31984R3626



Official Journal L 335 , 22/12/1984 P. 0004 - 0004
Finnish special edition: Chapter 7 Volume 3 P. 0103
Spanish special edition: Chapter 07 Volume 3 P. 0224
Swedish special edition: Chapter 7 Volume 3 P. 0103
Portuguese special edition Chapter 07 Volume 3 P. 0224


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3626/84

tad-19 ta' Diċembru 1984

li jemenda r-Regolament Nru 11 dwar it-tneħħija tad-diskriminazzjoni fir-rati u l-kondizzjonijiet tat-trasport, sabiex jiġi implimentat l-Artikolu 79(3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 75,

Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi, id-Direttiva tal-Kunsill 84/647/KEE [3] tagħmel provvedimenti dwar trasportaturi għall-kiri jew b'kumpens u trasportaturi għal rashom sabiex jużaw vetturi mikrijin;

Billi d-definizzjoni ta' trasport ta' merkanzija bit-triq għal rashom li tinsab fl-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 11 [4] teskludi l-użu ta' vetturi mikrijin; billi huwa għalhekk meħtieġ li jiġi emendat l-imsemmi Regolament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

"- il-merkanzija trid tiġi trasportata b'vetturi li huma jew ta' l-impriża, jew inkella miksuba fuq kondizzjonijiet diferiti jew mikrija mill-impriża, sakemm fil-każ ta' l-aħħar dawn jissodisfaw l-Artikolu 2 tad-Direttiva 84/647/KEE [5]."

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1986.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Diċembru 1984.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Bruton

[1] ĠU C 10, tas-16.1.1984, p. 91.

[2] ĠU C 35, tad-9.2.1984, p. 19.

[3] ĠU L 335, tat-22.12.1984, p. 72.

[4] ĠU C 52, tas-16.8.1960, p. 1121/60.

[5] ĠU L 335, tat-22.12.1984, p. 72.

--------------------------------------------------