|
28.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 435/8 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10139 — DESFA / COPELOUZOU / DEPA / GASLOG / BTG / GASTRADE)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 435/05)
1.
Fl-20 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Hellenic Gas Transmission System Operator S.A. (“DESFA”, il-Greċja), |
|
— |
Asimina-Eleni Copelouzou (“is-Sinjura Copelouzou”, il-Greċja), |
|
— |
DEPA Commercial S.A. (“DEPA Commercial”, il-Greċja), |
|
— |
GasLog Cyprus Investments Limited (“GasLog”, Cyrpus), |
|
— |
Bulgartransgaz EAD (“BTG”, il-Bulgarija), |
|
— |
GASTRADE Limited Construction and Technical Company of Natural Gas S.A. (“GASTRADE”, il-Greċja). |
DESFA, is-Sinjura Copelouzou, DEPA Commercial, GasLog u BTG jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ GASTRADE.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
DESFA: hija proprjetarja, tħaddem, tagħmel il-manutenzjoni, tiġġestixxi u tiżviluppa n-network Grieg ta’ trażmissjoni tal-gass bi pressjoni għolja u t-terminal tal-Gass Naturali Likwifikat (Liquefied Natural Gas, “LNG”) li jinsab fil-gżira ta’ Revithoussa, il-Greċja, |
|
— |
is-Sinjura Copelouzou: individwu li hija l-azzjonist fundatur ta’ GASTRADE, |
|
— |
DEPA Commercial: il-fornitur ewlieni tal-gass tal-Greċja involuta fil-provvista, il-bejgħ bl-ingrossa u l-kummerċ tal-gass naturali, |
|
— |
GasLog: hija l-proprjetarja, tħaddem u tiġġestixxi bastimenti tal-LNG, li jipprovdu appoġġ lill-kumpaniji tal-enerġija fil-katina tal-provvista tagħhom tal-LNG, |
|
— |
BTG: l-operatur tal-Istat Bulgaru li jwettaq attivitajiet liċenzjati ta’ trażmissjoni u ħżin tal-gass naturali, |
|
— |
GASTRADE: hija l-proprjetarja u tiżviluppa faċilità tal-LNG li se tkun qrib Alexandroupolis fil-Greċja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10139 — DESFA / COPELOUZOU / DEPA / GASLOG / BTG / GASTRADE
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz tal-posta:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).