Official Journal L 072 , 23/03/1979 P. 0018 - 0018
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 8 P. 0049
Greek special edition: Chapter 02 Volume 7 P. 0084
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 8 P. 0049
Spanish special edition: Chapter 02 Volume 5 P. 0156
Portuguese special edition Chapter 02 Volume 5 P. 0156
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 546/79 tat-22 ta' Marzu 1979 li jagħmel l-importazzjoni ta' għażel tad-dar irrakkmat minn Singapor u l-Malasja suġġetta għall-produzzjoni ta' ċertifikat ta' l-oriġini IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3059/78 tal-21 ta' Diċembru 1978 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' ċertu prodotti minsuġa li joriġinaw minn pajjiżi terzi [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 3(4) ta' l-Anness III tiegħu, Billi l-oriġini tal-prodotti fi Gruppi I u II msejħa fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 3059/78 hu stabbilit bi produzzjoni ta' ċertifikat ta' l-oriġini; billi għall-prodotti fi Gruppi III sa' VI dan jista' jiġi stabbilit b'dikkjarazzjoni ta' l-oriġini fuq il-kont jew xi dokument kummerċjali ieħor relatat mal-prodotti; Billi nstab li saru xi irregularitajiet fl-importazzjoni ta' għażel tad-dar irrakkmat (CCT subtitolu 62.02 B, kategorija 39) minn Singapor u l-Malasja; Billi l-Kumitat dwar l-Oriġini eżamina, bi qbil mal-proċedura stabbilita fir-Regolament imsemmi iżjed ‘il fuq, fejn hu mixtieq il-bżonn tal-produzzjoni ta' ċertifikat għall-prodotti u l-pajjiżi konċernati li jipprovdu; Billi il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' l-Oriġini, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Importazzjonijiet fil-Komunità ta' għażel tal-mejda minsuġ u irrakkmat, għażel tal-loki u kċina barra minn drapp tal-qoton, li jaqgħu taħt is-subtitolu eż 62.02 B tat-Tariffa Komuni tad-Dwana (NIMEXE kodiċi 62.02-41, 43, 47, 65, 73, 77), minn Singapor u l-Malasja, għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat ta' l-oriġini li jikkonforma mal-kampjun mogħti fl-Anness VI tar-Regolament (KEE) Nru 3059/78. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-45 jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Marzu 1979. Għall-Kummissjoni Étienne Davignon Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 365, tas-27.12.1978, p. 1. --------------------------------------------------