|
30.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/31 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2207
tad-29 ta' Novembru 2017
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013 tat-13 ta' Mejju 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (2), u partikolarment l-Artikolu 3 tiegħu,
Billi:
A. PROĊEDURA PREĊEDENTI
|
(1) |
Fit-13 ta' Mejju 2013 il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' oġġetti taċ-ċeramika ta' fuq il-mejda u tal-kċina (“oġġetti tal-mejda”) li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”) bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 412/2013 (“ir-Regolament oriġinali”). |
|
(2) |
Fl-investigazzjoni oriġinali għadd kbir ta' produtturi esportaturi mir-RPĊ għamlu lilhom infushom magħrufa. B'riżultat ta' dan, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' produtturi esportaturi Ċiniżi għall-investigazzjoni. |
|
(3) |
Il-Kunsill impona rati individwali ta' dazju fuq l-importazzjonijiet ta' oġġetti tal-mejda u tal-kċina li jvarjaw minn 13,1 % għal 23,4 % fuq il-kumpaniji inklużi fil-kampjun, u r-rata ta' dazju medja peżata ta' 17,9 % fuq kumpaniji oħra li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun. Barra minn hekk, ġie impost dazju bir-rata ta' 36,1 % fuq l-importazzjoni ta' oġġetti tal-mejda u tal-kċina mill-kumpaniji Ċiniżi l-oħra. |
|
(4) |
L-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 412/2013 jgħid li fejn xi produttur esportatur ġdid ta' oġġetti tal-mejda u tal-kċina fir-RPĊ jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li:
b'hekk l-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament jista' jiġi emendat billi l-produttur esportatur il-ġdid jingħata r-rata tad-dazju applikabbli għall-kumpaniji li jikkoperaw u li mhumiex inklużi fil-kampjun, jiġifieri r-rata ta' dazju medja peżata ta' 17,9 %. |
B. TALBIET GĦAL TRATTAMENT TA' PRODUTTUR ESPORTATUR ĠDID
|
(5) |
Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 412/2013, erba' kumpaniji ppreżentaw ruħhom jgħidu li huma jissodisfaw t-tliet kriterji stabbiliti hawn fuq fil-premessa (4) u pprovdew evidenza. |
|
(6) |
L-erba' kumpaniji lkoll huma manifatturi u esportaturi tal-prodott ikkonċernat. |
|
(7) |
Tlieta minnhom diġa' kienu joperaw matul l-investigazzjoni oriġinali iżda sostnew li dak iż-żmien ma kinux jesportaw il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni. |
|
(8) |
Ir-raba' kumpanija sostniet li ma kinitx għadha teżisti matul il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali u għalhekk ma setgħetx tesporta matul il-perjodu ta' investigazzjoni. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni analizzat l-evidenza ppreżentata mill-erba' kumpaniji u sabet li kull waħda mill-erba' kumpaniji tissodisfa t-tliet kriterji biex tkun ikkunsidrata bħala produttur esportatur ġdid. Konsegwentement, l-ismijiet tagħhom jinħtieġ li jiġu miżjuda mal-lista ta' kumpaniji li kkooperaw iżda mhux inklużi fil-kampjun fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 412/2013. |
|
(10) |
Il-Kummissjoni infurmat lill-erba' kumpaniji u l-industrija tal-Unjoni b'dawn is-sejbiet u tathom l-opportunità li jikkummentaw. Ma ġie riċevut l-ebda kumment. |
|
(11) |
Dan ir-Regolament huwa skont l-opinjoni tal-Kumitat li twaqqaf permezz tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament baziku. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kumpaniji segwenti għandhom jiżdiedu mal-lista ta' produtturi esportaturi mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 412/2013:
|
Kumpanija |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Fujian Dehua Huamao Ceramics Co., Ltd |
C303 |
|
Fujian Dehua Jiawei Ceramics Co., Ltd |
C304 |
|
Fujian Dehua New Qili Arts Co., Ltd |
C305 |
|
Quanzhou Dehua Hengfeng Ceramics Co., Ltd |
C306 |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Novembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013 tat-13 ta' Mejju 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 131, 15.5.2013, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 803/2014 tal-24 ta' Lulju 2014 li jżid erba' kumpaniji mal-lista ta' produtturi mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 412/2013, ĠU L 219, 25.7.2014, p. 33.