|
27.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 342/5 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1714
tal-24 ta’ Settembru 2021
li jemenda l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 li jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni Afrikan tal-ħnieżer
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 71(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-deni Afrikan tal-ħnieżer hu marda virali infettiva li taffettwa l-annimali porċini miżmuma u selvaġġi, u jista’ jkollha impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tal-biedja, u tikkawża tfixkil fil-movimenti ta’ kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/605 (2) ġie adottat fil-qafas tar-Regolament (UE) 2016/429, u jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll speċjali tal-mard fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer li jridu jiġu applikati għal perjodu ta’ żmien limitat mill-Istati Membri elenkati fl-Anness I tiegħu (l-Istati Membri kkonċernati), fiż-żoni ristretti I, II u III elenkati f’dak l-Anness. |
|
(3) |
Iż-żoni elenkati bħala żoni ristretti I, II u III fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 huma bbażati fuq is-sitwazzjoni epidemjoloġika tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Unjoni. L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 ġie emendat l-aħħar bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1453 (3) wara bidliet fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward ta’ dik il-marda fil-Bulgarija, fil-Ġermanja u fil-Polonja. |
|
(4) |
Jenħtieġ li kwalunkwe emenda għaż-żoni ristretti I, II u III fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 tkun ibbażata fuq is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fiż-żoni affettwati minn dik il-marda u fuq is-sitwazzjoni epidemjoloġika ġenerali tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Istat Membru kkonċernat, il-livell tar-riskju ta’ aktar tixrid ta’ dik il-marda, kif ukoll il-prinċipji u l-kriterji bbażati fuq ix-xjenza għad-definizzjoni ġeografika taż-żonar minħabba d-deni Afrikan tal-ħnieżer u l-linji gwida tal-Unjoni maqbula mal-Istati Membri fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf u disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-Kummissjoni (4). Dawk l-emendi jenħtieġ li jqisu wkoll l-istandards internazzjonali, bħall-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri (5) tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali u l-ġustifikazzjonijiet għaż-żonar pprovduti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati. |
|
(5) |
Mid-data tal-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1453, kien hemm tifqigħa ġdida tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-annimali porċini miżmuma fil-Polonja, kif ukoll tifqigħat ġodda f’annimali porċini selvaġġi fil-Ġermanja u l-Ungerija. Barra minn hekk, is-sitwazzjoni epidemjoloġika f’ċerti żoni elenkati bħala żoni ristretti III fil-Latvja tjiebet fir-rigward tal-annimali porċini miżmuma, minħabba l-miżuri ta’ kontroll tal-marda li qed jiġu applikati minn dan l-Istat Membru f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
|
(6) |
F’Settembru 2021, ġie osservat każ wieħed tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini miżmuma fid-distrett ta’ Dolnośląskie fil-Polonja, f’żona li bħalissa hi elenkata bħala żona ristretta II fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605. Din it-tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini miżmuma tikkostitwixxi żieda fil-livell tar-riskju, li jenħtieġ tiġi riflessa f’dak l-Anness. Għaldaqstant, dik iż-żona tal-Polonja li bħalissa hija elenkata bħala żona ristretta II f’dak l-Anness, affettwata minn din it-tifqigħa riċenti tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, jenħtieġ li issa tiġi elenkata bħala żona ristretta III f’dak l-Anness minflok bħala żona ristretta II tiegħu, u l-konfini attwali taż-żona ristretta II ukoll jeħtieġ li jiġu ddefiniti mill-ġdid biex titqies din it-tifqigħa riċenti. |
|
(7) |
Barra minn hekk, f’Settembru 2021, ġiet osservata tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimal porċin selvaġġ fl-istat ta’ Brandenburg fil-Ġermanja, f’żona li bħalissa hi elenkata bħala żona ristretta I fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605. Din it-tifqigħa ġdida tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimal porċin selvaġġ tikkostitwixxi żieda fil-livell tar-riskju, li jenħtieġ tiġi riflessa f’dak l-Anness. Għaldaqstant, din iż-żona tal-Ġermanja li bħalissa hija elenkata bħala żona ristretta I f’dak l-Anness, affettwata minn din it-tifqigħa riċenti tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, jenħtieġ li issa tiġi elenkata bħala żona ristretta II f’dak l-Anness minflok bħala żona ristretta I tiegħu, u l-konfini attwali taż-żona ristretta I ukoll jeħtieġ li jiġu ddefiniti mill-ġdid biex titqies din it-tifqigħa riċenti. |
|
(8) |
Finalment, f’Settembru 2021, ġiet osservata tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimal porċin selvaġġ fil-kontea ta’ Komárom-Esztergom fl-Ungerija, f’żona li bħalissa hi elenkata bħala żona ristretta II fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605, li tinsab viċin ta’ żona attwalment elenkata bħala żona ristretta I tiegħu. Din it-tifqigħa ġdida tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimal porċin selvaġġ tikkostitwixxi żieda fil-livell tar-riskju, li jenħtieġ tiġi riflessa f’dak l-Anness. Din iż-żona fl-Ungerija attwalment elenkata bħala żona ristretta I f’dak l-Anness, li tinsab viċin żona elenkata bħala żona ristretta II affettwata minn din it-tifqigħa riċenti tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, jenħtieġ li issa tiġi elenkata bħala żona ristretta II f’dak l-Anness minflok bħala żona ristretta I tiegħu. |
|
(9) |
Wara dawn it-tifqigħat riċenti tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini miżmuma fil-Polonja u f’annimali porċini selvaġġi fil-Ġermanja u fl-Ungerija, u meta titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Unjoni, it-tqassim f’żoni f’dawk l-Istati Membri ġie vvalutat mill-ġdid u aġġornat. Barra minn hekk, ġew ivvalutati mill-ġdid u aġġornati wkoll il-miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju li hemm fis-seħħ. Dawn il-bidliet jenħtieġ li jiġu riflessi fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605. |
|
(10) |
Barra minn hekk, filwaqt li titqies l-effettività tal-miżuri ta’ kontroll tal-marda għad-deni Afrikan tal-ħnieżer għall-annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta III elenkata fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 applikati fil-Latvja f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687, u b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-Artikoli 22, 25 u 40 tiegħu, u f’konformità mal-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju għad-deni Afrikan tal-ħnieżer stabbiliti fil-Kodiċi OIE, jenħtieġ li issa ċerti żoni fil-provinċji ta’ Skrundas fil-Latvja, li bħalissa huma elenkati bħala żona ristretta III fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605, jiġu elenkati bħala żoni ristretti II f’dak l-Anness, peress li f’dawn l-aħħar tnax-il xahar kien hemm nuqqas ta’ tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-annimali porċini miżmuma f’dawk iż-żoni ristretti III. |
|
(11) |
Sabiex jitqiesu l-iżviluppi riċenti fis-sitwazzjoni epidemjoloġika tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Unjoni, u biex jiġu miġġielda b’mod proattiv ir-riskji marbuta mat-tixrid ta’ dik il-marda, jenħtieġ li jiġu demarkati żoni ristretti ġodda ta’ daqs suffiċjenti għall-Ġermanja, l-Ungerija, il-Latvja u l-Polonja u jiġu elenkati kif xieraq bħala żoni ristretti I, II u III fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605. Peress li s-sitwazzjoni fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer hi dinamika ħafna fl-Unjoni, fid-demarkazzjoni ta’ dawk iż-żoni ristretti ġodda, tqieset ukoll is-sitwazzjoni fiż-żoni tal-madwar. |
|
(12) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, hu importanti li l-emendi li jridu jsiru fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 permezz ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jidħlu fis-seħħ mill-aktar fis possibbli. |
|
(13) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/605 tas-7 ta’ April 2021 li jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni Afrikan tal-ħnieżer (ĠU L 129, 15.4.2021, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1453 tat-3 ta’ Settembru 2021 li jemenda l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 li jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni Afrikan tal-ħnieżer (ĠU L 313, 6.9.2021, p. 35).
(4) Id-Dokument ta’ Ħidma SANTE/7112/2015/Rev. 3 “Principles and criteria for geographically defining ASF regionalisation”. https://ec.europa.eu/food/animals/animal-diseases/diseases-and-control-measures/african-swine-fever_mt
(5) Il-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-OIE, it-28 Edizzjoni, 2019. ISBN tal-Volum I: 978-92-95108-85-1; ISBN tal-Volum II: 978-92-95108-86-8. https://www.oie.int/standard-setting/terrestrial-code/access-online/
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ANNESS I
ŻONI RISTRETTI
PARTI I
1. Il-Ġermanja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Ġermanja:
|
Bundesland Brandenburg:
|
|
Bundesland Sachsen:
|
|
Bundesland Mecklenburg-Vorpommern:
|
2. L-Estonja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fl-Estonja:
|
— |
Hiu maakond. |
3. Il-Greċja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Greċja:
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Drama:
|
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Xanthi:
|
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Rodopi:
|
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Evros:
|
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Serres:
|
4. Il-Latvja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Latvja:
|
— |
Dienvidkurzemes novada Vērgales, Medzes, Grobiņas, Gaviezes, Rucavas, Nīcas, Otaņķu pagasts, Grobiņas pilsēta, |
|
— |
Ropažu novada Stopiņu pagasta daļa, kas atrodas uz rietumiem no autoceļa V36, P4 un P5, Acones ielas, Dauguļupes ielas un Dauguļupītes. |
5. Il-Litwanja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Litwanja:
|
— |
Klaipėdos rajono savivaldybė: Agluonėnų, Dovilų, Gargždų, Priekulės, Vėžaičių, Kretingalės ir Dauparų-Kvietinių seniūnijos, |
|
— |
Palangos miesto savivaldybė. |
6. L-Ungerija
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fl-Ungerija:
|
— |
Békés megye 950950, 950960, 950970, 951950, 952050, 952750, 952850, 952950, 953050, 953150, 953650, 953660, 953750, 953850, 953960, 954250, 954260, 954350, 954450, 954550, 954650, 954750, 954850, 954860, 954950, 955050, 955150, 955250, 955260, 955270, 955350, 955450, 955510, 955650, 955750, 955760, 955850, 955950, 956050, 956060, 956150 és 956160 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Bács-Kiskun megye 600150, 600850, 601550, 601650, 601660, 601750, 601850, 601950, 602050, 603250, 603750 és 603850 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Budapest 1 kódszámú, vadgazdálkodási tevékenységre nem alkalmas területe, |
|
— |
Csongrád-Csanád megye 800150, 800160, 800250, 802220, 802260, 802310 és 802450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Fejér megye 400150, 400250, 400351, 400352, 400450, 400550, 401150, 401250, 401350, 402050, 402350, 402360, 402850, 402950, 403050, 403450, 403550, 403650, 403750, 403950, 403960, 403970, 404650, 404750, 404850, 404950, 404960, 405050, 405750, 405850, 405950, |
|
— |
406050, 406150, 406550, 406650 és 406750 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Győr-Moson-Sopron megye 100550, 100650, 100950, 101050, 101350, 101450, 101550, 101560 és 102150 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Jász-Nagykun-Szolnok megye 750150, 750160, 750260, 750350, 750450, 750460, 754450, 754550, 754560, 754570, 754650, 754750, 754950, 755050, 755150, 755250, 755350 és 755450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Komárom-Esztergom megye 250150, 250250, 250450, 250460, 250550, 250650, 250750, 251050, 251150, 251250, 251350, 251360, 251650, 251750, 251850, 252250, kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Pest megye 571550, 572150, 572250, 572350, 572550, 572650, 572750, 572850, 572950, 573150, 573250, 573260, 573350, 573360, 573450, 573850, 573950, 573960, 574050, 574150, 574350, 574360, 574550, 574650, 574750, 574850, 574860, 574950, 575050, 575150, 575250, 575350, 575550, 575650, 575750, 575850, 575950, 576050, 576150, 576250, 576350, 576450, 576650, 576750, 576850, 576950, 577050, 577150, 577350, 577450, 577650, 577850, 577950, 578050, 578150, 578250, 578350, 578360, 578450, 578550, 578560, 578650, 578850, 578950, 579050, 579150, 579250, 579350, 579450, 579460, 579550, 579650, 579750, 580250 és 580450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe. |
7. Il-Polonja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Polonja:
|
w województwie kujawsko - pomorskim:
|
|
w województwie warmińsko-mazurskim:
|
|
w województwie podlaskim:
|
|
w województwie mazowieckim:
|
|
w województwie podkarpackim:
|
|
w województwie świętokrzyskim:
|
|
w województwie łódzkim:
|
|
w województwie pomorskim:
|
|
w województwie lubuskim:
|
|
w województwie dolnośląskim:
|
|
w województwie wielkopolskim:
|
|
w województwie opolskim:
|
|
w województwie zachodniopomorskim:
|
|
w województwie małopolskim:
|
8. Is-Slovakkja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fis-Slovakkja:
|
— |
id-distrett kollu ta’ Medzilaborce |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Stropkov |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Svidník, għajr il-muniċipalitajiet inklużi fil-parti II, |
|
— |
fid-distrett ta’ Veľký Krtíš, il-muniċipalitajiet ta’ Ipeľské Predmostie, Veľká nad Ipľom, Hrušov, Kleňany, Sečianky, |
|
— |
fid-distrett ta’ Levice, il-muniċipalità ta’ Ipeľské Úľany, Plášťovce, Dolné Túrovce, Stredné Túrovce, Šahy, Tešmak, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Krupina, għajr il-muniċipalitajiet inklużi fil-Parti II, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Banska Bystrica, għajr il-muniċipalitajiet inklużi fil-Parti II, |
|
— |
fid-distrett ta’ Liptovsky Mikulas – il-muniċipalitajiet ta’ Pribylina, Jamník, Svatý Štefan, Konská, Jakubovany, Liptovský Ondrej, Beňadiková, Vavrišovo, Liptovská Kokava, Liptovský Peter, Dovalovo, Hybe, Liptovský Hrádok, Liptovský Ján, Uhorská Ves, Podtureň, Závažná Poruba, Liptovský Mikuláš, Pavčina Lehota, Demänovská Dolina, Gôtovany, Galovany, Svätý Kríž, Lazisko, Dúbrava, Malatíny, Liptovské Vlachy, Liptovské Kľačany, Partizánska Ľupča, Kráľovská Ľubeľa, Zemianska Ľubeľa, Východná – a part of municipality north from the highway D1, |
|
— |
fid-distrett ta’ Ružomberok, il-muniċipalitajiet ta’ Liptovská Lužná, Liptovská Osada, Podsuchá, Ludrová, Štiavnička, Liptovská Štiavnica, Nižný Sliač, Liptovské Sliače, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Banska Stiavnica, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Žiar nad Hronom. |
PARTI II
1. Il-Bulgarija
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Bulgarija:
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Haskovo, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Yambol, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Stara Zagora, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Pernik, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Kyustendil, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Plovdiv, għajr iż-żoni fil-Parti III. |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Pazardzhik, għajr iż-żoni fil-Parti III. |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Smolyan, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Dobrich, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Sofia city, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Sofia Province, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Blagoevgrad, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Razgrad, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Kardzhali, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Burgas għajr iż-żoni fil-Parti III, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Varna għajr iż-żoni fil-Parti III, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Silistra, għajr iż-żoni fil-Parti III, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Ruse, għajr iż-żoni fil-Parti III, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Veliko Tarnovo, għajr iż-żoni fil-Parti III, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Pleven, għajr iż-żoni fil-Parti III, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Targovishte, għajr iż-żoni fil-Parti III, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Shumen, għajr iż-żoni fil-Parti III, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Sliven, għajr iż-żoni fil-Parti III, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Vidin, għajr iż-żoni fil-Parti III. |
2. Il-Ġermanja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Ġermanja:
|
Bundesland Brandenburg:
|
|
Bundesland Sachsen:
|
3. L-Estonja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fl-Estonja:
|
— |
Eesti Vabariik (välja arvatud Hiiu maakond). |
4. Il-Latvja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Latvja:
|
— |
Aizkraukles novads, |
|
— |
Alūksnes novads, |
|
— |
Augšdaugavas novads, |
|
— |
Ādažu novads, |
|
— |
Balvu novads, |
|
— |
Bauskas novads, |
|
— |
Cēsu novads, |
|
— |
Dienvidkurzemes novada Aizputes, Cīravas, Lažas, Kalvenes, Kazdangas, Durbes, Dunalkas, Tadaiķu, Vecpils, Bārtas, Sakas, Bunkas, Priekules, Gramzdas, Kalētu, Virgas, Dunikas, Embūtes, Vaiņodes pagasts, Aizputes, Durbes, Pāvilostas, Priekules pilsēta, |
|
— |
Dobeles novads, |
|
— |
Gulbenes novads, |
|
— |
Jelgavas novads, |
|
— |
Jēkabpils novads, |
|
— |
Krāslavas novads, |
|
— |
Kuldīgas novads, |
|
— |
Ķekavas novads, |
|
— |
Limbažu novads, |
|
— |
Līvānu novads, |
|
— |
Ludzas novada Cirmas, Pureņu, Ņukšu, Pildas, Rundēnu, Istras, Pasienes, Zvirgzdenes, Blontu, Pušmucovas, Mērdzenes, Mežvidu, Salnavas, Malnavas, Goliševas pagasts, Līdumnieku pagasta daļa uz ziemeļiem no autoceļa V508 un upes Kurjanka no autoceļa V510 līdz Krievijas Federācijas robežai, Ciblas pagasta daļa uz ziemeļiem no autoceļa V508, V511, Isnaudas pagasta daļa uz ziemeļrietumiem no autoceļa V511, V506, Lauderu pagasta daļa uz dienvidrietumiem no autoceļa V544, V514, V539, Zaļesjes pagasta daļa uz dienvidiem no autoceļa V539, V513, P52 un A12, Kārsavas, Ludzas pilsēta, |
|
— |
Madonas novads, |
|
— |
Mārupes novads, |
|
— |
Ogres novads, |
|
— |
Olaines novads, |
|
— |
Preiļu novads, |
|
— |
Rēzeknes novads, |
|
— |
Ropažu novada Garkalnes, Ropažu pagasts, Stopiņu pagasta daļa, kas atrodas uz austrumiem no autoceļa V36, P4 un P5, Acones ielas, Dauguļupes ielas un Dauguļupītes, Vangažu pilsēta, |
|
— |
Salaspils novads, |
|
— |
Saldus novads, |
|
— |
Saulkrastu novads, |
|
— |
Siguldas novads, |
|
— |
Smiltenes novads, |
|
— |
Talsu novads, |
|
— |
Tukuma novads, |
|
— |
Valkas novads, |
|
— |
Valmieras novads, |
|
— |
Varakļānu novads, |
|
— |
Ventspils novada Ances, Jūrkalnes, Popes, Puzes, Ugāles, Usmas, Zlēku pagasts, Tārgales pagasta daļa uz ziemeļiem no autoceļa A10, |
|
— |
Daugavpils valstspilsētas pašvaldība, |
|
— |
Jelgavas valstspilsētas pašvaldība, |
|
— |
Jūrmalas valstspilsētas pašvaldība, |
|
— |
Rēzeknes valstspilsētas pašvaldība. |
5. Il-Litwanja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Litwanja:
|
— |
Alytaus miesto savivaldybė, |
|
— |
Skuodo rajono savivaldybė, |
|
— |
Anykščių rajono savivaldybė, |
|
— |
Akmenės rajono savivaldybė, |
|
— |
Birštono savivaldybė, |
|
— |
Biržų miesto savivaldybė, |
|
— |
Biržų rajono savivaldybė, |
|
— |
Druskininkų savivaldybė, |
|
— |
Elektrėnų savivaldybė, |
|
— |
Ignalinos rajono savivaldybė, |
|
— |
Jonavos rajono savivaldybė, |
|
— |
Joniškio rajono savivaldybė, |
|
— |
Jurbarko rajono savivaldybė: Eržvilko, Girdžių, Jurbarko miesto, Jurbarkų, Raudonės, Šimkaičių, Skirsnemunės, Smalininkų, Veliuonos ir Viešvilės seniūnijos, |
|
— |
Kaišiadorių rajono savivaldybė, |
|
— |
Kalvarijos savivaldybė, |
|
— |
Kauno miesto savivaldybė, |
|
— |
Kauno rajono savivaldybė: Akademijos, Alšėnų, Batniavos, Ežerėlio, Domeikavos, Garliavos, Garliavos apylinkių, Karmėlavos, Kulautuvos, Lapių, Linksmakalnio, Neveronių, Raudondvario, Ringaudų, Rokų, Samylų, Taurakiemio, Vandžiogalos, Užliedžių, Vilkijos, ir Zapyškio seniūnijos, Babtų seniūnijos dalis į rytus nuo kelio A1, ir Vilkijos apylinkių seniūnijos dalis į vakarus nuo kelio Nr. 1907, |
|
— |
Kazlų rūdos savivaldybė, |
|
— |
Kelmės rajono savivaldybė, |
|
— |
Kėdainių rajono savivaldybė: Dotnuvos, Gudžiūnų, Kėdainių miesto, Krakių, Pelėdnagių, Surviliškio, Šėtos, Truskavos, Vilainių ir Josvainių seniūnijos dalis į šiaurę ir rytus nuo kelio Nr. 229 ir Nr. 2032, |
|
— |
Klaipėdos rajono savivaldybė: Judrėnų, Endriejavo ir Veiviržėnų seniūnijos, |
|
— |
Kupiškio rajono savivaldybė, |
|
— |
Kretingos rajono savivaldybė, |
|
— |
Lazdijų rajono savivaldybė, |
|
— |
Marijampolės savivaldybė, |
|
— |
Mažeikių rajono savivaldybė, |
|
— |
Molėtų rajono savivaldybė, |
|
— |
Pagėgių savivaldybė, |
|
— |
Pakruojo rajono savivaldybė, |
|
— |
Panevėžio rajono savivaldybė, |
|
— |
Panevėžio miesto savivaldybė, |
|
— |
Pasvalio rajono savivaldybė, |
|
— |
Radviliškio rajono savivaldybė, |
|
— |
Rietavo savivaldybė, |
|
— |
Prienų rajono savivaldybė, |
|
— |
Plungės rajono savivaldybė: Žlibinų, Stalgėnų, Nausodžio, Plungės miesto, Šateikių ir Kulių seniūnijos, |
|
— |
Raseinių rajono savivaldybė: Betygalos, Girkalnio, Kalnujų, Nemakščių, Pagojukų, Paliepių, Raseinių miesto, Raseinių, Šiluvos, Viduklės seniūnijos, |
|
— |
Rokiškio rajono savivaldybė, |
|
— |
Skuodo rajono savivaldybės: Aleksandrijos, Ylakių, Lenkimų, Mosėdžio, Skuodo ir Skuodo miesto seniūnijos, |
|
— |
Šakių rajono savivaldybė, |
|
— |
Šalčininkų rajono savivaldybė, |
|
— |
Šiaulių miesto savivaldybė, |
|
— |
Šiaulių rajono savivaldybė, |
|
— |
Šilutės rajono savivaldybė, |
|
— |
Širvintų rajono savivaldybė, |
|
— |
Šilalės rajono savivaldybė, |
|
— |
Švenčionių rajono savivaldybė, |
|
— |
Tauragės rajono savivaldybė, |
|
— |
Telšių rajono savivaldybė, |
|
— |
Trakų rajono savivaldybė, |
|
— |
Ukmergės rajono savivaldybė, |
|
— |
Utenos rajono savivaldybė, |
|
— |
Varėnos rajono savivaldybė, |
|
— |
Vilniaus miesto savivaldybė, |
|
— |
Vilniaus rajono savivaldybė, |
|
— |
Vilkaviškio rajono savivaldybė, |
|
— |
Visagino savivaldybė, |
|
— |
Zarasų rajono savivaldybė. |
6. L-Ungerija
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fl-Ungerija:
|
— |
Békés megye 950150, 950250, 950350, 950450, 950550, 950650, 950660, 950750, 950850, 950860, 951050, 951150, 951250, 951260, 951350, 951450, 951460, 951550, 951650, 951750, 952150, 952250, 952350, 952450, 952550, 952650, 953250, 953260, 953270, 953350, 953450, 953550, 953560, 953950, 954050, 954060, 954150, 956250, 956350, 956450, 956550, 956650 és 956750 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Borsod-Abaúj-Zemplén megye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe, |
|
— |
Fejér megye 403150, 403160, 403250, 403260, 403350, 404250, 404550, 404560, 404570, 405450, 405550, 405650, 406450 és 407050 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Hajdú-Bihar megye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe, |
|
— |
Heves megye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe, |
|
— |
Jász-Nagykun-Szolnok megye 750250, 750550, 750650, 750750, 750850, 750970, 750980, 751050, 751150, 751160, 751250, 751260, 751350, 751360, 751450, 751460, 751470, 751550, 751650, 751750, 751850, 751950, 752150, 752250, 752350, 752450, 752460, 752550, 752560, 752650, 752750, 752850, 752950, 753060, 753070, 753150, 753250, 753310, 753450, 753550, 753650, 753660, 753750, 753850, 753950, 753960, 754050, 754150, 754250, 754360, 754370, 754850, 755550, 755650 és 755750 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Komárom-Esztergom megye: 250350, 250850, 250950, 251450, 251550, 251950, 252050, 252150, 252350, 252450, 252460, 252550, 252650, 252750, 252850, 252860, 252950, 252960, 253050, 253150, 253250, 253350, 253450 és 253550 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Nógrád megye valamennyi vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Pest megye 570150, 570250, 570350, 570450, 570550, 570650, 570750, 570850, 570950, 571050, 571150, 571250, 571350, 571650, 571750, 571760, 571850, 571950, 572050, 573550, 573650, 574250, 577250, 580050 és 580150 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Szabolcs-Szatmár-Bereg megye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe. |
7. Il-Polonja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Polonja:
|
w województwie warmińsko-mazurskim:
|
|
w województwie podlaskim:
|
|
w województwie mazowieckim:
|
|
w województwie lubelskim:
|
|
w województwie podkarpackim:
|
|
w województwie pomorskim:
|
|
w województwie świętokrzyskim:
|
|
w województwie lubuskim:
|
|
w województwie dolnośląskim:
|
|
w województwie wielkopolskim:
|
|
w województwie łódzkim:
|
|
w województwie zachodniopomorskim:
|
8. Is-Slovakkja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fis-Slovakkja:
|
— |
id-distrett kollu ta’ Gelnica, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Poprad, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Spišská Nová Ves, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Levoča, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Kežmarok, |
|
— |
fid-distrett kollu ta’ Michalovce, għajr il-muniċipalitajiet inklużi fiż-żona III, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Košice-okolie, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Rožnava, |
|
— |
il-belt kollha ta’ Košice, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Sobrance, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Vranov nad Topľou, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Humenné, għajr il-muniċipalitajiet inklużi fiż-żona III, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Snina, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Prešov, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Sabinov, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Svidník, il-muniċipalitajiet kollha ta’ Dukovce, Želmanovce, Kuková, Kalnište, Lužany pri Ondave, Lúčka, Giraltovce, Kračúnovce, Železník, Kobylince, Mičakovce, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Bardejov, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Stará Ľubovňa, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Revúca, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Rimavská Sobota, |
|
— |
fid-distrett ta’ Veľký Krtíš, il-muniċipalitajiet kollha li mhumiex diġà inklużi fil-Parti I |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Lučenec, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Poltár |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Zvolen, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Detva, |
|
— |
fid-distrett ta’ Krupina, il-muniċipalitajiet kollha ta’ Senohrad, Horné Mladonice, Dolné Mladonice, Čekovce, Lackov, Zemiansky Vrbovok, Kozí Vrbovok, Čabradský Vrbovok, Cerovo, Trpín, Litava, |
|
— |
fid-distrett ta’ Banska Bystica, il-muniċipalitajiet kollha ta’ Kremnička, Malachov, Badín, Vlkanová, Hronsek, Horná Mičiná, Dolná Mičiná, Môlča Oravce, Čačín, Čerín, Bečov, Sebedín, Dúbravica, Hrochoť, Poniky, Strelníky, Povrazník, Ľubietová, Brusno, Banská Bystrica, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Brezno, |
|
— |
fid-distrett ta’ Liptovsky Mikuláš, il-muniċipalitajiet ta’ Važec, Malužiná, Kráľova lehota, Liptovská Porúbka, Nižná Boca, Vyšná Boca a Východná – parti mill-muniċipalità fin-Nofsinhar tal-awtostrada D1. |
PARTI III
1. Il-Bulgarija
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Bulgarija:
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Gabrovo, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Lovech, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Montana, |
|
— |
ir-reġjun ta’ Pazardzhik:
|
|
— |
ir-reġjun ta’ Pleven:
|
|
— |
ir-reġjun ta’ Plovdiv
|
|
— |
ir-reġjun ta’ Ruse:
|
|
— |
ir-reġjun ta’ Shumen:
|
|
— |
ir-reġjun ta’ Silistra:
|
|
— |
ir-reġjun ta’ Sliven:
|
|
— |
ir-reġjun ta’ Targovishte:
|
|
— |
ir-reġjun ta’ Vidin,
|
|
— |
ir-reġjun ta’ Veliko Tarnovo:
|
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Vratza, |
|
— |
fir-reġjun ta’ Varna:
|
|
— |
fir-reġjun ta’ Burgas:
|
2. Il-Ġermanja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Ġermanja:
|
Bundesland Brandenburg:
|
|
Bundesland Sachsen:
|
3. L-Italja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fl-Italja:
|
— |
it-territorju kollu ta’ Sardinja. |
4. Il-Latvja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Latvja:
|
— |
Ventspils novada Vārves, Užavas, Piltenes, Ziru pagasts un Tārgales pagasta daļa uz dienvidiem no autoceļa A10, Piltenes pilsēta, |
|
— |
Ludzas novada Briģu, Nirzas pagasts, Līdumnieku pagasta daļa uz dienvidiem no autoceļa V508 un upes Kurjanka posmā no autoceļa V510 līdz Krievijas Federācijas robežai, Ciblas pagasta daļa uz dienvidiem no autoceļa V508, V511, Isnaudas pagasta daļa uz dienvidaustrumiem no autoceļa V511, V506, Lauderu pagasta daļa uz ziemeļaustrumiem no autoceļa V544, V514, V539, Zaļesjes pagasta daļa uz ziemeļiem no autoceļa V539, V513, P52 un A12, Zilupes pilsēta. |
5. Il-Litwanja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Litwanja:
|
— |
Jurbarko rajono savivaldybė: Seredžiaus ir Juodaičių seniūnijos, |
|
— |
Kauno rajono savivaldybė: Čekiškės seniūnija, Babtų seniūnijos dalis į vakarus nuo kelio A1ir Vilkijos apylinkių seniūnijos dalis į rytus nuo kelio Nr. 1907, |
|
— |
Kėdainių rajono savivaldybė: Pernaravos seniūnija ir Josvainių seniūnijos pietvakarinė dalis tarp kelio Nr. 229 ir Nr. 2032, |
|
— |
Plungės rajono savivaldybė: Alsėdžių, Babrungo, Paukštakių, Platelių ir Žemaičių Kalvarijos seniūnijos, |
|
— |
Raseinių rajono savivaldybė: Ariogalos ir Ariogalos miesto seniūnijos, |
|
— |
Skuodo rajono savivaldybės: Barstyčių, Notėnų ir Šačių seniūnijos. |
6. Il-Polonja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Polonja:
|
w województwie warmińsko-mazurskim:
|
|
w województwie mazowieckim:
|
|
w województwie lubelskim:
|
|
w województwie podkarpackim:
|
|
w województwie lubuskim:
|
|
w województwie wielkopolskim:
|
|
w województwie dolnośląskim:
|
|
w województwie świętokrzyskim:
|
|
w województwie łódzkim:
|
|
w województwie opolskim:
|
|
w województwie podlaskim:
|
|
w województwie małopolskim:
|
7. Ir-Rumanija
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fir-Rumanija:
|
— |
Iż-żona ta’ orașului București, |
|
— |
Județul Constanța, |
|
— |
Județul Satu Mare, |
|
— |
Județul Tulcea, |
|
— |
Județul Bacău, |
|
— |
Județul Bihor, |
|
— |
Județul Bistrița Năsăud, |
|
— |
Județul Brăila, |
|
— |
Județul Buzău, |
|
— |
Județul Călărași, |
|
— |
Județul Dâmbovița, |
|
— |
Județul Galați, |
|
— |
Județul Giurgiu, |
|
— |
Județul Ialomița, |
|
— |
Județul Ilfov, |
|
— |
Județul Prahova, |
|
— |
Județul Sălaj, |
|
— |
Județul Suceava |
|
— |
Județul Vaslui, |
|
— |
Județul Vrancea, |
|
— |
Județul Teleorman, |
|
— |
Judeţul Mehedinţi, |
|
— |
Județul Gorj, |
|
— |
Județul Argeș, |
|
— |
Judeţul Olt, |
|
— |
Judeţul Dolj, |
|
— |
Județul Arad, |
|
— |
Județul Timiș, |
|
— |
Județul Covasna, |
|
— |
Județul Brașov, |
|
— |
Județul Botoșani, |
|
— |
Județul Vâlcea, |
|
— |
Județul Iași, |
|
— |
Județul Hunedoara, |
|
— |
Județul Alba, |
|
— |
Județul Sibiu, |
|
— |
Județul Caraș-Severin, |
|
— |
Județul Neamț, |
|
— |
Județul Harghita, |
|
— |
Județul Mureș, |
|
— |
Județul Cluj, |
|
— |
Județul Maramureş. |
8. Is-Slovakkja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fis-Slovakkja:
|
— |
Fid-distrett ta’ Lučenec: Lučenec a jeho časti, Panické Dravce, Mikušovce, Pinciná, Holiša, Vidiná, Boľkovce, Trebeľovce, Halič, Stará Halič, Tomášovce, Trenč, Veľká nad Ipľom, Buzitka (without settlement Dóra), Prša, Nitra nad Ipľom, Mašková, Lehôtka, Kalonda, Jelšovec, Ľuboreč, Fiľakovské Kováče, Lipovany, Mučín, Rapovce, Lupoč, Gregorova Vieska, Praha, |
|
— |
Fid-distrett ta’ Poltár: Kalinovo, Veľká Ves, |
|
— |
id-distrett sħiħ ta’ Trebišov”. |
|
— |
Id-distrett kollu ta’ Vranov u Topľou, |
|
— |
Fid-distrett ta’ Veľký Krtíš: Malé Zlievce, Glabušovce, Olováry, Zombor, Čeláre, Bušince, Kováčovce, Vrbovka, Kiarov, Záhorce, Želovce, Sklabiná, Nová Ves, Obeckov, Dolné Plachtince, Stredné Plachtince, Horné Plachtince, Malý Krtíš, Veľký Krtíš, Modrý kameň, Veľké Straciny, Malé Straciny, Dolné Strháre, Horné Strháre, Pôtor, Horná Strehová, Slovenské Kračany, Chrťany, Závada, Vieska, Dolná strehová, Ľuboriečka, Veľké Zlievce, Muľa, Opatovská Nová ves, Bátorová, Nenince, Pribelce, |
|
— |
Fid-distrett ta’ Brezno: Brezno, Čierny Balog, Drábsko, Sihla, Pohronská Polhora, Michalová, Bacúch, Beňuš, Braväcovo, Jarabá, Bystrá, Horná Lehota, Mýto pod ďumbierom, Podbrezová, Osrblie, Hronec, Valaská, |
|
— |
Fid-distrett ta’ Humenné: Lieskovec, Myslina, Humenné, Jasenov, Brehov, Závadka, Topoľovka, Hudcovce, |
|
— |
Fid-distrett ta’ Michalovce, Strážske, Staré, Oreské, Zbudza, Voľa, Nacina Ves, Pusté Čemerné, Lesné, Rakovec nad Ondavou, Petríkovce, Oborín, Veľké Raškovce, Beša. |