżistenza ta’ tali suq kienet, fil-każ ineżami, ipprovata mill-fatt li l-ajruport ta’ Leipzig-Halle kien jikkompeti ma’ ajruporti reġjonali oħra fir-rigward tal-għażla fejn kellu jiġi bbażat iċ-ċentru loġistiku Ewropew għall-ġarr bl-ajru ta’ DHL.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>It-tieni nett, fil-punt 94 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-operat tar-runway il-ġdida kellu jagħmel parti mill-attività ekonomika ta’ FLH peress li l-Kummissjoni kienet indikat, fil-premessa 177 tad-deċiżjoni kontenzjuża, li din l-infrastruttura kellha tiġi operata għal finijiet kummerċjali minn FLH, li kellha timponi tariffi bħala korrispettiv għall-użu tagħha. Il-Qorti Ġenerali osservat li, kif indikat il-Kummissjoni fil-premessa 15 tad-deċiżjoni kontenzjuża, dawn it-tariffi kellhom jikkostitwixxu s-sors prinċipali ta’ dħul għall-finanzjament ta’ din ir-runway, li kellha tippermetti lil FLH tkabbar il-kapaċitajiet tagħha u l-attività ta’ operat tal-ajruport ta’ Leipzig-Halle.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fil-punti 95 sa 100 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li ma kienx hemm lok li l-attività li tikkonsisti fil-kostruzzjoni tar-runway il-ġdida tiġi separata mill-użu sussegwenti ta’ din ir-runway, filwaqt li osservat, b’mod partikolari, fil-punt 99 ta’ din is-sentenza, li, fid-dawl tan-natura u tal-iskop tagħha, il-kostruzzjoni ta’ din ir-runway ma kinitx taqa’, bħala tali, taħt il-prerogattivi tal-awtorità pubblika, ħaġa li l-appellanti barra minn hekk ma kinux invokaw b’mod espliċitu. F’dan ir-rigward għandu jiġi osservat li, sabiex laqgħat il-motiv ta’ annullament ibbażat fuq in-natura kontradittorja u fuq il-motivazzjoni insuffiċjenti tal-ammont tal-għajnuna, il-Qorti Ġenerali<?PAGE NO="9"?> osservat, fil-punti 225 u 226 tas-sentenza appellata, li l-Kummissjoni kienet ammettiet, fil-premessi 182 u 183 tad-deċiżjoni kontenzjuża, li ċerti spejjeż ikkonċernati mill-kontribuzzjoni ta’ kapital kienu jaqgħu taħt l-eżerċizzju ta’ funzjonijiet pubbliċi, jiġifieri l-ispejjeż marbuta mal-funzjonijiet ta’ sigurtà u ta’ bon ordni, mal-miżuri ta’ protezzjoni kontra n-nirien u mal-miżuri ta’ sigurtà pubblika, mas-sigurtà tal-operat, mas-servizz meteoroloġiku Ġermaniż kif ukoll mas-servizz tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru, u għalhekk ma setgħux jiġu kklassifikati bħala għajnuna mill-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet jidher li l-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta essenzjalment iddeċidiet li l-Kummissjoni kienet ġustament ikkunsidrat li l-kostruzzjoni tar-runway il-ġdid minn FLH kienet tikkostitwixxi attività ekonomika u li, għaldaqstant, il-kontribuzzjoni ta’ kapital, bla ħsara għall-ispejjeż marbuta mal-eżekuzzjoni ta’ funzjonijiet pubbliċi li kellhom jitnaqqsu mill-ammont ta’ din il-kontribuzzjoni, kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Fil-fatt, għall-kuntrarju ta’ dak li jsostnu l-appellanti, sostnuti minn ADV, jidher li, għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ jekk il-kostruzzjoni tar-runway il-ġdida setgħetx tiġi kklassifikata mill-Kummissjoni bħala attività ekonomika, il-Qorti Ġenerali, inkonformità mal-ġurisprudenza tagħha (ara s-sentenzi tad-<DATE ISO="19940119">19 ta’ Jannar 1994</DATE>, SAT Fluggesellschaft, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-364/92" PAGE.ECR="I-43" YEAR="1994">C-364/92, Ġabra p. I-43</REF.DOC.ECR>, punt 19; tal-<DATE ISO="20021024">24 ta’ Ottubru 2002</DATE>, Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 75, u MOTOE, iċċitata iktar ’il fuq, punt 25), wettqet eżami ta’ din l-attività u stħarrġet x’kienet in-natura tagħha. B’hekk, hija ma ppreżumietx iżda stabbiliet, fid-dawl taċ-ċirkustanzi konkreti u mingħajr ma wettqet żball ta’ liġi, li din l-attività ma setgħetx tiġi separata mill-operat, minn FLH, tal-infrastrutturi tal-ajruporti, li tikkostitwixxi attività ekonomika, u dan sa fejn, barra minn hekk, il-kostruzzjoni tar-runway il-ġdida ma hijiex marbuta, bħala tali, minħabba n-natura jew l-għan tagħha, mal-eżerċizzju ta’ prerogattivi tal-awtorità pubblika.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma tistax tiġi kkontestata mill-argumenti l-oħra mqajma mill-appellanti u ADV.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-ewwel nett, għandu jitwarrab l-argument li l-kostruzzjoni tal-infrastrutturi tal-ajruporti u l-operat tal-ajruport jikkonċernaw atturi u setturi differenti sa fejn, fi kwalunkwe każ, kif il-Qorti Ġenerali kkonstatat b’mod sovren fil-punt 111 tas-sentenza appellata, mingħajr ma ġiet ikkontestata fl-istadju ta’ dan l-appell, l-entitajiet ikkonċernati kienu, f’dan il-każ, l-istess.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>It-tieni nett, ftit huwa importanti li l-Qorti Ġenerali osservat, fil-punti 96, 110 u 111 rispettivament tas-sentenza appellata, li r-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>runways huma elementi essenzjali għall-attivitajiet ekonomiċi mmexxija minn operatur ta’ ajruport<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>bini ta’ runway huwa marbut mal-attività ekonomika prinċipali ta’ ajruport<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> u li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>bini u l-estensjoni tar-runway huma kundizzjonijiet preliminari għat-tħaddim tagħha<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>. Huwa minnu li dawn il-kunsiderazzjonijiet, minħabba n-natura ġenerali tagħhom u minħabba l-fatt li jistgħu japplikaw ukoll għal ċerti attivitajiet li jaqgħu taħt l-eżerċizzju ta’ prerogattivi tal-awtorità pubblika, ma humiex adegwati sabiex tiġi stabbilita n-natura ekonomika ta’ attività partikolari ta’ kostruzzjoni ta’ infrastrutturi tal-ajruporti. Madankollu, dawn il-kunsiderazzjonijiet ma għandhom ebda impatt fuq il-fondatezza legali tal-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali esposti fil-punti 40 sa 42 ta’ din is-sentenza, li minnhom jirriżulta li, fil-każ ineżami, il-kostruzzjoni tar-runway il-ġdida kienet tikkostitwixxi attività ekonomika.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>It-tielet nett, bi tweġiba għal dak li sostniet ADV fis-sens li l-kostruzzjoni ta’ infrastrutturi tal-ajruporti hija element essenzjali tas-servizzi ta’ interess ġenerali u tikkostitwixxi għalhekk tipikament funzjoni pubblika, huwa biżżejjed li jiġi osservat li l-Qorti Ġenerali kkonstatat, fil-punt 99 tas-sentenza appellata, li lanqas l-appellanti stess ma kienu qegħdin isostnu b’mod espliċitu li l-kostruzzjoni tar-runway il-ġdida kienet taqa’, bħala tali, taħt il-prerogattivi tal-awtorità pubblika.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-argument li l-attività ta’ kostruzzjoni ta’ infrastrutturi tal-ajruporti ma setgħetx tiġi żgurata minn operaturi privati peress li ma hemmx suq għal din it-tip ta’ attività minħabba l-assenza ta’ perspettivi ta’ profittabbiltà, il-Qorti Ġenerali ċaħdet dan l-argument billi osservat, fil-punt 114 tas-sentenza appellata, li mill-konstatazzjonijiet preċedenti tagħha kien jirriżulta li<?PAGE NO="10"?> l-kostruzzjoni tar-runway il-ġdida kienet attività li setgħet tintrabat direttament mal-operat tal-ajruport, li huwa attività ekonomika. Peress li kienet stabbiliet dan, il-Qorti Ġenerali ma kellhiex għalfejn tistħarreġ jekk kienx hemm suq speċifiku għall-attività ta’ kostruzzjoni ta’ infrastrutturi tal-ajruporti.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-punt 115 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ġustament fakkret, barra minn hekk, li l-fatt li attività ma tkunx żgurata minn operaturi privati jew il-fatt li ma tkunx profittabbli ma kinux kriterji rilevanti għall-finijiet ta’ jekk għandhiex tiġi kklassifikata bħala attività ekonomika jew le. Fil-fatt, kif fakkret il-Qorti Ġenerali fil-punti 88 u 89 tas-sentenza appellata, skont ġurisprudenza stabbilita, minn naħa, il-kunċett ta’ impriża, fil-kuntest tad-dritt tal-kompetizzjoni, jinkludi kull entità li teżerċita attività ekonomika, indipendentement mill-istatus legali ta’ din l-entità u mill-mod ta’ finanzjament tagħha u, min-naħa l-oħra, tikkostitwixxi attività ekonomika kull attività li tikkonsisti fl-offerta ta’ prodotti jew servizzi f’suq partikolari (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20021024">24 ta’ Ottubru 2002</DATE>, Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 75; MOTOE, iċċitata iktar ’il fuq, punti 21 u 22, kif ukoll tas-<DATE ISO="20090326">26 ta’ Marzu 2009</DATE>, SELEX Sistemi Integrati vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-113/07 P" PAGE.ECR="I-2207" YEAR="2009">C-113/07 P, Ġabra p. I-2207</REF.DOC.ECR>, punt 69). Minn dan jirriżulta li l-kwistjoni ta’ jekk attività għandhiex natura ekonomika jew le, la tiddependi mill-istatus privat jew pubbliku tal-entità li teżerċitaha u lanqas mill-profittabbiltà ta’ din l-attività.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Barra minn hekk, sabiex tingħata tweġiba għall-argumenti invokati f’dan il-kuntest mill-appellanti dwar l-ammont tat-tariffi tal-ajurporti, għandu jitfakkar li, kif ġie osservat fil-punt 41 ta’ din is-sentenza, f’dan il-każ il-Qorti Ġenerali kkonstatat, fil-punt 94 tas-sentenza appellata, li t-tariffi tal-ajruporti għandhom jikkostitwixxu s-sors prinċipali ta’ dħul għall-finanzjament tar-runway il-ġdida, kif indikat il-Kummissjoni fil-premessa 15 tad-deċiżjoni kontenzjuża. Din il-konstatazzjoni fattwali, li minnha jirriżulta li, għall-kuntrarju ta’ dak li jsostnu l-appellanti, l-ispejjeż tal-kostruzzjoni ta’ din ir-runway ser jiġu ttrasferiti parzjalment fuq l-utenti, ma tikkostitwixxix, bla ħsara għall-każ li jkun hemm żnaturament tal-fatti jew tal-provi, li ma ġiex allegat f’dan il-każ, punt ta’ dritt suġġett, bħala tali, għall-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tal-appell (ara, b’mod partikolari, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20081222">22 ta’ Diċembru 2008</DATE>, British Aggregates vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-487/06 P" PAGE.ECR="I-10515" YEAR="2008">C-487/06 P, Ġabra p. I-10515</REF.DOC.ECR>, punt 97, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-ewwel aggravju għandu jiġi miċħud bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment infondat.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni aggravju, ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ projbizzjoni tar-retroattività, ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>L-appellanti, sostnuti minn ADV, iqisu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li l-Kummissjoni ma applikatx il-Linji gwida tal-2005. Skonthom, peress li l-Kummissjoni kienet applikat <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> dawn il-linji gwida, il-Qorti Ġenerali, billi rrifjutat li tirrikonoxxi dan, kisret il-prinċipji ta’ projbizzjoni tar-retroattività, ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Fir-rigward, l-ewwel nett, tal-ewwel wieħed minn dawn il-prinċipji, huma jsostnu li d-deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni ta’ kapital favur FLH kienet adottata fi żmien meta kienet tapplika esklużivament il-komunikazzjoni tal-1994. Kien biss fl-aħħar tas-sena 2005 li kien hemm bidla fil-politika tal-Kummissjoni, liema istituzzjoni ma annullatx din il-komunikazzjoni iżda kkompletatha bil-Linji gwida tal-2005. Dawn tal-aħħar jeskludu b’mod espliċitu kull applikazzjoni retroattiva.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>It-tieni nett, fir-rigward tal-allegat ksur tal-prinċipji ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali, l-appellanti jsostnu li, għall-kuntrarju tal-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali esposti fil-punt 167 tas-sentenza appellata, qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20041104">4 ta’ Novembru 2004</DATE> dwar il-kostruzzjoni u l-finanzjament tar-runway il-ġdida, la kien hemm prassi deċiżjonali li tinjora<?PAGE NO="11"?> l-komunikazzjoni tal-1994 u lanqas ma kien hemm ġurisprudenza li tapplika r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għall-finanzjament tal-kostruzzjoni ta’ infrastrutturi tal-ajruporti, b’tali mod li l-bidla f’daqqa fl-approċċ tal-Kummissjoni ma kinitx prevedibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Fil-fatt, analiżi tad-deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni fir-rigward tal-miżura ta’ finanzjament ta’ infrastrutturi tal-ajruporti tikkonferma li, qabel il-pubblikazzjoni tal-Linji gwida tal-2005, din l-istituzzjoni ma kienet ħadet ebda deċiżjoni f’dan is-sens. Qabel din il-pubblikazzjoni, il-Kummissjoni kienet ittrattat b’mod espliċitu dawn il-miżuri bħala miżuri ġenerali ta’ politika ekonomika li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, u dan anki wara li ngħataw is-sentenzi Aéroports de Paris. Kien biss fid-deċiżjonijiet tagħha tad-<DATE ISO="20050119">19 ta’ Jannar 2005</DATE> dwar l-għajnuna mill-Istat N 644i/2002 (il-Ġermanja — Kostruzzjoni u żvilupp ta’ ajruporti reġjonali) u tal-<DATE ISO="20050420">20 ta’ April 2005</DATE> dwar l-għajnuna mill-Istat N 355/2004 dwar l-ajruport ta’ Anvers li l-Kummissjoni kkunsidrat għall-ewwel darba li tapplika dawn ir-regoli għall-kostruzzjoni u għall-iżvilupp ta’ infrastrutturi tal-ajruporti, filwaqt li fakkret li bħala prinċipju dawn ir-regoli ma humiex applikabbli. Madankollu, jekk jitqies li kienu rilevanti, dawn id-deċiżjonijiet ma setgħux jiddisturbaw l-aspettattivi leġittimi tal-operaturi ekonomiċi kkonċernati peress li ma kinux ġew ippubblikati kompletament f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> iżda kienu ppubblikati biss sussegwentement fuq is-sit internet tal-Kummissjoni fil-lingwa tal-proċedura biss.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Skont l-appellanti, f’dan ir-rigward il-Qorti Ġenerali rreferiet, b’mod żbaljat, l-ewwel nett, għas-sentenzi Aéroports de Paris u Ryanair vs Il-Kummissjoni, iċċitati iktar ’il fuq, li kienu jikkonċernaw biss l-operat ta’ tali infrastrutturi, it-tieni nett, għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-<DATE ISO="20010313">13 ta’ Marzu 2001</DATE>, dwar l-għajnuna mill-Istat N 58/2000 (l-Italja — Promozzjoni tas-sistema tal-ajruport fil-Piemonte, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-<DATE ISO="20010313">13 ta’ Marzu 2001</DATE><QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>), li b’ebda mod ma qajmet dubju dwar il-klassifikazzjoni tal-miżuri ta’ finanzjament ta’ infrastrutturi tal-ajruporti bħala miżuri ta’ politika ġenerali, u, fl-aħħar nett, għan-notifika magħmula mill-Gvern Ġermaniż tal-għajnuna mill-Istat N 644i/2002, li ma kinitx tikkonċerna miżura individwali iżda skema ta’ għajnuna. Issa, l-Istati Membri ħafna drabi jinnotifikaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom għal finijiet ta’ ċertezza legali, anki meta jqisu li din il-leġiżlazzjoni ma tkun tinkludi ebda għajnuna.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Matul is-seduta, l-appellanti żiedu li s-sentenzi Aéroports de Paris u d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-<DATE ISO="20010313">13 ta’ Marzu 2001</DATE> kienu ppubblikati biss b’mod limitat f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej</HT>, li dawn ma kinux disponibbli bil-lingwa Ġermaniża fuq is-sit internet tal-Kummissjoni u li l-komunikazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri ma jkunux ippubblikati.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti jilmentaw li l-Qorti Ġenerali naqset milli teżamina l-argumenti li huma invokaw fil-konfront tal-legalità tal-Linji gwida tal-2005. Issa, minbarra l-fatt li huma kuntrarji għad-dritt primarju sa fejn jikklassifikaw il-kostruzzjoni ta’ infrastrutturi tal-ajruporti bħala attività ekonomika, dawn il-linji gwida huma intrinsikament kontradittorji sa fejn jikkonfermaw il-komunikazzjoni tal-1994 filwaqt li ma humiex konformi magħha u għalhekk jiksru l-prinċipju ta’ ċertezza legali.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tirribatti dawn l-argumenti kollha li, fil-fehma tagħha, jistgħu jiġu megħluba permezz ta’ sempliċi qari tad-deċiżjoni kontenzjuża, li minnu jirriżulta li din id-deċiżjoni tibbaża ruħha, sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ għajnuna, fuq l-Artikolu 87(1) KE, kif interpretat fis-sentenzi Aéroports de Paris, u mhux fuq il-Linji gwida tal-2005. Il-Kummissjoni tindika li, fid-dawl tal-kjarifika mogħtija minn dawn is-sentenzi fir-rigward tal-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat, li huwa kunċett legali oġġettiv, hija ma setgħetx tibqa’ tapplika l-punt 12 tal-komunikazzjoni tal-1994 mingħajr ma tikser l-Artikolu 87(1) KE.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fid-dawl tas-sentenzi Aéroports de Paris u tal-prassi deċiżjonali li segwiet dawn is-sentenzi, ma kienx għad baqa’, skont il-Kummissjoni, raġuni leġittima sabiex wieħed jaħseb, fi tmiem is-sena 2004, li l-finanzjament mill-Istat ta’ runway għat-tlugħ u l-inżul ta’ ajruplani f’ajruport ma seta’ f’ebda każ jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Għaldaqstant, ma kienx hemm ksur tal-prinċipju ta’<?PAGE NO="12"?> protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. Barra minn hekk, il-Linji gwida tal-2005 ma kinux applikati u għalhekk il-parti tal-aggravju dwar il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali hija manifestament nieqsa minn suġġett.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-ilment dwar il-ksur tal-prinċipju ta’ projbizzjoni tar-retroattività, il-Qorti Ġenerali osservat, fil-punti 157 sa 160 tas-sentenza appellata, dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>157.</NO.P><TXT>[...] [G]ħandu jiġi kkonstatat li, għal dak li jikkonċerna l-klassifikazzjoni tal-kontribuzzjoni ta’ kapital bħala għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE, l-ebda element tad-[deċiżjoni kontenzjuża] ma jippermetti li jiġi kkunsidrat li l-Kummissjoni applikat id-dispożizzjonijiet tal-Linji gwida tal-2005.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>158.</NO.P><TXT>Fil-fatt, għal dak li jikkonċerna l-ewwel nett, il-kriterju tal-impriża u tal-attività ekonomika, il-Kummissjoni rrilevat, fil-premessa 173 tad-[deċiżjoni kontenzjuża], li mill-ġurisprudenza [Aéroports de Paris] jirriżulta li l-amministraturi tal-ajruporti jwettqu, bħala prinċipju, attività ekonomika fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE, li taqa’ fi ħdan id-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat. Fid-dawl tal-evoluzzjonijiet reċenti fis-settur, il-Kummissjoni tqis, kif indikat fil-premessa 174 tad-[deċiżjoni kontenzjuża], li sa mis-sena 2000, is-sena tas-sentenza [tat-<DATE ISO="20001212">12 ta’ Diċembru 2000</DATE>,] Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni, [iċċitata iktar ’il fuq] ma kienx hemm iktar lok, <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT>, li tiġi eskluża l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar għajnuna mill-Istat għall-ajruporti. Għaldaqstant il-Kummissjoni kkonkludiet, fil-premessa 176 tad-[deċiżjoni kontenzjuża], li minn wara din is-sentenza, id-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat kellhom japplikaw għal dan is-settur, filwaqt li enfasizzat li dan ma kienx jikkostitwixxi applikazzjoni retroattiva tal-Linji gwida tal-2005, peress li din kienet biss kjarifika mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>159.</NO.P><TXT>Dan l-approċċ għandu jiġi approvat peress li l-interpretazzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni hija limitata biss sabiex tiċċara u tippreċiża t-tifsira u l-portata tagħha, kif kellha tinftiehem u tiġi applikata mid-data tad-dħul fis-seħħ tagħha (ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-<DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE>, BUPA <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-289/03" PAGE.ECR="II-81" YEAR="2008">T-289/03, Ġabra p. II-81</REF.DOC.ECR>, punt 159, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>160.</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-kriterju tal-attività ekonomika, il-Kummissjoni setgħet timplementa, b’mod validu, il-prinċipji li jirriżultaw mill-ġurisprudenza [Aéroports de Paris], billi tapplikhom għaċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ, b’mod partikolari, f’dak li jitratta l-finanzjament ta’ infrastrutturi tal-ajruporti, u dan ma jikkostitwixxix applikazzjoni retroattiva tal-Linji gwida tal-2005.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Fil-punt 161 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali barra minn hekk osservat li l-indikazzjoni, li tinsab fil-premessa 174 tad-deċiżjoni kontenzjuża, li, fid-dawl tal-iżviluppi fis-settur tal-ajruporti, il-Kummissjoni kienet, fil-Linji gwida tal-2005, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>estendiet<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> l-approċċ segwit fis-sentenzi Aéroports de Paris għall-ajruporti ta’ kull tip, ma kinitx tippermetti li jiġi kkunsidrat li l-Kummissjoni kienet applikat dawn il-linji gwida fil-każ ineżami. Filwaqt li kkonstatat, fil-punti 162 u 163 tas-sentenza appellata, li l-Kummissjoni lanqas ma kienet applikat il-Linji gwida tal-2005 fil-kuntest tal-eżami tagħha tal-kriterji tal-vantaġġ ekonomiku u tal-imputabbiltà lill-Istat, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet, fil-punt 164 tal-istess sentenza, li, fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-kontribuzzjoni ta’ kapital bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE, il-Kummissjoni ma kinitx applikat il-Linji gwida tal-2005. Hija għaldaqstant ċaħdet l-ilment.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>B’hekk, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi. Fil-fatt, minn naħa, kif jirriżulta mill-eżami tal-ewwel aggravju, il-Qorti Ġenerali ġustament ikkunsidrat essenzjalment, għar-raġunijiet esposti fil-punt 38 ta’ din is-sentenza, li l-Kummissjoni, b’mod validu, ma mxietx mal-komunikazzjoni tal-1994. Min-naħa l-oħra, il-Qorti Ġenerali ġustament ikkonstat essenzjalment li l-Kummissjoni lanqas ma kienet applikat il-Linji gwida tal-2005 sabiex tikklassifika l-kontribuzzjoni ta’ kapital bħala għajnuna mill-Istat iżda kienet evalwat din il-kontribuzzjoni billi bbażat ruħha fuq il-konklużjonijiet li kienet siltet mis-sentenzi Aéroports de Paris fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 87(1) KE.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Għaldaqstant, kien ukoll ġustament li l-Qorti Ġenerali ma eżaminatx l-argumenti mressqa mill-appellanti fir-rigward tal-legalità tal-Linji gwida tal-2005, filwaqt li, fil-punt 182 tas-sentenza appellata, ikkunsidrat bħala ineffettivi l-ilmenti fir-rigward ta’ dawn il-linji gwida.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-ilmenti dwar il-ksur tal-prinċipji ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali, il-Qorti Ġenerali ċaħdet dawn l-ilmenti fil-punt 166 tas-sentenza appellata minħabba li kienu bbażati fuq il-premessa żbaljata li l-Linji gwida tal-2005 kienu ġew applikati retroattivament. Fil-punt 167 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali osservat ukoll dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Fi kwalunkwe każ, dawn l-ilmenti jidhru infondati. Fil-fatt, il-ġurisprudenza [Aéroports de Paris], li minnha jirriżulta li t-tħaddim ta’ ajruport jikkostitwixxi attività ekonomika, tmur lura għas-sena 2000. Barra minn hekk, is-sentenza Ryanair vs Il-Kummissjoni, [iċċitata iktar ’il fuq] li kienet tikkonċerna s-sitwazzjoni ta’ qabel il-Linji gwida tal-2005, ikkonfermat il-ġurisprudenza [Aéroports de Paris] fil-kuntest tat-tħaddim ta’ ajruport reġjonali. Barra minn hekk, mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni [tat-<DATE ISO="20010313">13 ta’ Marzu 2001</DATE>], jirriżulta li f’din id-data, il-Kummissjoni ma kinitx teskludi li miżura favur l-iżvilupp tal-infrastrutturi tal-ajruporti reġjonali tista’ possibbilment tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Fil-fatt, f’din id-deċiżjoni, li għall-kuntrarju ta’ dak li jallegaw ir-rikorrenti, kienet tikkonċerna wkoll il-finanzjament ta’ infrastrutturi tal-ajruporti, il-Kummissjoni essenzjalment qieset, hekk kif jirriżulta b’mod partikolari mill-premessa 17, li jekk il-miżura inkwistjoni kellha titqies bħala għajnuna mill-Istat, hija tkun kompatibbli mas-suq komuni bis-saħħa tal-Artikolu 87(3)(ċ) KE. Fl-aħħar nett, għandu jiġi rrilevat li, għalkemm l-awtoritajiet Ġermaniżi nnotifikaw, fis-sena 2002, l-għajnuna mill-Istat N 644i/2002, għal raġunijiet ta’ ċertezza legali bħalma jsostnu r-rikorrenti [...], dan sar minħabba li huma raw il-possibblità li l-miżuri inkwistjoni, li kellhom l-għan li jtejbu l-infrastruttura tal-ajruport reġjonali, setgħet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, fil-kuntest tal-proċedura dwar l-imsemmija għajnuna, il-Kummissjoni essenzjalment indikat lill-awtoritajiet Ġermaniżi, fit-<DATE ISO="20030630">30 ta’ Ġunju 2003</DATE>, billi rreferiet għall-ġurisprudenza [Aéroports de Paris], li ma kienx hemm ċertezza li “l-għajnuna għall-bini u għall-iżvilupp ta’ ajruporti reġjonali tista’ tkun [...] ikkunsidrata bħala miżura ġenerali dwar l-infrastrutturi rilevanti għall-finijiet tal-għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>.</P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>F’dan id-dawl, għandu jiġi osservat li, kif il-Qorti Ġenerali ġustament ikkonstatat fil-punt 166 tas-sentenza appellata, l-argumenti tal-appellanti fir-rigward ta’ dawn l-ilmenti huma bbażati fuq il-premessa żbaljata li, fid-deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni applikat b’mod retroattiv il-Linji gwida tal-2005. Kien għalhekk ġustament li l-Qorti Ġenerali ċaħdet dawn l-ilmenti fil-punt 169 tas-sentenza appellata.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Mill-bqija, sa fejn huma intiżi li jikkontestaw il-punt 167 tas-sentenza appellata, dawn l-istess argumenti għandhom jiġu miċħuda bħala ineffettivi sa fejn jikkonċernaw raġunijiet superfluwi tas-sentenza appellata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20090402">2 ta’ April 2009</DATE>, Bougues u Bouygues Télécom vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-431/07 P" PAGE.ECR="I-2665" YEAR="2009">C-431/07 P, Ġabra p. I-2665</REF.DOC.ECR>, punt 148 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tieni aggravju għandu jiġi miċħud bħala parzjalment ineffettiv u parzjalment infondat.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="14"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet aggravju, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 1(b)(v), 17 u 18 tar-Regolament Nru 659/1999</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Skont l-appellanti, sostnuti minn ADV, jekk il-kontribuzzjoni ta’ kapital titqies bħala għajnuna mill-Istat, din għandha fi kwalunkwe każ tiġi kklassifikata bħala għajnuna eżistenti minħabba li, fid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni li jiġi estiż l-ajruport ta’ Leipzig-Halle matul is-sena 2004, ma kienx jeżisti suq, l-ajruporti reġjonali ma kinux jeżerċitaw attività ekonomika u ma kinux jikkompetu ma’ ajruporti oħra. Għalhekk, il-miżura inkwistjoni saret għajnuna biss minħabba l-iżvilupp sussegwenti fis-suq tal-ajruporti. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet il-motiv imqajjem f’dan ir-rigward bħala wieħed sussidjarju.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li dan l-aggravju huwa manifestament infondat. Minn naħa, il-kundizzjonijiet tas-suq diġà kienu nbidlu radikalment fiż-żmien meta ngħatat il-kontribuzzjoni ta’ kapital, b’tali mod li din il-kontribuzzjoni kellha titqies bħala għajnuna ġdida. Min-naħa l-oħra, l-Artikoli 1(b)(v), 17 u 18 tar-Regolament Nru 659/1999 japplikaw biss għall-iskema ta’ għajnuna.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat li, fil-punti 191 sa 193 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali, wara li esponiet ir-raġunijiet għalfejn fil-fehma tagħha l-kontribuzzjoni ta’ kapital inkwistjoni kienet ingħatat fi żmien meta l-Kummissjoni kienet diġà indikat li kienet tikkunsidra li tali finanzjament seta’ jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, esponiet dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>191.</NO.P><TXT>Għal dak li jikkonċerna l-argument tar-rikorrenti li, fir-rigward tal-ajruporti bħal dak ta’ Leipzig-Halle, ma kienx jeżisti suq meta ġiet adottata d-deċiżjoni tal-iżvilupp tar-runway fin-nofsinhar tal-ajruport, dawn l-ajruporti ma jwettqux attività ekonomika u peress li ma humiex f’kompetizzjoni bejniethom, huwa biżżejjed li jitfakkar li, fil-kuntest tal-ewwel motiv, ġie stabbilit li FLH twettaq attività ekonomika u li hija f’kompetizzjoni ma’ ajruporti oħrajn, u li jiġi kkonstatat li l-ebda prova ma tippermetti li jitqies li dan ma kienx il-każ meta ngħatat il-kontribuzzjoni ta’ kapital. Għal dak li jikkonċerna l-evoluzzjoni msemmija mill-Kummissjoni fil-Linji gwida tal-2005, din tmur lura għal qabel id-deċiżjoni tal-iffinanzjar tar-runway fin-nofsinhar tal-ajruport fl-2004. Fil-fatt, fil-punt 5 ta’ dawn il-linji gwida, il-Kummissjoni tirreferi għal evoluzzjoni li seħħet <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>dawn l-aħħar snin<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="2019" ID="QE0029"/>. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kienet diġà ssemmi din l-evoluzzjoni fl-2001 fid-[d]eċiżjoni [tat-<DATE ISO="20010313">13 ta’ Marzu 2001</DATE>], b’mod partikolari, fil-premessa 11.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>192.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jistax jitqies li l-kontribuzzjoni ta’ kapital ma kienx jikkostitwixxi għajnuna fil-mument meta ngħata, iżda li sar hekk wara minħabba l-evoluzzjoni tas-suq komuni.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>193.</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal jirriżulta li l-kontribuzzjoni ta’ kapital ma kinitx għajnuna eżistenti fis-sens tal-Artikolu 193(b)(v) tar-Regolament Nru 659/1999.<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Issa, permezz ta’ dan l-aggravju, l-appellanti b’ebda mod ma jsostnu li dan ir-raġunament huwa vvizzjat bi żball jew żbalji ta’ liġi jew bi żnaturament tal-fatti, iżda sempliċement jikkontestaw, billi jtennu essenzjalment l-argumenti diġà mqajma fl-ewwel istanza, l-evalwazzjonijiet fattwali magħmula mill-Qorti Ġenerali fil-punt 191 tas-sentenza appellata, filwaqt li jsostnu li ma kienx hemm suq fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni li jiġi estiż l-ajruport Leipzig-Halle matul is-sena 2004.</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-appellanti, fil-verità, qegħdin jipprovaw, permezz ta’ dawn l-argumenti, jiksbu eżami mill-ġdid tar-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll tal-evalwazzjoni tal-fatti magħmula minnha fis-sentenza appellata, eżami mill-ġdid li ma jaqax fil-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ appell (ara l-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 51 ta’ din is-sentenza u<?PAGE NO="15"?> s-sentenzi tal-<DATE ISO="20000704">4 ta’ Lulju 2000</DATE>, Bergaderm u Goupil vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-352/98 P" PAGE.ECR="I-5291" YEAR="2000">C-352/98 P, Ġabra p. I-5291</REF.DOC.ECR>, punti 34 u 35, kif ukoll tat-<DATE ISO="20030930">30 ta’ Settembru 2003</DATE>, Eurocoton <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-76/01 P" PAGE.ECR="I-10091" YEAR="2003">C-76/01 P, Ġabra p. I-10091</REF.DOC.ECR>, punti 46 u 47).</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tielet aggravju għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ aggravju, ibbażat fuq ksur tat-tqassim tal-kompetenzi kif jirriżulta mit-Trattat KE</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>L-appellanti, sostnuti minn ADV, isostni li, meta kkunsidrat, fil-punt 203 tas-sentenza appellata, li l-Kummissjoni ma kinitx marret oltre l-kompetenzi tagħha meta kklassifikat il-kontribuzzjoni ta’ kapital bħala għajnuna mill-Istat, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi. Skonthom, il-Qorti Ġenerali injorat il-fatt li d-deċiżjoni dwar il-kostruzzjoni ta’ infrastrutturi ta’ trasport tikkostitwixxi deċiżjoni fil-qasam tal-ippjanar tal-artijiet, adottata fuq il-bażi ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt pubbliku tal-Istat Membru. Billi tissuġġetta l-finanzjament ta’ estensjonijiet ta’ infrastrutturi għad-dritt dwar l-għajnuna mill-Istat, il-Qorti Ġenerali jagħti lill-Kummissjoni kompetenzi li jillimitaw il-prerogattivi tal-Istati Membri fil-qasam tal-ippjanar tal-artijiet. Dan imur ukoll kontra l-prinċipju ta’ sussidjarjetà.</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali ġustament ikkonstatat li l-Artikolu 88 KE jawtorizzaha, u saħansitra jobbligaha, teżamina u tikkontrolla l-għajnuna mill-Istat u li l-eżami tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq komuni jaqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tagħha. Għaldaqstant, skont il-Kummissjoni, l-argumenti tal-appellanti ma għandhom ebda bażi.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Mill-eżami tal-ewwel aggravju jirriżulta li l-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-Kummissjoni kienet ikkunsidrat b’mod validu li l-kontribuzzjoni ta’ kapital kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali lanqas ma vvizzjat is-senteza tagħha bi żball ta’ liġi meta, fil-punti 203 sa 205 tas-sentenza appellata, iddikjarat, sabiex tiċħad il-motiv imqajjem quddiemha, ibbażat fuq ksur tat-tqassim tal-kompetenzi kif jirriżulta mit-Trattat KE, dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="087.203"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>203.</NO.PARAG><ALINEA>F’dan il-każ, fir-rigward [...] tal-ilment li l-Kummissjoni injorat il-kompetenzi tal-Istati Membri, għandu jiġi rrilevat li, kif jirriżulta mill-eżami tal-ewwel motiv, huwa mingħajr ma wettqet żball li l-Kummissjoni qieset li l-kontribuzzjoni ta’ kapital kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE. Għaldaqstant, hija ma setgħetx tinjora l-kompetenzi tal-Istati Membri f’dawn ir-rigward.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="087.204"><NO.PARAG>204.</NO.PARAG><ALINEA>Għal dak li jirrigwada l-allegazzjoni li l-politika reġjonali u ekonomika, li jagħmel parti minnha l-iżvilupp tar-runway fin-nofsinhar tal-ajruport, jaqgħu esklużivament taħt il-kompetenza tal-Istati Membri, għandu jiġi kkonstatat li, anki jekk dan kien il-każ, dan il-fatt ma jistax ikollu bħala konsegwenza li l-Kummissjoni tiċċaħħad mis-setgħa tagħha ta’ stħarriġ tal-għajnuna mill-Istat li huma mogħti lilha mill-Artikoli 87 KE u 88 K, fil-każ fejn il-finanzjamenti mogħtija fil-kuntest tal-imsemmija politika jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="087.205"><NO.PARAG>205.</NO.PARAG><ALINEA>Fl-aħħar nett, għal dak li jikkonċerna l-fatt li l-Kummissjoni ma hijiex f’pożizzjoni li tipprovdi stħarriġ aħjar minn dak li jista’ jitwettaq fil-livell nazzjonali, kif meħtieġ mill-Artikolu 5(2) KE, għandu jiġi kkonstatat li dan l-argument ma huwiex rilevanti, peress li huwa stabbilit li, bis-saħħa tat-Trattat KE, il-Kummissjoni kellha s-setgħa tistħarreġ il-miżura inkwistjoni f’dan il-każ, billi tirrigwarda għajnuna mill-Istat.<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="16"?><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Fil-fatt, peress li kkonstatat li l-Kummissjoni kienet ikkunsidrat ġustament li l-miżura inkwistjoni kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, il-Qorti Ġenerali setgħet legalment tasal għall-konklużjoni li l-Kummissjoni kienet eżerċitat, fir-rigward ta’ din il-miżura, il-kontroll mogħti lilha mill-Artikolu 88 KE u għalhekk ma kinitx marret oltre l-kompetenzi tagħha u, għaldaqstant, lanqas ma marret oltre l-kompetenzi attribwiti lill-Unjoni. Barra minn hekk, peress li l-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq komuni taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tagħha, suġġetta għall-istħarriġ tal-qorti tal-Unjoni (ara, b’mod partikolari, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<DATE ISO="19921216">16 ta’ Diċembru 1992</DATE>, Lornoy <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-17/91" PAGE.ECR="I-6523" YEAR="1992">C-17/91, Ġabra p. I-6523</REF.DOC.ECR>, punt 30, kif ukoll tat-<DATE ISO="20060323">23 ta’ Marzu 2006</DATE>, Enirisorse, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-237/04" PAGE.ECR="I-2843" YEAR="2006">C-237/04, Ġabra p. I-2843</REF.DOC.ECR>, punt 23), il-Qorti Ġenerali ġustament ikkunsidrat li l-Kummissjoni ma setgħetx tikser il-prinċipju ta’ sussidjarjetà.</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li r-raba’ aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ħames aggravju, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tas-sentenzi</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>L-appellanti, sostnuti minn ADV, jilmentaw li s-sentenza appellata fiha numru ta’ lakuni sa fejn il-Qorti Ġenerali tippreżumi l-eżerċizzju ta’ attività ekonomika billi tirreferi biss għad-deċiżjoni kontenzjuża, mingħajr ma teżmina l-argumenti fis-sens kuntrarju mressqa minnhom u mingħajr ma teżamina r-realtà ekonomika.</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tosserva li l-Qorti Ġenerali eżaminat b’mod iddettaljat l-argumenti bbażati fuq allegat ksur tal-Artikolu 87(1) KE. Għaldaqstant, skontha, il-Qorti Ġenerali ssodisfat l-obbligu ta’ motivazzjoni tas-sentenzi.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-obbligu li s-sentenzi jkunu mmotivati jirriżulta mill-Artikolu 36 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, applikabbli għall-Qorti Ġenerali bis-saħħa tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53 tal-istess statut, u taħt l-Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. Skont ġurisprudenza stabbilita, il-motivazzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali għandha turi b’mod ċar u inekwivoku r-raġunament ta’ dik il-qorti, b’mod li l-persuni kkonċernati jkunu jistgħu jidentifikaw il-ġustifikazzjonijiet tad-deċiżjoni meħuda u b’mod li l-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ teżerċita l-istħarriġ ġudizzjarju tagħha (sentenza tal-<DATE ISO="20101014">14 ta’ Ottubru 2010</DATE>, Deutshce Telekom vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-280/08 P" PAGE.ECR="I-9555" YEAR="2010">C-280/08 P, Ġabra p. I-9555</REF.DOC.ECR>, punti 135 u 136).</TXT></NP><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali ssodisfatt dan ir-rekwiżit billi esponiet b’mod ċar u inekwivoku, fil-punti 87 sa 121 tas-sentenza appellata, ir-raġunijiet li wasluha sabiex tiċħad l-argumenti tar-rikorrenti u sabiex tikkunsidra li l-Kummissjoni kienet ġustament ikkunsidrat li l-kontribuzzjoni ta’ kapital kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE.</TXT></NP><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>Peress li għaldaqstant il-ħames u l-aħħar aggravju ma huwiex fondat, hemm lok li dan l-aggravju jiġi miċħud u, għaldaqstant, hemm lok li jiġi miċħud l-appell.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, applikabbli għall-proċedura ta’ appell bis-saħħa tal-Artikolu 184(1) ta’ dawn l-istess Regoli, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li l-appellanti tilfu, dawn għandhom jiġu kkundannati għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll għall-ispejjeż tal-Kummissjoni, kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="17"?><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 184(4) tal-istess Regoli tal-Proċedura, ADV, intervenjenti li pparteċipat fil-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, għandha tbati l-ispejjeż tagħha.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-appell huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Mitteldeutsche Flughafen AG u Flughafen Leipzig-Halle GmbH għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Arbeitsgemeinschaft Deutscher Verkehrsflughäfen eV (ADV) għandha tbati l-ispejjeż tagħha.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>