European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1777

24.6.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/1777

tal-20 ta' Ġunju 2024

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/133 fir-rigward tas-sostituzzjoni ta’ membru tal-bord tal-għażla

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-UPPE ġie stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939. Il-Kulleġġ tal-UPPE jikkonsisti mill-Kap Prosekutur Ewropew u Prosekutur Ewropew wieħed għal kull Stat Membru. Il-Kap Prosekutur Ewropew jinħatar bi qbil komuni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill minn fost lista ristretta ta’ kandidati kwalifikati mħejjija mill-bord tal-għażla previst fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) 2017/1939 (“il-bord tal-għażla”). Il-Prosekuturi Ewropej jinħatru mill-Kunsill minn fost tliet kandidati kwalifikati nnominati minn kull Stat Membru wara li l-Kunsill ikunu irċieva opinjoni motivata mill-bord tal-għażla.

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2023/133 (2), il-Kunsill ħatar il-membri attwali tal-bord tal-għażla għal perjodu ta’ erba’ snin mill-20 ta’ Jannar 2023.

(3)

Is-Sur Marin MRČELA bħalissa huwa membru tal-bord tal-għażla. Fit-8 ta’ April 2024, is-Sur Marin MRČELA informa lill-Kummissjoni li ma setax jibqa’ jservi bħala membru tal-bord tal-għażla u għalhekk iddeċieda li jirriżenja. Il-Kunsill ġie informat dwar dan.

(4)

Jenħtieġ li jinħatar membru tal-bord tal-għażla mill-aktar fis biex jissostitwixxi lis-Sur Marin MRČELA, sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-attivitajiet tal-bord tal-għażla. Is-Sur Dražen JELENIĆ, Viċi Avukat Ġenerali tal-Istat tar-Repubblika tal-Kroazja, jista’ jservi bħala membru tal-bord tal-għażla. Meta pproponiet lis-Sur Dražen JELENIĆ, il-Kummissjoni qieset il-ħtieġa għal bilanċ ġeografiku, bilanċ bejn il-ġeneri u rappreżentanza xierqa tas-sistemi legali tal-Istati Membri li jipparteċipaw f’kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-UPPE. Is-Sur Dražen JELENIĆ għalhekk jenħtieġ li jinħatar bħala membru tal-bord tal-għażla biex jissostitwixxi lis-Sur Marin MRČELA.

(5)

F’konformità mar-Regola II tar-regoli ta’ ħidma tal-bord tal-għażla stabbiliti fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1696 (3), jenħtieġ li s-Sur Dražen JELENIĆ jinħatar għall-bqija tal-mandat tal-predeċessur tiegħu.

(6)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (UE) 2023/133 tiġi emendata skont dan.

(7)

Sabiex jiġi żgurat li s-Sur Dražen JELENIĆ ikun jista’ jassumi l-funzjonijiet tiegħu u jipparteċipa fl-attivitajiet kontinwi tal-bord tal-għażla b’mod immedjat, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2023/133, l-isem “is-Sur Marin MRČELA” huwa sostitwit bl-isem “is-Sur Dražen JELENIĆ”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta’ Ġunju 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

M.-C. LEROY


(1)   ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1939/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/133 tas-17 ta’ Jannar 2023 li taħtar il-membri tal-bord tal-għażla previst fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) 2017/1939 (ĠU L 17, 19.1.2023, p. 90, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/133/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1696 tat-13 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli ta’ ħidma tal-bord tal-għażla previsti fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) 2017/1939 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 282, 12.11.2018, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2018/1696/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1777/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)