|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6799 |
8.11.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11662 – FNAC DARTY / UNIEURO)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/6799)
1.
Fil-31 ta’ Ottubru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Fnac Darty S.A (“Fnac Darty”, Franza), |
|
— |
Unieuro S.p.A. (“Unieuro”, l-Italja). |
Fnac Darty se takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ Unieuro.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fis-16 ta’ Lulju 2024.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Fnac Darty hija attiva fid-distribuzzjoni bl-imnut ta’ prodotti elettroniċi għall-konsumatur, apparat domestiku u oġġetti u servizzi kulturali permezz taż-żewġ ditti ewlenin tagħha Fnac u Darty, kif ukoll servizzi tas-suq għall-bejjiegħa elettroniċi fiż-żewġ websites tagħha. Hija topera aktar minn 1 000 ħanut f’ħames pajjiżi, prinċipalment fi Franza iżda wkoll fil-Belġju, il-Portugall, Spanja u l-Iżvizzera, |
|
— |
Unieuro hija attiva fl-Italja permezz ta’ 525 punt ta’ bejgħ li joffru prodotti elettroniċi għall-konsumatur u apparat domestiku. Topera bħala distributur omnichannel integrat ta’ prodotti griżi, bojod, kannella u prodotti oħra. B’mod parallel, toffri firxa wiesgħa ta’ servizzi bħall-konsenja u l-installazzjoni, il-garanzija estiża u l-finanzjament għall-konsumatur. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ koċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11662 – FNAC DARTY / UNIEURO
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6799/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)