European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2923

25.11.2024

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2923

tal-20 ta’ Novembru 2024

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2132 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fil-Greċja

(notifikata bid-dokument C(2024) 8308)

(It-test bil-Grieg biss huwa awtentiku)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar hija marda infettiva li taffettwa lill-annimali kaprini u ovini u li jista’ jkollha impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati kif ukoll fuq il-profittabbiltà tal-biedja, u b’hekk tfixkel il-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi.

(2)

F’każ ta’ tifqigħa tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fl-annimali kaprini jew ovini, hemm riskju serju li din il-marda tinxtered fi stabbilimenti oħra tal-annimali kaprini jew ovini.

(3)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u ddefinit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). L-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar hija kkategorizzata bħala marda tal-kategorija A fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882. L-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu, b’mod partikolari, l-istabbiliment ta’ żona ristretta f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, kif ukoll ċerti miżuri li għandhom jiġu applikati fiha. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta trid tkun tinkludi żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza, u, jekk ikun meħtieġ, żoni ristretti ulterjuri madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jew maġenbhom.

(4)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2132 (4) ġiet adottata abbażi tar-Regolament (UE) 2016/429 u tistabbilixxi ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fil-Greċja. B’mod aktar partikolari, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2132 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni, iż-żoni ta’ sorveljanza u ż-żoni ristretti ulterjuri li għandu jistabbilixxi dak l-Istat Membru, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, wara t-tifqigħat ta’ dik il-marda, iridu jkunu jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(5)

Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2132, il-Greċja nnotifikat lill-Kummissjoni b’tifqigħat addizzjonali tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fi stabbilimenti fejn kienu jinżammu l-annimali ovini u kaprini. B’riżultat ta’ dan, l-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni ġie emendat biex jitqiesu dawk it-tifqigħat addizzjonali.

(6)

Mill-aktar emenda reċenti tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2132 ’l hawn, il-Greċja nnotifikat lill-Kummissjoni b’żewġ tifqigħat ġodda tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fi stabbilimenti fejn kienu jinżammu l-annimali ovini u kaprini: waħda fl-unità reġjonali ta’ Corinthia u oħra fl-unità reġjonali ta’ Ilia. Dawn iż-żewġ tifqigħat il-ġodda jinsabu fil-limiti tal-perimetri taż-żoni ta’ protezzjoni, taż-żoni ta’ sorveljanza u taż-żoni ristretti ulterjuri li diġà kienu stabbiliti minħabba t-tifqigħat preċedenti fl-istess żoni.

(7)

Għalhekk, filwaqt li jitqies it-tixrid tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar, iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti ulterjuri għall-Greċja fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2132 jenħtieġ li jiġu aġġustati aktar sabiex jiġi evitat it-tixrid ulterjuri tal-marda fil-Greċja u lejn il-bqija tal-Unjoni. Id-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom jenħtieġ li tiġi aġġustata wkoll.

(8)

Id-daqs u l-post taż-żoni ta’ protezzjoni, taż-żoni ta’ sorveljanza u taż-żoni ristretti ulterjuri, u d-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom huma bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 u fuq ir-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687, inkluż is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fiż-żoni affettwati minn din il-marda u s-sitwazzjoni epidemjoloġika kumplessiva tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fl-Istat Membru kkonċernat minn din il-marda, kif ukoll il-livell tar-riskju li tkompli tinxtered. Id-durata tal-miżuri tqis ukoll l-istandards internazzjonali tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (WOAH, World Organisation for Animal Health). Fis-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali, hemm riskju kbir li l-marda tkompli tinxtered minħabba l-fatt li t-tifqigħat il-ġodda ġew irrapportati aktar minn 11-il ġimgħa wara li ġew ikkonfermati l-ewwel tifqigħat fl-istess unitajiet reġjonali, u dan jindika l-persistenza taċ-ċirkolazzjoni tal-marda.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq il-lista taż-żoni ristretti u d-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom stabbiliti fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2132.

(10)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2132

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2132 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Novembru 2024.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2132 tat-30 ta’ Lulju 2024 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fil-Greċja u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2014 (ĠU L, 2024/2132, 31.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2132/oj).


ANNESS

A.   Żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħat ikkonfermati

Unità reġjonali u numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, parti miż-żona ristretta fil-Greċja kif imsemmi fl-Artikolu 1

Data sa meta applikabbli

L-unità reġjonali ta’ Ilia

GR-PPR-2024-00089

Protection zone:

Those parts of the regional unit of Ilia, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 37.851508, Long. 21.234786 (2024/89)

23.11.2024

Surveillance zone:

Those parts of the regional unit of Ilia, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 37.851508, Long. 21.234786 (2024/89) excluding the areas contained in the protection zone

3.12.2024

Surveillance zone:

Those parts of the regional unit of Ilia, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 37.851508, Long. 21.234786 (2024/89)

24.11.2024 – 3.12.2024

L-unità reġjonali ta’ Corinthia

GR-PPR-2024-00017

GR-PPR-2024-00026

GR-PPR-2024-00030

GR-PPR-2024-00036

GR-PPR-2024-00037

GR-PPR-2024-00038

GR-PPR-2024-00040

GR-PPR-2024-00041

GR-PPR-2024-00042

GR-PPR-2024-00053

GR-PPR-2024-00055

GR-PPR-2024-00056

GR-PPR-2024-00057

GR-PPR-2024-00059

GR-PPR-2024-00065

GR-PPR-2024-00066

GR-PPR-2024-00068

GR-PPR-2024-00069

GR-PPR-2024-00073

GR-PPR-2024-00077

GR-PPR-2024-00078

GR-PPR-2024-00079

GR-PPR-2024-00080

GR-PPR-2024-00082

GR-PPR-2024-00083

GR-PPR-2024-00086

GR-PPR-2024-00087

GR-PPR-2024-00088

Protection zone:

Those parts of the regional unit of Corinthia, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 37.90655, Long. 22.32409 (2024/17), Lat. 37.90738197, Long. 22.32509902 (2024/26), Lat. 37.90916879, Long. 22.32662611 (2024/30), Lat. 37.90743928, Long. 22.3292836 (2024/36), Lat. 37.90524584, Long. 22.32466505 (2024/37), Lat. 37.90346352, Long. 22.32520695 (2024/38), Lat. 37.84748286, Long. 22.4120991 (2024/40), Lat. 37.84859, Long. 22.41390 (2024/41), Lat. 37.8460599, Long. 22.40909057 (2024/42), Lat. 37.91329163, Long. 22.32857931 (2024/53), Lat. 37.906098, Long. 22.335104 (2024/55), Lat. 37.899091, Long. 22.324823 (2024/56), Lat. 37.906063, Long. 22.330503 (2024/57), Lat. 37.9088889, Long. 22.32611111 (2024/59), Lat. 37.904721, Long. 22.317336 (2024/65), Lat. 37.9097114, Long. 22.3310094 (2024/66), Lat. 37.911767, Long. 22.329639 (2024/68), Lat. 37.900379, Long. 22.333505 (2024/69), Lat. 37.83345649, Long. 22.41428781 (2024/73), Lat. 37.917366, Long. 22.329963 (2024/77), Lat. 37.885097, Long. 22.338061 (2024/78), Lat. 37.911, Long. 22.3326 (2024/79), Lat. 37.902798, Long. 22.331295 (2024/80), Lat. 37.88572766, Long. 22.33428451 (2024/82), Lat. 37.88195842, Long. 22.5035147 (2024/83), Lat. 37.87550833, Long. 22.50396438 (2024/86), Lat. 37.89548333, Long. 22.481 (2024/87), Lat. 37.916877, Long. 22.331464 (2024/88).

20.11.2024

Surveillance zone:

Those parts of the regional unit of Corinthia, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 37.90655, Long. 22.32409 (2024/17), Lat. 37.90738197, Long. 22.32509902 (2024/26), Lat. 37.90916879, Long. 22.32662611 (2024/30), Lat. 37.90743928, Long. 22.3292836 (2024/36), Lat. 37.90524584, Long. 22.32466505 (2024/37), Lat. 37.90346352, Long. 22.32520695 (2024/38), Lat. 37.84748286, Long. 22.4120991 (2024/40), Lat. 37.84859, Long. 22.41390 (2024/41), Lat. 37.8460599, Long. 22.40909057 (2024/42), Lat. 37.91329163, Long. 22.32857931 (2024/53), Lat. 37.906098, Long. 22.335104 (2024/55), Lat. 37.899091, Long. 22.324823 (2024/56), Lat. 37.906063, Long. 22.330503 (2024/57), Lat. 37.9088889, Long. 22.32611111 (2024/59), Lat. 37.904721, Long. 22.317336 (2024/65), Lat. 37.9097114, Long. 22.3310094 (2024/66), Lat. 37.911767, Long. 22.329639 (2024/68), Lat. 37.900379, Long. 22.333505 (2024/69), Lat. 37.83345649, Long. 22.41428781 (2024/73), Lat. 37.917366, Long. 22.329963 (2024/77), Lat. 37.885097, Long. 22.338061 (2024/78), Lat. 37.911, Long. 22.3326 (2024/79), Lat. 37.902798, Long. 22.331295 (2024/80), Lat. 37.88572766, Long. 22.33428451 (2024/82), Lat. 37.88195842, Long. 22.5035147 (2024/83), Lat. 37.87550833, Long. 22.50396438 (2024/86), Lat. 37.89548333, Long. 22.481 (2024/87), Lat. 37.916877, Long. 22.331464 (2024/88) excluding the areas contained in the protection zone

29.11.2024

Surveillance zone:

Those parts of the regional unit of Corinthia, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 37.90655, Long. 22.32409 (2024/17), Lat. 37.90738197, Long. 22.32509902 (2024/26), Lat. 37.90916879, Long. 22.32662611 (2024/30), Lat. 37.90743928, Long. 22.3292836 (2024/36), Lat. 37.90524584, Long. 22.32466505 (2024/37), Lat. 37.90346352, Long. 22.32520695 (2024/38), Lat. 37.84748286, Long. 22.4120991 (2024/40), Lat. 37.84859, Long. 22.41390 (2024/41), Lat. 37.8460599, Long. 22.40909057 (2024/42), Lat. 37.91329163, Long. 22.32857931 (2024/53), Lat. 37.906098, Long. 22.335104 (2024/55), Lat. 37.899091, Long. 22.324823 (2024/56), Lat. 37.906063, Long. 22.330503 (2024/57), Lat. 37.9088889, Long. 22.32611111 (2024/59), Lat. 37.904721, Long. 22.317336 (2024/65), Lat. 37.9097114, Long. 22.3310094 (2024/66), Lat. 37.911767, Long. 22.329639 (2024/68), Lat. 37.900379, Long. 22.333505 (2024/69), Lat. 37.83345649, Long. 22.41428781 (2024/73), Lat. 37.917366, Long. 22.329963 (2024/77), Lat. 37.885097, Long. 22.338061 (2024/78), Lat. 37.911, Long. 22.3326 (2024/79), Lat. 37.902798, Long. 22.331295 (2024/80), Lat. 37.88572766, Long. 22.33428451 (2024/82) Lat. 37.88195842, Long. 22.5035147 (2024/83), Lat. 37.87550833, Long. 22.50396438 (2024/86), Lat. 37.89548333, Long. 22.481 (2024/87), Lat. 37.916877, Long. 22.331464 (2024/88).

21.11.2024 – 29.11.2024

B.   Żoni ristretti ulterjuri

Reġjun

Żoni inklużi fiż-żona ristretta ulterjuri stabbilita fil-Greċja kif imsemmi fl-Artikolu 1

Data sa meta applikabbli

Ir-Reġjun ta’ Thessaly

The regional unit of Larisa

4.11.2024 – 16.12.2024

The following regional units:

—

Trikala

—

Karditsa

25.11.2024

Ir-Reġjun ta’ Peloponnese

—

In the regional unit of Corinthia, the following municipalities:

—

Sikyona

—

Xylokastro-Evrostina

—

Velo-Vocha

—

Nemea

—

In the regional unit of Arcadia, the municipal unit of Levidi and the municipality of Gortynia

—

In the regional unit of Argolis, the municipal unit of Alea

excluding the areas included in any protection or surveillance zone.

29.11.2024

—

In the regional unit of Corinthia, the following municipalities:

—

Sikyona

—

Xylokastro-Evrostina

—

Velo-Vocha

—

Nemea

—

In the regional unit of Arcadia, the municipal unit of Levidi and the municipality of Gortynia

—

In the regional unit of Argolis, the municipal unit of Alea

30.11.2024 – 29.12.2024

Ir-Reġjun tal-Greċja tal-Punent

In the regional unit of Achaea the following municipal units:

—

Aigeira

—

Akrata

—

Kleitoria

excluding the areas included in any protection or surveillance zone.

29.11.2024

In the regional unit of Achaea the following municipal units:

—

Aigeira

—

Akrata

—

Kleitoria

30.11.2024 – 29.12.2024

The regional unit of Ilia, excluding the areas included in any protection or surveillance zone.

2.12.2024

The regional unit of Ilia

3.12.2024 – 1.1.2025


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2923/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)