|
17.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 320/45 |
It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett ġuridiku skont id-dritt internazzjonali pubbliku. Jenħtieġ li l-istat u d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istat NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:
http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html
Ir-Regolament Nru 99 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass għal użu f'fanali approvati ta' vetturi bil-magna [2018/1997]
Li jinkorpora t-test validu kollu sa:
Is-Suppliment 13 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament – Data tad-dħul fis-seħħ: L-10 ta' Ottubru 2017
WERREJ
REGOLAMENT
|
1. |
Kamp ta' applikazzjoni |
|
2. |
Dispożizzjonijiet amministrattivi |
|
3. |
Rekwiżiti tekniċi |
|
4. |
Konformità tal-produzzjoni |
|
5. |
Penali għal nuqqas ta' konformità tal-produzzjoni |
|
6. |
Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
|
7. |
Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip |
ANNESSI
|
1. |
Skedi għal sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass |
|
2. |
Komunikazzjoni |
|
3. |
Eżempju tal-arranġament tal-marka tal-approvazzjoni |
|
4. |
Metodu tal-kejl tal-karatteristiċi elettriċi u fotometriċi |
|
5. |
Tagħmir ottiku għall-kejl tal-pożizzjoni u l-forma tal-ark u tal-pożizzjoni tal-elettrodi |
|
6. |
Rekwiżiti minimi għall-proċeduri tal-kontroll tal-kwalità mill-manifattur |
|
7. |
Teħid ta' kampjuni u livelli ta' konformità għar-rekords tal-ittestjar tal-manifattur |
|
8. |
Rekwiżiti minimi għal teħid ta' kampjuni minn spettur |
1. KAMP TA' APPLIKAZZJONI
Dan ir-Regolament japplika għal sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass murija fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament u li huma maħsuba għal użu f'fanali approvati ta' vetturi bil-magna.
2. DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI
2.1. Definizzjonijiet
2.1.1. It-terminu “ kategorija ” jintuża f'dan ir-Regolament biex jiddeskrivi d-disinn bażiku ta' sorsi tad-dawl standardizzati b'disċarġ tal-gass ta' tipi differenti. Kull kategorija għandha deżinjazzjoni speċifika, bħal pereżempju: “D2S”.
2.1.2. “ Sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass ta' tipi differenti ” (1) huma sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass fl-istess kategorija li jvarjaw f'xi aspetti essenzjali bħal:
|
2.1.2.1. |
L-isem jew il-marka kummerċjali; jiġifieri:
|
|
2.1.2.2. |
Id-disinn tal-bozza u/jew tal-kappa, sa fejn dawn id-differenzi jaffettwaw ir-riżultati ottiċi. |
2.2. Applikazzjoni għall-approvazzjoni
2.2.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha tiġi sottomessa mill-proprjetarju tal-isem jew tal-marka kummerċjali, jew mir-rappreżentant debitament akkreditat tiegħu.
2.2.2. Kull applikazzjoni għall-approvazzjoni għandu jkollha magħha (ara wkoll il-paragrafu 2.4.2 ta' hawn taħt):
|
2.2.2.1. |
Tliet kopji tad-dijagrammi deskrittivi dettaljati biżżejjed biex jippermettu l-identifikazzjoni tat-tip; |
|
2.2.2.2. |
Deskrizzjoni teknika inkluż, jekk il-ballast mhux integrat fis-sors tad-dawl, l-identifikazzjoni tal-ballast; |
|
2.2.2.3. |
Tliet kampjuni ta' kull kulur li saret applikazzjoni għalih; |
|
2.2.2.4. |
Kampjun wieħed tal-ballast fil-każ li l-ballast mhux integrat fis-sors tad-dawl. |
2.2.3. Fil-każ ta' tip ta' sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass li jvarja biss fl-isem jew il-marka kummerċjali minn tip li jkun diġà ġie approvat għandu jkun biżżejjed li wieħed jissottometti:
|
2.2.3.1. |
Dikjarazzjoni mill-manifattur li t-tip sottomess huwa identiku għat-tip diġà approvat (minbarra fl-isem jew il-marka kummerċjali) u li ġie prodott mill-istess manifattur tat-tip diġà approvat, fejn dan tal-aħħar ikun identifikat mill-kodiċi tal-approvazzjoni tiegħu; |
|
2.2.3.2. |
Żewġ kampjuni li jkollhom l-isem kummerċjali l-ġdid jew il-marka kummerċjali l-ġdida. |
2.2.4. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha tivverifika l-eżistenza ta' arranġamenti sodisfaċenti biex jiġi żgurat il-kontroll effettiv tal-konformità tal-produzzjoni qabel ma tingħata l-approvazzjoni tat-tip.
2.3. Skrizzjonijiet
2.3.1. Sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass sottomessi għall-approvazzjoni għandu jkollhom fuq il-kappa jew il-bozza:
|
2.3.1.1. |
L-isem jew il-marka kummerċjali tal-applikant; |
|
2.3.1.2. |
Id-denominazzjoni internazzjonali tal-kategorija rilevanti; |
|
2.3.1.3. |
Il-wattage nominali; dan m'għandux għalfejn jiġi indikat separatament jekk ikun parti mid-deżinjazzjoni internazzjonali tal-kategorija rilevanti; |
|
2.3.1.4. |
Spazju ta' daqs suffiċjenti biex jakkomoda l-marka tal-approvazzjoni. |
2.3.2. L-ispazju msemmi fil-paragrafu 2.3.1.4 ta' hawn fuq għandu jiġi indikat fid-dijagrammi deskrittivi li jakkumpanjaw l-applikazzjoni għall-approvazzjoni.
2.3.3. Skrizzjonijiet oħra minbarra dawk koperti fil-paragrafu 2.3.1 ta' hawn fuq u fil-paragrafu 2.4.4 ta' hawn taħt jistgħu jitwaħħlu fuq il-kappa.
2.3.4. Fil-każ li l-ballast ma jkunx integrat fis-sors tad-dawl, il-ballast użat għall-approvazzjoni tat-tip tas-sors tad-dawl għandu jiġi mmarkat bl-identifikazzjoni tat-tip u tal-marka kummerċjali u bil-voltaġġ u l-wattage nominali, kif indikat fl-iskeda tas-sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass rilevanti.
2.4. Approvazzjoni
2.4.1. Jekk il-kampjuni kollha ta' tip ta' sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass li jiġu sottomessi skont il-paragrafi 2.2.2.3 jew 2.2.3.2 ta' hawn fuq ikunu konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament meta ttestjati bil-ballast skont il-paragrafu 2.2.2.4, f'każ li l-ballast ma jkunx integrat fis-sors tad-dawl, l-approvazzjoni għandha tingħata.
2.4.2. Kodiċi ta' approvazzjoni għandu jiġi assenjat lil kull tip approvat. L-ewwel ċifra tiegħu għandha tindika s-serje ta' emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi ewlenin l-iktar riċenti magħmula fir-Regolament fiż-żmien tal-ħruġ tal-approvazzjoni.
Din tiġi segwita minn kodiċi ta' identifikazzjoni li jkun magħmul minn mhux iktar minn tliet karattri. In-numri Għarab u l-ittri kapitali li jidhru fin-nota (2) f'qiegħ il-paġna biss għandhom jintużaw.
L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess kodiċi lil tip ieħor ta' sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass. Jekk l-applikant jixtieq li jsir hekk, l-istess kodiċi ta' approvazzjoni jista' jiġi assenjat liż-żewġ sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass li jemettu dawl abjad u dawl isfar selettiv (ara l-paragrafu 2.1.2 ta' hawn fuq).
2.4.3. In-notifika ta' approvazzjoni jew ta' estensjoni jew rifjut jew irtirar tal-approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta' tip ta' sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass skont dan ir-Regolament għandha tintbagħat lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2 ta' dan ir-Regolament u ta' dijagramma deskrittiva, ipprovduta mill-applikant għall-approvazzjoni f'format mhux akbar minn A4 (210 × 297 mm) u fuq skala ta' mill-inqas 2: 1.
2.4.4. Ma' kull sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass li jikkonforma ma' tip approvat skont dan ir-Regolament għandha titwaħħal fl-ispazju msemmi fil-paragrafu 2.3.1.4 ta' hawn fuq, minbarra l-iskrizzjonijiet meħtieġa skont il-paragrafu 2.3.1 ta' hawn fuq, marka ta' approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti fi:
|
2.4.4.1. |
Ċirku maqtugħ li jdawwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (3); |
|
2.4.4.2. |
Il-kodiċi ta' approvazzjoni, imqiegħed qrib iċ-ċirku maqtugħ. |
2.4.5. Jekk l-applikant ikun kiseb l-istess kodiċi ta' approvazzjoni għal diversi ismijiet jew marki kummerċjali, wieħed jew iktar minn wieħed minnhom ikun biżżejjed biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafu 2.3.1.1 ta' hawn fuq.
2.4.6. Il-marki u l-iskrizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 2.3.1 u 2.4.3 ta' hawn fuq għandhom ikunu jinqraw b'mod ċar u ta' tip li ma jistgħux jitħassru.
2.4.7. L-Anness 3 ta' dan ir-Regolament jagħti eżempju ta' arranġament tal-marka tal-approvazzjoni.
3. REKWIŻITI TEKNIĊI
3.1. Definizzjonijiet
Japplikaw id-definizzjonijiet mogħtija fir-Riżoluzzjoni R.E.5 jew ir-reviżjonijiet sussegwenti tagħha, applikabbli fil-ħin tal-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip.
3.2. Speċifikazzjonijiet ġenerali
3.2.1. Kull kampjun sottomess għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament ta' meta jiġi ttestjat bil-ballast, fil-każ li l-ballast ma jkunx integrat fis-sors tad-dawl, skont il-paragrafu 2.2.2.4 ta' awn fuq.
3.2.2. Sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li jkunu u jibqgħu jaħdmu sew meta jintużaw normalment. Barra minn hekk m'għandu jkollhom l-ebda difett fid-disinn jew fil-manifattura.
3.2.3. L-ark tad-disċarġ għandu jkun l-uniku element tas-sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass li jiġġenera u jemetti d-dawl meta jingħata l-enerġija.
3.3. Manifattura
3.3.1. Il-bozza tas-sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass m'għandu jkollha ebda barxiet jew daqqiet li jistgħu jnaqqsu l-effiċjenza u l-prestazzjoni ottika tagħha.
3.3.2. Fil-każ ta' bozza (esterna) ikkulurita, wara perjodu ta' tħaddim ta' 15-il siegħa bil-ballast jew bis-sors tad-dawl bil-ballast integrat bil-voltaġġ tat-test, is-superfiċje tal-bozza għandu jintmesaħ ħafif b'ċarruta tal-qoton imxarrba f'taħlita ta' 70 fil-mija bil-volum n-ettan u 30 fil-mija bil-volum tolwol. Wara madwar ħames minuti, għandha ssir spezzjoni viżiva tas-superfiċje. Fuq din m'għandhom jidhru ebda bidliet evidenti.
3.3.3. Sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass għandhom ikunu mgħammra b'kapep standard li jikkonformaw mal-iskedi tad-data tal-kapep tal-Pubblikazzjoni IEC 60061, kif speċifikat fl-iskedi tad-data individwali fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.
3.3.4. Il-kappa għandha tkun soda u mwaħħla sew mal-bozza.
3.3.5. Sabiex jiġi determinat jekk is-sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-paragrafi 3.3.3 sa 3.3.4 ta' hawn fuq, għandhom jitwettqu spezzjoni viżwali, verifika tad-dimensjonijiet u, fejn ikun xieraq, twaħħil ta' prova.
3.4. Testijiet
3.4.1. Is-sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass għandhom jitqaddmu kif indikat fl-Anness 4 ta' dan ir-Regolament.
3.4.2. Il-kampjuni kollha għandhom jiġu ttestjati bil-ballast, skont il-paragrafu 2.2.2.4 ta' hawn fuq, fil-każ li l-ballast ma jkunx integrat fis-sors tad-dawl.
3.4.3. Il-kejl elettriku għandu jsir bi strumenti ta' klassi 0.2 mill-inqas. (0,2 fil-mija preċiżjoni tal-iskala kollha).
3.5. Pożizzjoni u dimesjonijiet tal-elettrodi, l-ark u l-istrixxi
3.5.1. Il-pożizzjoni ġeometrika tal-elettrodi għandha tkun kif speċifikat fl-iskeda tad-data rilevanti. Eżempju ta' metodu tal-kejl tal-pożizzjoni tal-ark u tal-elettrodi jingħata fl-Anness 5 ta' dan ir-Regolament. Jistgħu jintużaw metodi oħra.
3.5.1.1. Il-pożizzjoni u d-dimensjonijiet tal-elettrodi tas-sors tad-dawl għandhom jitkejlu qabel il-perjodu tat-tqaddim, bis-sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass mitfi u bl-użu ta' metodi ottiċi minn ġol-envelowp tal-ħġieġ.
3.5.2. Il-forma u l-ispostament tal-ark għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kif stabbilit fl-iskeda tad-data rilevanti.
3.5.2.1. Il-kejl għandu jsir wara t-tqaddim bis-sors tad-dawl ipprovdut mill-ballast bil-voltaġġ tat-test, jew is-sors tad-dawl bil-ballast integrat bil-voltaġġ tat-test.
3.5.3. Il-pożizzjoni u d-dimensjoni u t-trażmissjoni tal-istrixxi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kif stabbilit fl-iskeda tad-data rilevanti.
3.5.3.1. Il-kejl għandu jsir wara t-tqaddim bis-sors tad-dawl ipprovdut mill-ballast bil-voltaġġ tat-test, jew is-sors tad-dawl bil-ballast integrat bil-voltaġġ tat-test.
3.6. Karatteristiċi tat-tqabbid, ir-run-up u t-tqabbid mill-ġdid waqt li jkun sħun
3.6.1. Tqabbid
Meta jiġi ttestjat skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness 4 ta' dan ir-Regolament, is-sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass għandu jixgħel direttament u jibqa' mixgħul.
3.6.2. Run-up
3.6.2.1. Għal sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass li jkollhom fluss tal-luminożità oġġettiv ta' aktar minn 2 000 lm:
|
|
Meta mkejjel skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness 4, is-sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass għandu jemetti mill-inqas:
|
|
|
Il-fluss tal-luminożità oġġettiv kif indikat fl-iskeda tad-data rilevanti. |
3.6.2.2. Għal sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass li jkollhom fluss tal-luminożità oġġettiv ta' mhux aktar minn 2 000 lm u li ma fihx strixxi suwed:
|
|
Meta mkejjel skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness 4, is-sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass għandu jemetti mill-inqas 800 lm wara sekonda waħda (1) u mill-inqas 1 000 lm wara 4 sekondi. |
|
|
Il-fluss tal-luminożità oġġettiv kif indikat fl-iskeda tad-data rilevanti. |
3.6.2.3. Għal sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass li jkollhom fluss tal-luminożità oġġettiv ta' mhux aktar minn 2 000 lm u li ma jkunx fih strixxi suwed:
|
|
Meta mkejjel skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness 4, is-sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass għandu jemetti mill-inqas 700 lm wara sekonda waħda (1) u mill-inqas 900 lm wara 4 sekondi. |
|
|
Il-fluss tal-luminożità oġġettiv kif indikat fl-iskeda tad-data rilevanti. |
3.6.2.4. Għal sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass li jkollhom aktar minn fluss tal-luminożità oġġettiv wieħed, u mill-inqas fluss tal-luminożità oġġettiv wieħed li ma jaqbiżx 2 000 lm:
|
|
Meta mkejjel skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness 4, is-sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass għandu jemetti mill-inqas 800 lm wara sekonda waħda (1) u mill-inqas 1 000 lm wara 4 sekondi. |
|
|
Il-fluss tal-luminożità oġġettiv kif indikat fl-iskeda tad-data rilevanti. |
3.6.3. Tqabbid mill-ġdid waqt li jkun sħun
Meta jiġi ttestjat skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness 4 ta' dan ir-Regolament, is-sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass għandu jerġa' jixgħel direttament wara li jintefa għal perjodu kif indikat fl-iskeda tad-data. Wara sekonda, is-sors tad-dawl għandu jemetti minn tal-inqas 80 fil-mija tal-fluss tal-luminożità oġġettiv tiegħu.
3.7. Karatteristiċi elettriċi
Meta mkejla skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness 4 ta' dan ir-Regolament, il-voltaġġ u l-wattage tas-sors tad-dawl għandhom ikunu fil-limiti stabbiliti fl-iskeda tad-data rilevanti.
3.8. Fluss tal-luminożità
Meta mkejjel skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness 4 ta' dan ir-Regolament, il-fluss tal-luminożità għandu jkun fil-limiti stabbiliti fid-dokument tad-data rilevanti. Fil-każ fejn l-abjad u l-isfar selettiv ikunu speċifikati għall-istess tip, il-valur oġġettiv għandu japplika għas-sorsi tad-dawl li jemettu dawl abjad, filwaqt li l-fluss tal-luminożità tas-sors tad-dawl li jemetti dawl isfar selettiv għandu jkun mill-inqas 68 fil-mija tal-valur speċifikat.
3.9. Kulur
3.9.1. Il-kulur tad-dawl emess għandu jkun abjad jew isfar selettiv. Barra minn hekk, il-karatteristiċi kolorimetriċi, espressi f'koordinati tal-kromatiċità CIE, għandhom ikunu fil-limiti stabbiliti fl-iskeda tad-data rilevanti.
3.9.2. Id-definizzjonijiet tal-kulur tad-dawl emess, mogħtija fir-Regolament Nru 48 u s-serje ta' emendi tiegħu li kienu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip għandhom japplikaw għal dan ir-Regolament.
3.9.3. Il-kulur għandu jitkejjel skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 10 tal-Anness 4 ta' dan ir-Regolament.
3.9.4. Il-kontenut minimu ta' aħmar ta' sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass għandu jkun tali li:
Fejn:
|
Ee (λ) |
[W/nm] |
hija d-distribuzzjoni spettrali tal-fluss radjanti; |
|
V (λ) |
[1] |
hija l-effiċjenza luminuża spettrali; |
|
λ |
[nm] |
hija t-tul tal-mewġa (wavelength). |
Dan il-valur għandu jiġi kkalkulat bl-użu ta' intervalli ta' nanometru.
3.10. Radjazzjoni UV
Ir-radjazzjoni UV tas-sors tad-dawl li jaħdem bid-disċarġ tal-gass għandha tkun tali li s-sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass ikun tat-tip b'radjazzjoni UV baxxa konformi ma':
Fejn:
|
S (λ) |
[1] |
hija l-funzjoni ta' ponderazzjoni spettrali; |
|
km = 683 |
[lm/W] |
hija l-ekwivalenti ta' radjazzjoni fotometrika. |
(Għal definizzjonijiet ta' simboli oħra ara l-paragrafu 3.9.4 ta' hawn fuq.)
Dan il-valur għandu jiġi kkalkulat bl-użu ta' intervalli ta' nanometru.
Il-ponderazzjoni tar-radjazzjoni UV għandha ssir abbażi tal-valuri indikati f'din it-tabella.
|
λ |
S(λ) |
λ |
S(λ) |
λ |
S(λ) |
|
250 |
0,430 |
305 |
0,060 |
355 |
0,00016 |
|
255 |
0,520 |
310 |
0,015 |
360 |
0,00013 |
|
260 |
0,650 |
315 |
0,003 |
365 |
0,00011 |
|
265 |
0,810 |
320 |
0,001 |
370 |
0,000090 |
|
270 |
1,000 |
325 |
0,00050 |
375 |
0,000077 |
|
275 |
0,960 |
330 |
0,00041 |
380 |
0,000064 |
|
280 |
0,880 |
335 |
0,00034 |
385 |
0,000053 |
|
285 |
0,770 |
340 |
0,00028 |
390 |
0,000044 |
|
290 |
0,640 |
345 |
0,00024 |
395 |
0,000036 |
|
295 |
0,540 |
350 |
0,00020 |
400 |
0,000030 |
|
300 |
0,300 |
|
|
|
|
It-tulijiet ta' mewġa magħżula huma rappreżentattivi; valuri oħra għandhom jiġu interpolati.
Valuri skont il-“Linji Gwida IRPA/INIRC dwar il-limiti tal-esponiment għar-radjazzjoni ultravjola”.
3.11. Sorsi tad-dawl standard b'disċarġ tal-gass
Sorsi tad-dawl standard (etalon) b'disċarġ tal-gass għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli għal sorsi tad-dawl tal-approvazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti speċifiċi kif iddikjarati fl-iskeda tad-data rilevanti. Fil-każ ta' tip li jemetti dawl abjad u isfar selettiv, is-sors tad-dawl standard għandu jemetti dawl abjad.
4. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
4.1. Sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass approvati skont dan ir-Regolament għandhom ikunu manifatturati b'tali mod li jikkonformaw mat-tip approvat billi jissodisfaw l-iskrizzjonijiet u r-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fil-paragrafu 3. ta' hawn fuq u l-Annessi 1 u 3 ta' dan ir-Regolament.
4.2. Sabiex jiġi verifikat li jintlaħqu r-rekwiżiti tal-paragrafu 4.1, għandhom jitwettqu kontrolli xierqa tal-produzzjoni.
4.3. Id-detentur tal-approvazzjoni għandu b'mod partikolari:
|
4.3.1. |
Jiżgura l-eżistenza ta' proċeduri għall-kontroll effettiv tal-kwalità tal-prodotti, |
|
4.3.2. |
Ikollu aċċess għat-tagħmir tal-kontroll meħtieġ għall-verifika tal-konformità ma' kull tip approvat, |
|
4.3.3. |
Jiżgura li d-dettalji tar-riżultati tat-testijiet huma rreġistrati u li d-dokumenti relatati għandhom jibqgħu disponibbli għal perjodu li għandu jiġi ddeterminat bi ftehim mal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, |
|
4.3.4. |
Janalizza r-riżultati ta' kull tip ta' test, filwaqt li japplika l-kriterji tal-Anness 7 ta' dan ir-Regolament, sabiex jivverifika u jiżgura l-istabbilità tal-karatteristiċi tal-prodott, filwaqt li tiġi permessa marġni ta' varjazzjoni għall-proċess tal-produzzjoni industrijali, |
|
4.3.5. |
Jiżgura li għal kull tip ta' sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass, mill-inqas jitwettqu t-testijiet preskritti fl-Anness 6 ta' dan ir-Regolament, |
|
4.3.6. |
Jiżgura li kwalunkwe ġbir ta' kampjuni li jindika nuqqas ta' konformità mat-tip tat-test ikkunsidrat għandu jwassal għal teħid ta' kampjuni ieħor u test ieħor. Għandhom jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex tiġi stabbilita mill-ġdid il-konformità tal-produzzjoni korrispondenti. |
4.4. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tista' fi kwalunkwe ħin tivverifika l-metodi ta' kontroll tal-konformità applikabbli għal kull unità tal-produzzjoni.
4.4.1. F'kull spezzjoni, il-kotba tat-testijiet u r-reġistru tal-istħarriġ tal-produzzjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-ispettur li jkun qed jagħmel iż-żjara.
4.4.2. L-ispettur jista' jieħu kampjuni b'mod aleatorju li jiġu ttestjati fil-laboratorju tal-manifattur. In-numru minimu ta' kampjuni jista' jiġi ddeterminat skont ir-riżultati tal-verifika proprja tal-manifattur.
4.4.3. Meta l-livell tal-kwalità ma jidhirx sodisfaċenti jew meta jkun jidher li hemm bżonn li tiġi vverifikata l-validità tat-testijiet li jkunu saru skont il-paragrafu 4.4.2 ta' hawn fuq, l-ispettur għandu jagħżel il-kampjuni li għandhom jintbagħtu lis-servizz tekniku li jkun wettaq it-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip.
4.4.4. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip tista' twettaq kwalunkwe test preskritt f'dan ir-Regolament. Dawn it-testijiet għandhom isiru fuq kampjuni magħżula b'mod aleatorju mingħajr ma jtellfu fl-impenni tal-forniment tal-manifattur u skont il-kriterji tal-Anness 8 ta' dan ir-Regolament.
4.4.5. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha tipprova tikseb frekwenza ta' spezzjoni ta' darba kull sentejn. Madanakollu, dan huwa fid-diskrezzjoni tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip u l-kunfidenza tagħhom fl-arranġamenti biex ikun żgurat kontroll effettiv tal-konformità tal-produzzjoni. Fil-każ li jiġu rreġistrati riżultati negattivi, l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha tiżgura ruħha li jittieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex il-konformità tal-produzzjoni terġa' tiġi stabbilita mill-ġdid mill-aktar fis possibbli.
5. PENALI GĦAL NUQQAS TA' KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
5.1. L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta' sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass skont dan ir-Regolament tista' tiġi rtirata jekk il-konformità preskritta tar-rekwiżiti tal-produzzjoni ma tintlaħaqx.
5.2. Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, din għandha minnufih tavża b'dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' kopja tal-formola ta' komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 2 ta' dan ir-Regolament.
6. PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf għalkollox milli jimmanifattura tip ta' sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass approvat skont dan ir-Regolament, hu għandu jinforma dwar dan lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma dwar dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2 ta' dan ir-Regolament.
7. ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI GĦAT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP
Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni u fejn għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni, jew il-produzzjoni mwaqqfa għalkollox, maħruġa f'pajjiżi oħra.
(1) Bozza ta' kulur isfar selettiv jew bozza esterna addizzjonali ta' kulur isfar selettiv, maħsuba biss biex tibdel il-kulur iżda mhux il-karatteristiċi l-oħra ta' sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass li jemetti dawl abjad, ma tikkostitwix bidla fit-tip tas-sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass.
(2) 0 1 2 3 4 5 6 7 8 9
A B C D E F G H J K L M N P R S T U V W X Y Z
(3) In-numri distintivi tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 jidhru għal darb'oħra fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev. 3, Anness 3 - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html
ANNESS 1
SKEDI (1) GĦAL SORSI TAD-DAWL B'DISĊARĠ TAL-GASS
L-iskedi tal-kategorija tas-sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass rilevanti u l-grupp li fiha hija elenkata din il-kategorija b'restrizzjonijiet fuq l-użu ta' din il-kategorija għandhom japplikaw kif inkorporat fir-Riżoluzzjoni R.E.5 (1) jew fir-reviżjonijiet sussegwenti tagħha, applikabbli fil-ħin tal-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tas-sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass.
(1) Mit-22 ta' Ġunju 2017 'il quddiem, l-iskedi għal sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass, il-lista u l-grupp ta' kategoriji tas-sors tad-dawl b'restrizzjonijiet fuq l-użu ta' din il-kategorija u n-numri tal-iskeda tagħhom huma inkorporati fir-Riżoluzzjoni R.E.5 bis-simbolu ECE/TRANS/WP.29/2016/111.
ANNESS 3
EŻEMPJU TAL-ARRANĠAMENT TAL-MARKA TAL-APPROVAZZJONI
(ara l-paragrafu 2.4.4 ta' dan ir-Regolament)
a = min. ta’ 2,5 mm
Il-marka tal-approvazzjoni li tidher hawn fuq, imwaħħla ma' sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass, tindika li s-sors tad-dawl ġie approvat fir-Renju Unit (E 11) bil-kodiċi tal-approvazzjoni 0A01. L-ewwel ċifra tal-kodiċi tal-approvazzjoni tindika li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 99 fil-forma oriġinali tiegħu.
ANNESS 4
METODU TAL-KEJL TAL-KARATTERISTIĊI ELETTRIĊI U FOTOMETRIĊI
1. ELEMENTI ĠENERALI
Għal testijiet ta' tqabbid, run-up u tqabbid mill-ġdid meta jkun għadu sħun u għall-kejl tal-karatteristiċi elettriċi u fotometriċi, is-sors tad-dawl li jaħdem bid-disċarġ tal-gass għandu jitħaddem fil-ftuħ b'temparatura ambjentali ta' 25° ± 5 °C.
2. BALLAST
Fil-każ li l-ballast ma jkunx integrat fis-sors tad-dawl, it-testijiet u l-kejl kollha għandhom jitwettqu bil-ballast, skont il-paragrafu 2.2.2.4 ta' dan ir-Regolament. Il-provvista tal-enerġija użata għat-testijiet tat-tqabbid u tar-run-up għandha tiġi kkwalifikata sabiex tiżgura li l-impuls tal-kurrent jitla' b'mod rapidu.
3. IL-POŻIZZJONI TAL-FUNZJONAMENT
Il-pożizzjoni tal-funzjonament għandha tkun orizzontali f'marġni ta' ± 10°, bil-wajer konduttur 'l isfel. Il-pożizzjonijiet tat-tqaddim u tal-ittestjar għandhom ikunu identiċi. Jekk is-sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass jitħaddem bi żball fid-direzzjoni żbaljata, għandu jitqaddem mill-ġdid qabel ma jibda jittieħed il-kejl. Waqt it-tqaddim u l-kejl ebda oġġetti li jittrażmettu l-elettriku ma għandhom ikunu awtorizzati f'ċilindru li jkollu dijametru ta' 32 mm u tul ta' 60 mm konċentriku mal-assi ta' referenza u simmetriku mal-ark. Barra minn hekk għandhom jiġu evitati l-kampi manjetiċi ta' interferenza.
4. TQADDIM
It-testijiet kollha għandhom jitwettqu bis-sorsi tad-dawl li jkunu tqaddmu għal minimu ta' 15-il ċiklu, b'dan iċ-ċiklu ta' swiċċjar:
|
|
45 minuti mixgħul, 15-il sekonda mitfi, 5 minuti mixgħul, 10 minuti mitfi. |
5. VOLTAĠĠ TA' PROVVISTA
It-testijiet kollha għandhom jitwettqu bil-voltaġġ tat-test kif indikat fl-iskeda tad-data rilevanti.
6. TEST TAT-TQABBID
It-test tat-tqabbid għandu jiġi applikat għas-sorsi tad-dawl li ma tqaddmux u li ma ġewx użati għal perjodu ta' minn tal-inqas 24 siegħa qabel ma sar it-test.
7. TEST TAR-RUN-UP
It-test tar-run-up għandu jkun applikat għas-sorsi tad-dawl li ma ġewx użati għal perjodu ta' minn tal-inqas siegħa qabel ma sar it-test.
8. TEST TA' TQABBID MILL-ĠDID META JKUN SĦUN
Is-sors tad-dawl għandu jitqabbad u jitħaddem bil-ballast (possibilment integrat) bil-voltaġġ tat-test għal perjodu ta' 15-il minuta. Imbagħad il-voltaġġ tal-provvista lill-ballast jew lis-sors tad-dawl bil-ballast integrat għandu jintefa għal perjodu ta' tifi kif indikat fl-iskeda tad-data rilevanti u jinxtegħel mill-ġdid.
9. TEST ELETTRIKU U FOTOMETRIKU
Qabel kwalunkwe kejl, is-sors tad-dawl għandu jiġi stabilizzat għal perjodu ta' 15-il minuta.
10. KULUR
Il-kulur tas-sors tad-dawl għandu jitkejjel fi sfera integratorja permezz ta' sistema ta' kejl li turi l-koordinati tal-kromatiċità CIE tad-dawl irċevut b'riżoluzzjoni ta' ± 0,002.
ANNESS 5
TAGĦMIR OTTIKU GĦALL-KEJL TAL-POŻIZZJONI U L-FORMA TAL-ARK U TAL-POŻIZZJONI TAL-ELETTRODI (1)
Is-sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass għandu jitqiegħed kif muri fid-dijagramma deskrittiva prinċipali tal-kategorija rispettiva.
Sistema ottika għandha tipproġetta immaġni reali A′ tal-ark A, preferibbilment bi tkabbir ta' M = s′ /s = 20 fuq skrin. Is-sistema ottika għandha tkun aplanatika u akromatika. Fit-tul tal-punt fokali f tas-sistema ottika, dijaframma d għandha tikkawża projezzjoni fuq l-ark b'direzzjonijiet tal-osservazzjoni kważi paralleli. Sabiex jinkiseb l-angolu tan-nofs diverġenza mhux ikbar minn μ = 0,5°, id-dijametru tad-dijaframma tal-punt fokali fir-rigward tat-tul tal-punt fokali tas-sistema ottika m'għandux ikun aktar minn d = 2f tan(μ). Id-dijametru attiv tas-sistema ottika għandu jkun mhux iktar minn:
|
|
D = (1 + 1/M)d + c + (b1 + b2)/2. (c, b1 u b2 huma mogħtija fl-iskedi li jippreskrivu l-pożizzjoni tal-elettrodi). |
Skala fuq l-iskrin għandha tippermetti l-kejl tal-pożizzjoni tal-elettrodi. Il-kalibrazzjoni tal-arranġament tista' tiġi ffaċilitata bl-użu ta' proġekter separat b'raġġ parallel imqabbad ma' gejġ li d-dell tiegħu jiġi pproġettat fuq l-iskrin. Il-gejġ għandu juri l-assi ta' referenza u l-pjan parallel mal-pjan ta' referenza, f'distanza ta' “e” mm minnu.
Fil-pjan tal-iskrin għandu jintrama' riċevitur mobbli f'direzzjoni vertikali fuq linja li tikkorrispondi mal-pjan f'distanza “e” mill-pjan ta' referenza tas-sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass.
Ir-riċevitur għandu jkollu s-sensittività spettrali relattiva tal-għajn tal-bniedem. Id-daqs tar-riċevitur għandu jkun mhux iktar minn 0,2 M mm fid-direzzjoni orizzontali u mhux iktar minn 0,025 M mm fid-direzzjoni vertikali (M = it-tkabbir). Il-medda tal-moviment li jista' jitkejjel għandha tkun tali li l-kejl meħtieġ tal-kurvatura tal-ark r u d-diffużjoni tal-ark s jistgħu jitkejlu. Għall-kejl ta' dawl mhux iċċentrat, ir-riċevitur għandu jkun f'għamla tonda, b'dijametru ta' 0,2M mm.
(1) Dan il-metodu huwa eżempju ta' metodu ta' kejl; jista' jintuża kwalunkwe metodu ieħor bl-istess preċiżjoni ta' kejl.
ANNESS 6
REKWIŻITI MINIMI GĦALL-PROĊEDURI TAL-KONTROLL TAL-KWALITÀ MILL-MANIFATTUR
1. ELEMENTI ĠENERALI
Ir-rekwiżiti tal-konformità għandhom jitqiesu ssodisfati minn perspettiva fotometrika (inkluża r-radjazzjoni UV), ġeometrika, viżwali u elettrika jekk jintlaħqu t-tolleranzi speċifikati għal sorsi tad-dawl tal-produzzjoni b'disċarġ tal-gass stipulati fl-iskeda tad-data rilevanti tal-Anness 1 ta' dan ir-Regolament u l-iskeda tad-data rilevanti għall-kapep.
2. REKWIŻITI MINIMI GĦALL-VERIFIKA TAL-KONFORMITÀ MILL-MANIFATTUR
Għal kull tip ta' sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass il-manifattur jew id-detentur tal-marka tal-approvazzjoni għandu jwettaq it-testijiet, skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, f'intervalli adattati.
2.1. In-natura tat-testijiet
It-testijiet tal-konformità ta' dawn l-ispeċifikazzjonijiet għandhom ikopru l-karatteristiċi fotometriċi, ġeometriċi u ottiċi tagħhom.
2.2. Metodi użati fit-testijiet
2.2.1. It-testijiet għandhom isiru ġeneralment skont il-metodi stipulati f'dan ir-Regolament.
2.2.2. L-applikazzjoni tal-paragrafu 2.2.1 ta' dan l-Anness teħtieġ kalibrazzjoni regolari tal-apparat għat-testijiet u l-korrelazzjoni tiegħu mal-kejl li jsir minn Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip.
2.3. Kif jittieħdu l-kampjuni
Il-kampjuni ta' sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass għandhom jintgħażlu b'mod aleatorju mill-produzzjoni ta' lott uniformi. Lott uniformi jfisser sett ta' sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass tal-istess tip, definit skont il-metodi tal-produzzjoni tal-manifattur.
2.4. Karatteristiċi spezzjonati u rreġistrati
Is-sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass għandhom jiġu spezzjonati, filwaqt li r-riżultati tal-ittestjar għandhom jiġu rreġistrati skont ir-raggruppament tal-karatteristiċi kif elenkat fit-Tabella 1 tal-Anness 7 ta' dan ir-Regolament.
2.5. Il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabilità
Il-manifattur jew id-detentur tal-approvazzjoni huwa responsabbli għat-twettiq ta' studju statistiku tar-riżultati tal-ittestjar sabiex tintlaħaq l-ispeċifikazzjoni għall-verifika tal-konformità ta' prodotti stabbilita fil-paragrafu 4.1 ta' dan ir-Regolament.
Il-konformità għandha tiġi żgurata jekk ma jinqabiżx il-livell ta' nuqqas ta' konformità aċċettabbli għal kull raggruppament tal-karatteristiċi stabbiliti fit-tabella 1 tal-Anness 7 ta' dan ir-Regolament. Dan ifisser li n-numru tas-sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass li ma jikkonformawx mar-rekwiżit ta' kwalunkwe raggruppament ta' karatteristiċi ta' kwalunkwe tip ta' sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass ma jaqbiżx il-limiti ta' kwalifika fit-tabelli rilevanti 2, 3 jew 4 tal-Anness 7 ta' dan ir-Regolament.
Nota: Kull rekwiżit ta' sors tad-dawl individwali b'disċarġ tal-gass għandu jitqies bħala karatteristika.
ANNESS 7
TEĦID TA' KAMPJUNI U LIVELLI TA' KONFORMITÀ GĦAR-REKORDS TAL-ITTESTJAR TAL-MANIFATTUR
Tabella 1
Karatteristiċi
|
Ragruppament tal-karatteristiċi |
Ragruppament (*1) tar-rekords tal-ittestjar bejn tipi ta' sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass |
Kampjun minimu ta' 12-il xahar għal kull ragruppament (*1) |
Livell aċċettabbli ta' nuqqas ta' konformità għal kull ragruppament ta' karatteristiċi (%) |
|
Immarkar, leġibbiltà u durabbiltà |
It-tipi kollha bl-istess dimensjonijiet esterni |
315 |
1 |
|
Il-kwalità tal-bozza |
It-tipi kollha bl-istess bozza |
315 |
1 |
|
Dimensjonijiet esterni (minbarra l-kappa) |
It-tipi kollha tal-istess kategorija |
315 |
1 |
|
Pożizzjoni u dimensjonijiet tal-ark u l-istrixxi |
It-tipi kollha tal-istess kategorija |
200 |
6,5 |
|
Tqabbid, run-up u tqabbid mill-ġdid meta jkun għadu sħun |
It-tipi kollha tal-istess kategorija |
200 |
1 |
|
Il-voltaġġ u l-wattage tas-sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass |
It-tipi kollha tal-istess kategorija |
200 |
1 |
|
Fluss tal-luminożità, kulur u radjazzjoni UV |
It-tipi kollha tal-istess kategorija |
200 |
1 |
Il-limiti kwalifikattivi għall-aċċettazzjoni bbażati fuq għadd differenti ta' riżultati tat-testijiet għal kull ragruppament ta' karatteristiċi huma elenkati fit-Tabella 2 bħala għadd massimu ta' nuqqas ta' konformità. Il-limiti huma bbażati fuq livell aċċettabbli ta' 1 fil-mija ta' nuqqas ta' konformità, jekk wieħed jassumi probabbiltà ta' aċċettazzjoni ta' mill-inqas 0,95.
Tabella 2
|
Numru ta' riżultati tal-ittestjar ta' kull karatteristika |
Limiti tal-kwalifikazzjoni għall-aċċettazzjoni |
|
…-200 |
5 |
|
201-260 |
6 |
|
261-315 |
7 |
|
316-370 |
8 |
|
371-435 |
9 |
|
436-500 |
10 |
|
501-570 |
11 |
|
571-645 |
12 |
|
646-720 |
13 |
|
721-800 |
14 |
|
801-860 |
15 |
|
861-920 |
16 |
|
921-990 |
17 |
|
991-1 060 |
18 |
|
1 061 -1 125 |
19 |
|
1 126 -1 190 |
20 |
|
1 191 -1 249 |
21 |
Fit-Tabella 3 jidhru l-limiti tal-kwalifikazzjoni għall-aċċettazzjoni, bħala numru massimu ta' nuqqasijiet ta' konformità, abbażi ta' numri differenti ta' riżultati tal-ittestjar għal kull ragruppament ta' karatteristiċi. Il-limiti huma bbażati fuq livell aċċettabbli ta' 6,5 fil-mija ta' nuqqas ta' konformità, jekk wieħed jassumi probabbiltà ta' aċċettazzjoni ta' mill-inqas 0,95.
Tabella 3
|
L-għadd ta' sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass f'rekords |
Limitu tal-kwalifikazzjoni |
L-għadd ta' sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass f'rekords |
Limitu tal-kwalifikazzjoni |
L-għadd ta' sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass f'rekords |
Limitu tal-kwalifikazzjoni |
|
-200 |
21 |
541-553 |
47 |
894-907 |
73 |
|
201-213 |
22 |
554-567 |
48 |
908-920 |
74 |
|
214-227 |
23 |
568-580 |
49 |
921-934 |
75 |
|
228-240 |
24 |
581-594 |
50 |
935-948 |
76 |
|
241-254 |
25 |
595-608 |
51 |
949-961 |
77 |
|
255-268 |
26 |
609-621 |
52 |
962-975 |
78 |
|
269-281 |
27 |
622-635 |
53 |
976-988 |
79 |
|
282-295 |
28 |
636-648 |
54 |
989-1 002 |
80 |
|
296-308 |
29 |
649-662 |
55 |
1 003 -1 016 |
81 |
|
309-322 |
30 |
663-676 |
56 |
1 017 -1 029 |
82 |
|
323-336 |
31 |
677-689 |
57 |
1 030 -1 043 |
83 |
|
337-349 |
32 |
690-703 |
58 |
1 044 -1 056 |
84 |
|
350-363 |
33 |
704-716 |
59 |
1 057 -1 070 |
85 |
|
364-376 |
34 |
717-730 |
60 |
1 071 -1 084 |
86 |
|
377-390 |
35 |
731-744 |
61 |
1 085 -1 097 |
87 |
|
391-404 |
36 |
745-757 |
62 |
1 098 -1 111 |
88 |
|
405-417 |
37 |
758-771 |
63 |
1 112 -1 124 |
89 |
|
418-431 |
38 |
772-784 |
64 |
1 125 -1 138 |
90 |
|
432-444 |
39 |
785-798 |
65 |
1 139 -1 152 |
91 |
|
445-458 |
40 |
799-812 |
66 |
1 153 -1 165 |
92 |
|
459-472 |
41 |
813-825 |
67 |
1 166 -1 179 |
93 |
|
473-485 |
42 |
826-839 |
68 |
1 180 -1 192 |
94 |
|
486-499 |
43 |
840-852 |
69 |
1 193 -1 206 |
95 |
|
500-512 |
44 |
853-866 |
70 |
1 207 -1 220 |
96 |
|
513-526 |
45 |
867-880 |
71 |
1 221 -1 233 |
97 |
|
527-540 |
46 |
881-893 |
72 |
1 234 -1 249 |
98 |
Fit-Tabella 4 jidhru l-limiti kwalifikattivi għall-aċċettazzjoni, bħala perċentwal tar-riżultati, abbażi ta' numri differenti ta' riżultati tal-ittestjar għal kull ragruppament ta' karatteristiċi, bis-suppożizzjoni ta' probabbiltà ta' aċċettazzjoni ta' mill-inqas 0,95.
Tabella 4
|
Għadd ta' riżultati tal-ittestjar ta' kull karatteristika |
Limiti tal-kwalifikazzjoni mogħtija bħala perċentwal tar-riżultati |
Limiti tal-kwalifikazzjoni mogħtija bħala perċentwal tar-riżultati |
|
Livell aċċettabbli ta' 1 fil-mija ta' nuqqasijiet ta' konformità |
Livell aċċettabbli ta' 6,5 fil-mija ta' nuqqasijiet ta' konformità |
|
|
1 250 |
1,68 |
7,91 |
|
2 000 |
1,52 |
7,61 |
|
4 000 |
1,37 |
7,29 |
|
6 000 |
1,30 |
7,15 |
|
8 000 |
1,26 |
7,06 |
|
10 000 |
1,23 |
7,00 |
|
20 000 |
1,16 |
6,85 |
|
40 000 |
1,12 |
6,75 |
|
80 000 |
1,09 |
6,68 |
|
100 000 |
1,08 |
6,65 |
|
1 000 000 |
1,02 |
6,55 |
(*1) Il-valutazzjoni għandha b'mod ġenerali tkopri sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass prodotti f'sensiela minn fabbriki individwali. Manifattur jista' jiġbor flimkien rekords li jikkonċernaw l-istess tip minn bosta fabbriki, diment li dawn joperaw skont l-istess sistema ta' kwalità u ġestjoni tal-kwalità.
ANNESS 8
REKWIŻITI MINIMI GĦAL TEĦID TA' KAMPJUNI MINN SPETTUR
1. Ir-rekwiżiti tal-konformità għandhom jitqiesu ssodisfati minn perspettiva fotometrika, ġeometrika, viżwali u elettrika jekk jintlaħqu t-tolleranzi speċifikati għal sorsi tad-dawl tal-produzzjoni b'disċarġ tal-gass stipulati fl-iskeda tad-data rilevanti tal-Anness 1 u l-iskeda tad-data rilevanti għall-kapep.
2. Il-konformità ta' sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass prodotti fi kwantitajiet kbar m'għandhiex tiġi kkontestata jekk ir-riżultati jaqblu mal-paragrafu 5 ta' dan l-Anness.
3. Il-konformità għandha tiġi kkontestata u l-manifattur mitlub jagħmel mezz biex il-produzzjoni tissodisfa r-rekwiżiti jekk ir-riżultati ma jkunux jaqblu mal-paragrafu 5 ta' dan l-Anness.
4. Jekk il-paragrafu 3 ta' dan l-Anness jiġi applikat, kampjun addizzjonali ta' 250 sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass, magħżula b'mod aleatorju minn produzzjoni riċenti, għandu jittieħed fi żmien xahrejn.
5. Il-konformità approvata jew diżapprovata għandha tiġi deċiża skont il-valuri fit-tabella. Għal kull ragruppament ta' karatteristiċi, is-sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass għandhom jiġu jew aċċettati jew rifjutati skont il-valuri indikati fit-tabella (1).
|
Kampjun |
1 fil-mija (*1) |
6,5 fil-mija (*1) |
||
|
Aċċetta |
Irrifjuta |
Aċċetta |
Irrifjuta |
|
|
Id-daqs tal-ewwel kampjun: 125 |
2 |
5 |
11 |
16 |
|
Jekk l-għadd ta' unitajiet li ma jikkonformawx ikun ikbar minn 2 (11) u inqas minn 5 (16), ħu kampjun ieħor ta' daqs 125 u evalwa l-250 |
6 |
7 |
26 |
27 |
(1) L-iskema proposta hija mfassla biex tivvaluta l-konformità tas-sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass għal livell ta'aċċettazzjoni ta' nuqqas ta' konformità ta' 1 fil-mija u 6,5 fil-mija rispettivament u hija bbażata fuq id-Double Sampling Plan for Normal Inspection fil-Pubblikazzjoni IEC 60410: Sampling Plans and Procedures for Inspection by Attributes (Pjanijiet u Proċeduri ta' Teħid ta' Kampjuni għal Spezzjonar skont l-Attributi).
(*1) Is-sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass għandhom jiġu spezzjonati, filwaqt li r-riżultati tal-ittestjar għandhom jiġu irreġistrati skont ir-raggruppament tal-karatteristiċi kif elenkat fit-Tabella 1 tal-Anness 7 ta' dan ir-Regolament.