European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/6053

18.11.2026

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12684 — AMTRUST BERMUDA I / BIG WAKAM)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2026/6053)

1.   

Fid-9 ta’ Novembru 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

AmTrust Bermuda I Ltd. (“AmTrust”) (Bermuda), ikkontrollata minn AmTrust International Insurance Ltd. (Bermuda),

—

Big Wakam SAS (“Big Wakam”) (Franza), il-kumpanija omm tal-grupp tal-assigurazzjoni Wakam (il-“Grupp Wakam”), ikkontrollata minn Opera Finance S.A. (il-Lussemburgu).

AmTrust se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Big Wakam SAS u, indirettament, tal-Grupp Wakam.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Il-grupp AmTrust jaqdi prinċipalment negozji żgħar u ta’ daqs medju u individwi f’aktar minn 80 pajjiż. L-attivitajiet tiegħu jkopru tliet oqsma ewlenin tan-negozju:

(i)

AmTrust Insurance: assigurazzjoni tal-proprjetà immobbli kummerċjali u kontra d-diżgrazzji fl-Amerika ta’ Fuq;

(ii)

AmTrust Risk Solutions: riskji speċjali fl-Amerka ta’ Fuq, inkluża l-garanzija estiża;

(iii)

AmTrust International: Assigurazzjoni internazzjonali, li tinkludi assigurazzjoni għal garanziji estiżi, assigurazzjoni għar-responsabbiltà professjonali medika, assigurazzjoni tal-ispejjeż legali, linji ta’ assigurazzjoni professjonali, assigurazzjoni tal-proprjetà u assigurazzjoni tal-ipoteki u tal-kreditu.

—

Big Wakam hija l-kumpanija omm tal-Grupp Wakam, li hija attiva biss fl-assigurazzjoni mhux tal-ħajja. Permezz ta’ mudell integrat minn negozju għal negozju għal konsumatur (“B2B2C”), tfassal prodotti tal-assigurazzjoni b’tikketta bajda u tassumi r-riskji marbuta magħhom li sħab terzi jqassmu, prinċipalment fi Franza u fir-Renju Unit.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2), għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12684 — AMTRUST BERMUDA I / BIG WAKAM

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/6053/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)