|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2770 |
28.10.2024 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2770
tal-15 ta’ Lulju 2024
li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kriterji tal-bijodegradabbiltà għall-aġenti tal-kisi u għall-polimeri għaż-żamma tal-ilma
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodotti fertilizzanti tal-UE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 42(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2019/1009 jistabbilixxi regoli dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti fertilizzanti tal-UE. Skont ir-rekwiżiti għall-Kategorija tal-Materjali Komponenti 9 fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament, il-prodotti fertilizzanti tal-UE jista’ jkun fihom polimeri biex jikkontrollaw ir-rilaxx tan-nutrijenti (“aġenti tal-kisi”), biex iżidu l-kapaċità taż-żamma tal-ilma jew il-propensità għat-tixrib tal-prodott fertilizzanti tal-UE (“polimeri għaż-żamma tal-ilma”) jew bħala materjali ta’ legatura. L-aġenti tal-kisi jintużaw b’mod partikolari fil-produzzjoni tal-fertilizzanti ta’ rilaxx ikkontrollat. L-iskop tagħhom huwa li jirrilaxxaw in-nutrijenti bil-mod u fil-ħin lill-pjanti u għalhekk, inaqqsu l-lissija tan-nutrijenti. L-użu ta’ prodotti bħal dawn huwa importanti ħafna biex tintlaħaq il-mira stabbilita fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt (2) biex jitnaqqas it-telf tan-nutrijenti b’mill-inqas 50 %, filwaqt li jiġi żgurat li ma jkunx hemm deterjorament fil-fertilità tal-ħamrija. Il-polimeri għaż-żamma tal-ilma jistgħu jintużaw ukoll f’kategoriji oħra ta’ prodotti fertilizzanti tal-UE, bħat-tejjieba tal-ħamrija u l-materjali għat-tkabbir. Dawn jikkontribwixxu direttament, fost l-oħrajn, għal użu sostenibbli tal-ilma fl-agrikoltura. Il-materjali ta’ legatura bbażati fuq il-polimeri jistgħu jintużaw fil-materjali għat-tkabbir. Prodotti bħal dawn ma għandhomx jintużaw f’kuntatt mal-ħamrija. |
|
(2) |
Il-preżenza, kullimkien, ta’ frammenti żgħar ta’ polimeri naturali sintetiċi jew modifikati kimikament, li huma insolubbli fl-ilma, jiddegradaw bil-mod ħafna u jistgħu jiġu inġestiti faċilment minn organiżmi ħajjin, tqajjem tħassib dwar l-impatt ġenerali tagħhom fuq l-ambjent u, potenzjalment, fuq is-saħħa tal-bniedem. Dan huwa partikolarment validu għall-polimeri miżjuda intenzjonalment mal-prodotti fertilizzanti tal-UE li sussegwentement jiġu rilaxxati fl-ambjent. Biex tindirizza dan it-tħassib ġenerali, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (UE) 2023/2055 (3) li jintroduċi restrizzjoni ġenerali fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) għall-introduzzjoni fis-suq ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi. Xi tipi ta’ polimeri (bħal polimeri naturali mhux modifikati kimikament) u polimeri li jissodisfaw kriterji speċifiċi ta’ bijodegradabbiltà jew solubbiltà mhumiex ikkonċernati mir-restrizzjoni ġenerali u jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq. Ir-Regolament (UE) 2019/1009 jistabbilixxi obbligu għall-Kummissjoni biex sas-16 ta’ Lulju 2024 tivvaluta l-kriterji ta’ bijodegradabbiltà għall-aġenti tal-kisi u għall-polimeri għaż-żamma tal-ilma użati bħala materjali komponenti fil-prodotti fertilizzanti tal-UE. Għalhekk, il-prodotti fertilizzanti tal-UE huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik ir-restrizzjoni ġenerali fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Bl-appoġġ ta’ studju estern, il-Kummissjoni vvalutat il-kriterji ta’ bijodegradabbiltà għall-aġenti tal-kisi u għall-polimeri għaż-żamma tal-ilma u l-metodi ta’ ttestjar għall-verifika tal-konformità ma’ dawk il-kriterji (“l-istudju”) (5). |
|
(3) |
L-istudju bena għodda li tbassar l-imġiba tal-bijodegradabbiltà tal-polimeri bl-użu ta’ mudell matematiku u turi l-korrelazzjoni bejn il-bijodegradabbiltà fil-kundizzjonijiet tat-test u fl-ambjenti naturali rappreżentattivi tar-reġjuni differenti tal-Unjoni. Għalhekk, l-istudju vvaluta diversi fatturi bħat-temperatura tal-ħamrija, il-pH tal-ħamrija, il-kontenut ta’ ilma fil-ħamrija, it-temperatura tal-ilma u fatturi oħra marbuta mal-karatteristiċi tal-polimeri (struttura kimika, kristallinità, superfiċe u ħxuna). L-istudju ressaq proposti dwar il-kriterji tal-bijodegradabbiltà fil-ħamrija u fl-ilma. |
|
(4) |
Il-kriterji tal-bijodegradabbiltà jenħtieġ li jiġu stabbiliti kemm għall-ambjent tal-ħamrija (il-kompartiment ewlieni, fejn jiġu applikati l-prodotti) kif ukoll għall-ambjent akkwatiku (fil-każ ta’ lissija jew preżenza aċċidentali oħra fil-korpi tal-ilma tas-superfiċe). Fir-rigward tal-bijodegradazzjoni fil-ħamrija, jenħtieġ li l-polimeri li jistgħu jilħqu d-degradazzjoni jew il-mineralizzazzjoni aħħarija fi żmien 48 xahar wara l-perjodu ta’ funzjonalità biss jiġu permessi bħala materjali komponenti. Sabiex jitnaqqas il-perjodu tal-ittestjar, jenħtieġ li jiġi permess metodu ta’ ttestjar aċċellerat. L-istudju wera korrelazzjoni adegwata bejn il-kundizzjonijiet tal-ħajja reali u t-temperaturi ogħla minn 25 °C li hija t-temperatura użata fil-kundizzjonijiet tal-ittestjar. L-ittestjar f’temperatura ogħla bħal pereżempju 37 °C jaċċellera l-bijodegradazzjoni, filwaqt li dan l-ittestjar għadu meqjus aċċettabbli f’termini ta’ mikrobijoloġija u fatturi dipendenti fuq l-ambjent. Ir-riżultati miksuba mill-għodda tal-ħamrija żviluppata fl-istudju wrew li l-perjodu tal-ittestjar jista’ jitnaqqas f’każijiet speċifiċi. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi introdott ittestjar aċċellerat f’temperatura ta’ 37 °C f’kundizzjonijiet speċifiċi bħala għażla alternattiva biex tintwera d-degradazzjoni jew il-mineralizzazzjoni aħħarija ta’ 90 %. |
|
(5) |
Il-kriterji tal-bijodegradabbiltà għall-ambjenti akkwatiċi jenħtieġ li jqisu kemm il-funzjoni tal-polimeru kif ukoll il-metodu ta’ ttestjar disponibbli. Dwar il-funzjoni tal-polimeru, l-aġenti tal-kisi jew il-polimeri li jżidu ż-żamma tal-ilma għandhom jirrilaxxaw nutrijenti fil-ħamrija bil-mod jew iżidu ż-żamma tal-ilma, għal medja ta’ 6-9 xhur. Għalhekk, dawk il-polimeri huma ddisinjati biex jiddegradaw bil-mod meta jiġu esposti għal diversi fatturi fil-ħamrija, bħall-ilma. Il-bijodegradazzjoni fil-ħamrija, li inevitabbilment isseħħ matul dak il-perjodu ta’ funzjonalità, jenħtieġ li tkun limitata sabiex il-polimeru xorta jkun jista’ jissodisfa l-funzjoni tiegħu. Fir-rigward tal-metodi ta’ ttestjar disponibbli għall-bijodegradabbiltà fl-ilma, dawn huma affidabbli matul perjodu ta’ 12-il xahar. Għalhekk, kriterji stretti għall-ambjent akkwatiku kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2023/2055 jaffettwaw b’mod negattiv il-funzjoni primarja tal-aġenti tal-kisi bijodegradabbli fil-ħamrija u tal-polimeri għaż-żamma tal-ilma. Għalhekk, jenħtieġ li l-bijodegradabbiltà fl-ambjenti akkwatiċi tiġi stabbilita f’livell aktar baxx matul il-perjodu tal-ittestjar iżda xorta għolja biżżejjed biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm akkumulazzjoni ta’ polimeri fl-ambjenti akkwatiċi. Huwa preżunt li l-proċess ta’ bijodegradazzjoni jkompli wara l-perjodu tal-ittestjar ta’ 12-il xahar u jilħaq id-90 % fi żmien 48 xahar wara l-perjodu ta’ funzjonalità. Filwaqt li dik id-degradazzjoni aħħarija ma tistax tiġi ppruvata bil-metodi ta’ ttestjar eżistenti, xorta hija suppożizzjoni sikura peress li l-materjal diġà wera potenzjal ta’ bijodegradazzjoni u se jkompli jkun espost għall-istess fatturi ambjentali. |
|
(6) |
F’kundizzjonijiet tal-ħajja reali, l-aġenti tal-kisi u l-polimeri għaż-żamma tal-ilma jinsabu fil-prodotti fertilizzanti tal-UE li għandhom jiġu applikati fil-ħamrija. Mhux suppost li jilħqu l-ambjenti akkwatiċi. Filwaqt li l-lissija ma tistax tiġi totalment eskluża, ir-riskji potenzjali għall-ambjent akkwatiku jitnaqqsu minħabba li l-polimeri kkonċernati jilħqu l-korpi tal-ilma biss wara li jkunu diġà bdew id-degradazzjoni tagħhom fil-ħamrija. Sabiex jiġu limitati aktar ir-riskji potenzjali, jenħtieġ li jiġi stabbilit rekwiżit tat-tikkettar, li jwissi lill-utenti finali biex ma jużawx il-prodott qrib il-korpi tal-ilma tas-superfiċe u biex iżommu biċċiet art ta’ lqugħ, f’konformità mal-miżuri nazzjonali dwar l-użu tal-fertilizzanti. Fin-nuqqas ta’ regoli bħal dawn, jenħtieġ li tiġi osservata biċċa art minima ta’ lqugħ ta’ 3 m. |
|
(7) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ugwali għall-kompetizzjoni u f’konformità mar-rekwiżiti għall-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 42(6) tar-Regolament (UE) 2019/1009, jenħtieġ li jiġu elenkati l-metodi ta’ ttestjar għall-prova tal-konformità mal-kriterji tal-bijodegradabbiltà. Tali metodi ta’ ttestjar huma stabbiliti fi standards Ewropej jew internazzjonali u għalhekk huma affidabbli u riproduċibbli. |
|
(8) |
Fir-rigward tal-polimeri użati bħala materjali ta’ legatura, il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni dwar l-użu ta’ polimeri bijodegradabbli bħala materjali ta’ legatura. Jekk tali polimeri jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti għall-polimeri li jappartjenu għas-CMC 1, ma jqajmux tħassib ambjentali u r-rekwiżiti speċifiċi tat-tikkettar dwar l-użu u r-rimi tal-prodotti fertilizzanti tal-UE li fihom polimeri bħal dawn mhumiex ġustifikati u jenħtieġ li ma japplikawx. |
|
(9) |
Ir-Regolament (UE) 2023/2055 għandu jibda japplika għall-prodotti fertilizzanti nazzjonali mis-17 ta’ Ottubru 2028. Għal raġunijiet ta’ koerenza u sabiex ikun hemm biżżejjed żmien biex wieħed jadatta għar-rekwiżiti introdotti b’dan ir-Regolament dwar il-bijodegradabbiltà tal-polimeri, jenħtieġ li japplika l-istess perjodu tranżitorju, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 2019/1009 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
|
(2) |
l-Anness III huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Anness I u l-punt 1 tal-Anness II għandhom japplikaw mis-17 ta’ Ottubru 2028.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 170, 25.6.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1009/oj.
(2) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Strateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent” (COM(2020)381 final tal-20 ta’ Mejju 2020).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/2055 tal-25 ta’ Settembru 2023 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi (ĠU L 238, 27.9.2023, p. 67, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2055/oj).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1907/2014-04-10).
(5) Study to assess biodegradability criteria for polymers used in EU fertilising products as coating agents or to increase water retention capacity or wettability and of mulch films, ISBN 978-92-68-05051-7; doi:10.2873/23399.
ANNESS I
Il-Parti II, it-Taqsima “CMC 9: POLIMERI LI MHUMIEX POLIMERI NUTRIJENTI” tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/1009 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fil-punt 1, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej: “Prodott fertilizzanti tal-UE jista’ jkun fih polimeri meta l-iskop tal-polimeri jkun:”; |
|
(2) |
il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(3) |
jiżdied l-Appendiċi 1 li ġej: ““Appendiċi 1 Kriterji ta’ bijodegradabbiltà għall-polimeri msemmija fit-Taqsima CMC 9, il-punt 1(a) u (b)
|
ANNESS II
Il-Parti I tal-Anness III tar-Regolament (UE) 2019/1009 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fil-punt 1, is-subpunt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
il-punt 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/2770/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)