28.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 201/16


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10221 — PLD/NBIM/Target Assets)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 201/13)

1.   

Fid-19 ta’ Mejju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Prologis, L.P. (“PLD”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Norges Bank Investment Management (“NBIM”, in-Norveġja),

—

10 proprjetà immobbli li jinsabu fil-Ġermanja (“Assi fil-Mira”).

PLD u NBIM jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-Assi fil-Mira (Target Assets).

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma u assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

PLD: trust ta’ investiment immobiljari li huwa s-sid, iħaddem u jiżviluppa proprjetajiet immobiljari, prinċipalment għal skopijiet industrijali, fl-Amerki, fl-Ewropa u fl-Asja,

—

NBIM: investiment istituzzjonali għall-Fond tal-Pensjoni tal-Gvern Globali (Government Pension Fund Global, “GPFG”) f’isem il-Ministeru tal-Finanzi Norveġiż, li jiffoka fuq investimenti mad-dinja kollha inklużi investimenti ta’ proprjetà immobbli fl-Amerka ta’ Fuq, fl-Ewropa u l-Ġappun,

—

l-Assi fil-Mira: 10 proprjetajiet immobbli li jinsabu fil-Ġermanja, li primarjament jintużaw bħala faċilitajiet loġistiċi iżda wkoll għal skopijiet kummerċjali oħra, prinċipalment fir-reġjun ta’ Berlin, iżda wkoll fiż-żona ta’ Duisburg-Lower Rhine.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10221 — PLD/NBIM/Target Assets

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.