02013R0167 — MT — 27.11.2024 — 006.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT (UE) Nru 167/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-5 ta’ Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 060 2.3.2013, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1322/2014 tad-19 ta’ Settembru 2014 |
L 364 |
1 |
18.12.2014 |
|
|
REGOLAMENT (UE) 2016/1628 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-14 ta' Settembru 2016 |
L 252 |
53 |
16.9.2016 |
|
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1788 tal-14 ta’ Lulju 2016 |
L 277 |
1 |
13.10.2016 |
|
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/830 tad-9 ta' Marzu 2018 |
L 140 |
15 |
6.6.2018 |
|
|
REGOLAMENT (UE) 2019/519 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-19 ta' Marzu 2019 |
L 91 |
42 |
29.3.2019 |
|
|
REGOLAMENT (UE) 2024/2838 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-23 ta’ Ottubru 2024 |
L 2838 |
1 |
7.11.2024 |
|
REGOLAMENT (UE) Nru 167/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-5 ta’ Frar 2013
dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
KAPITOLU I
SUĠĠETT, AMBITU U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament ma japplikax għall-approvazzjoni ta’ vetturi individwali ħlief jekk l-Istati Membri li jagħtu tali approvazzjonijiet ikollhom jaċċettaw kwalunkwe approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati mogħtija skont dan ir-Regolament minflok skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali relevanti.
Artikolu 2
Ambitu
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-vetturi li ġejjin:
tratturi (kategoriji T u C);
karrijiet (kategorija R); u
makkinarju rmunkat interkambjabbli (kategorija S).
Għall-vetturi li ġejjin, il-manifattur jista’ jagħżel jekk japplikax għal approvazzjoni skont dan ir-Regolament jew jekk ikunx konformi mar-rekwiżiti nazzjonali kkonċernati:
karrijiet (kategorija R) u tagħmir irmunkat interkambjabbli (kategorija S);
tratturi għat-tqegħid tat-toroq (kategorija C);
tratturi bir-roti għal skopijiet speċjali (kategoriji T4.1 u T4.2).
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u tal-atti elenkati fl-Anness I, għajr fejn ikun ipprovdut mod ieħor fihom, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“approvazzjoni tat-tip” tfisser il-proċedura li biha awtorità tal-approvazzjoni tiċċertifika li tip ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jissodisfa d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi relevanti;
“approvazzjoni tat-tip tal-vettura sħiħa” tfisser approvazzjoni tat-tip li biha awtorità tal-approvazzjoni tiċċertifika li tip ta’ vettura mhux sħiħa, sħiħa jew li ġiet kompluta tissodisfa d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi relevanti;
“approvazzjoni tat-tip tas-sistema” tfisser approvazzjoni tat-tip fejn awtorità tal-approvazzjoni tiċċertifika li sistema mmuntata f’vettura ta’ tip speċifiku tissodisfa d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi relevanti;
“approvazzjoni tat-tip ta’ komponent” tfisser approvazzjoni tat-tip fejn awtorità tal-approvazzjoni tiċċertifika li komponent, indipendentement mill-vettura, jissodisfa d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi relevanti;
“approvazzjoni tat-tip ta’ unità separata teknika” tfisser approvazzjoni tat-tip fejn awtorità tal-approvazzjoni tiċċertifika li l-unità separata teknika tissodisfa d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi relevanti fir-rigward ta’ wieħed jew diversi tipi speċifikati ta’ vetturi;
“approvazzjoni tat-tip nazzjonali” tfisser proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip stabbilita bil-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru, fejn il-validità ta’ tali approvazzjoni tkun limitata għat-territorju ta’ dan l-Istat Membru;
“approvazzjoni tat-tip tal-UE” tfisser il-proċedura li biha awtorità tal-approvazzjoni tiċċertifika li tip ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jissodisfa d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi relevanti ta’ dan ir-Regolament;
“trattur” tfisser kull vettura bil-mutur, bir-roti jew jew bil-katina għall-agrikoltura jew il-forestrija li jkollha tal-anqas żewġ fusijiet u veloċità massima skont id-disinn ta’ mhux anqas minn 6 km fis-siegħa, li l-funzjoni prinċipali tagħha hija l-potenza tal-ġibda u li tkun ġiet speċifikament iddisinjata biex tiġbed, timbotta, iġġorr u tattiva ċertu tagħmir interkambjabbli maħsub biex iwettaq xogħol agrikolu jew forestali, jew biex tirmonka karrijiet tal-agrikoltura jew tal-forestrija; tista’ tiġi adattata biex iġġorr tagħbija fil-kuntest ta’ xogħol agrikolu jew forestali u/jew tista’ tiġi mgħammra b’post wieħed jew aktar għall-passiġġieri;
“karru” tfisser kull karru agrikolu jew forestali maħsub l-aktar biex ikun irmunkat minn trattur u intiż biex iġorr tagħbijiet jew biex jipproċessa materjali u fejn il-proporzjon bejn il-massa massima li titgħabba li hi teknikament permissibbli u l-massa bla tagħbija ta’ dik il-vettura jkun daqs jew aktar minn 3,0;
“tagħmir irmunkat interkambjabbli” tfisser kwalunkwe vettura użata għall-agrikoltura u l-forestrija li hija ddisinjata biex tiġi rmunkata minn trattur, li tibdel jew iżżid il-funzjonijiet tagħha, tinkorpora element ta’ għodda b’mod permanenti jew tkun iddisinjata biex tipproċessal-materjali, li tista’ tinkludi pjattaforma ta’ tagħbija ddisinjata u mibnija biex tirċievi kwalunkwe tip ta’ għodda u tagħmir meħtieġ għal dawn l-iskopijiet u biex temporanjament jinħażen kwalunkwe materjal prodott jew meħtieġ matul ix-xogħol u fejn il-proporzjon bejn il-massa massima li titgħabba li hi teknikament permissibbli u l-massa bla tagħbija ta’ dik il-vettura jkun anqas minn 3,0;
“vettura” tfisser kwalunkwe trattur, karru, jew tagħmir irmunkat interkambjabbli kif definit fil-punti 8, 9 u 10;
“vettura bażi” tfisser kwalunkwe vettura użata fl-istadju inizjali ta’ proċess ta’ approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji;
“vettura mhux kompleta” tfisser kwalunkwe vettura li jonqosha mill-inqas stadju ieħor biex tkun kompleta u tissodisfa r-rekwiżiti tekniċi relevanti ta’ dan ir-Regolament;
“vettura kompleta” tfisser vettura li tirriżulta mill-proċess ta’ approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji, li tissodisfa r-rekwiżiti tekniċi relevanti ta’ dan ir-Regolament;
“vettura kompluta” tfisser kwalunkwe vettura li m’għandhiex bżonn tiġi kkompletata biex tilħaq ir-rekwiżiti tekniċi relevanti ta’ dan ir-Regolament;
“vettura ta’ serje mitmuma” tfisser kwalunkwe vettura li hi parti minn stokk li ma jistax jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq jew ma jistax jibqa’ jkun disponibbli fis-suq, jiġi reġistrat jew jiddaħħal fis-servizz minħabba d-dħul fis-seħħ ta’ rekwiżiti tekniċi ġodda li għalihom ma ġietx approvata;
“sistema” tfisser assemblaġġ ta’ apparat ikkombinat biex iwettaq funzjoni speċifika waħda jew aktar f’vettura u li huwa soġġett għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jew xi atti delegati jew ta’ implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament;
“komponent” tfisser apparat soġġett għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jew atti delegati jew ta’ implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolamentmaħsub biex ikun parti minn vettura, li t-tip tiegħu jista’ jiġi approvat indipendentement mill-vettura skont dan ir-Regolament u l-atti delegati jew ta’ implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament, fejn tali atti jipprovdu espressament għal dan;
“unità teknika separata” tfisser apparat soġġett għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jew għal xi atti delegati jew ta’ implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament, maħsub biex ikun parti minn vettura, li t-tip tagħha jista’ jiġi approvat separatament, iżda biss fir-rigward ta’ tip speċifiku wieħed jew aktar ta’ vettura fejn tali atti jagħmlu dispożizzjonijiet espressament għal dan;
“komponenti” tfisser oġġetti użati għall-assemblaġġ ta’ vettura kif ukoll komponenti ta’ rikambju;
“tagħmir” tfisser kwalunkwe oġġett apparti komponenti li jistgħu jiġu miżjuda ma’ vetturi jew installati magħha;
“komponenti jew tagħmir oriġinali” tfisser komponenti jew tagħmir manifatturati skont l-ispeċifikazzjonijiet u l-istandards ta’ produzzjoni pprovduti mill-manifattur tal-vettura għall-produzzjoni ta’ komponenti jew tagħmir għall-assemblaġġ tal-vettura partikolari; dan jinkludi komponenti jew tagħmir manifatturati fl-istess linja ta’ produzzjoni bħal dawn il-komponenti jew tagħmir; sakemm ma jiġix ippruvat il-kuntrarju teżisti l-preżunzjoni li komponenti jew tagħmir huma komponenti jew tagħmir oriġinali jekk il-manifattur jiċċertifika li huma ta’ kwalità identika għall-komponenti użati fl-assemblaġġ tal-vettura inkwistjoni u ġew manifatturati skont l-ispeċifikazzjonijiet u l-istandards ta’ produzzjoni tal-manifattur tal-vettura;
“komponenti ta’ rikambju” tfisser oġġetti li jiġu installati ġo vettura jew fuq vettura sabiex jiġu mibdula l-komponenti oriġinali ta’ dik il-vettura, inklużi prodotti bħal lubrikanti li huma meħtieġa għall-użu ta’ vettura, bl-eċċezzjoni tal-fjuwil;
“sikurezza funzjonali” tfisser in-nuqqas ta’ riskju inaċċettabbli ta’ korriment fiżiku jew ta’ ħsara lil saħħet il-persuni jew lil proprjetajiet minħabba perikli li jirriżultaw minn imġiba ta’ funzjonament ħażin ta’ sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati mekkaniċi, idrawliċi, pnewmatiċi, elettriċi u/jew elettroniċi;
“manifattur” tfisser il-persuna naturali jew ġuridika responsabbli għall-awtorità ta’ approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-approvazzjoni tat-tip jew għall-proċess ta’ awtorizzazzjoni biex tkun żgurata l-konformità tal-produzzjoni u li hija responsabbli wkoll għal kwistjonijiet tas-sorveljanza tas-suq għall-vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati prodotti, irrelevanti mill-fatt jekk il-persuna naturali jew ġuridika tkunx involuta direttament fl-istadji kollha tal-kostruzzjoni tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent jew tal-unità teknika separata li huma l-oġġett tal-proċess ta’ approvazzjoni
“rappreżentant tal-manifattur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni debitament maħtura mill-manifattur biex tirrapreżenta lill-manifattur quddiem l-awtorità tal-approvazzjoni jew l-awtorità għas-sorveljanza tas-suq u biex taġixxi f’isem il-manifattur fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament;
“awtorità tal-approvazzjoni” tfisser l-awtorità ta’ Stat Membru stabbilita jew maħtura minn Stat Membru u nnotifikata lill-Kummissjoni mill-Istat Membru b’kompetenza għall-aspetti kollha tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura, ta’ sistema, ta’ komponent jew unità teknika separata, għall-proċess ta’ awtorizzazzjoni, għall-ħruġ u, jekk meħtieġ, l-irtirar jew ir-rifjut ta’ ċertifikati ta’ approvazzjoni biex taġixxi bħala punt ta’ kuntatt għall-awtoritajiet ta’ approvazzjoni ta’ Stati Membri oħra, biex taħtar servizzi tekniċi u biex tiżgura li l-manifattur jissodisfa l-obbligi tiegħu rigward il-konformità tal-produzzjoni;
“servizz tekniku” tfisser organizzazzjoni jew entità maħtura mill-awtorità tal-approvazzjoni ta’ Stat Membru bħala laboratorju tal-ittestjar, jew bħala entità għall-valutazzjoni tal-konformità biex iwettaq il-valutazzjoni inizjali u testijiet jew spezzjonijiet oħra, f’isem l-awtorità tal-approvazzjoni, fejn ikun possibbli li l-awtorità tal-approvazzjoni innifisha tmexxi dawn il-funzjonijiet;
“ittestjar mill-manifattur innifsu” tfisser it-twettiq ta’ testijiet fil-faċilitajiet tiegħu stess, ir-reġistrazzjoni tar-riżultati tat-testijiet u s-sottomissjoni ta’ rapport, inklużi l-konklużjonijiet, lill-awtorità tal-approvazzjoni minn manifattur li nħatar bħala servizz tekniku biex tiġi evalwata l-konformità ma’ ċerti rekwiżiti;
“metodu ta’ ttestjar virtwali” tfisser simulazzjonijiet bil-kompjuter, li tinkludi kalkoli, biex juru jekk vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jissodisfawx ir-rekwiżiti tekniċi ta’ att delegat adottat skont l-Artikolu 27(6) mingħajr ma jkun meħtieġ l-użu ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata fiżiċi;
“ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip” tfisser id-dokument li bih l-awtorità tal-approvazzjoni uffiċjalment tiċċertifika li tip ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jkunu ġew approvati;
“ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE” tfisser iċ-ċertifikat abbażi tal-mudell stabbilit fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont dan ir-Regolament jew il-formola ta’ komunikazzjoni stabbilita fir-Regolamenti relevanti tal-UNECE msemmija f’dan ir-Regolament jew fl-atti delegati adottati skont dan ir-Regolamentl;
“ċertifikat ta’ konformità” tfisser id-dokument maħruġ mill-manifattur, li jiċċertifika li l-vettura manifatturata tikkonforma mat-tip approvat ta’ vettura;
“sistema dijanjostika abbord” jew “sistema OBD” tfisser sistema għall-kontroll tal-emissjonijiet li tkun kapaċi tidentifika dik il-parti li x’aktarx tkun qed taħdem ħażin permezz ta’ kodiċijiet ta’ difetti maħżuna fil-memorja tal-kompjuter;
“informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura” tfisser kull informazzjoni meħtieġa għad-dijanjosi, il-manutenzjoni, l-ispezzjoni, il-monitoraġġ perjodiku, it-tiswija, l-ipprogrammar mill-ġdid jew l-inizjalizzazzjoni mill-ġdid tal-vettura u li l-manifattur jipprovdi lill-bejjiegħa awtorizzati u lil min isewwi, inklużi l-emendi u s-supplimenti kollha għal tali informazzjoni; dik l-informazzjoni tinkludi kull informazzjoni meħtieġa meta jintramaw tagħmir u partijiet fuq vetturi;
“operatur indipendenti” tfisser impriżi li mhumiex bejjiegħa awtorizzati u dawk li jsewwu li huma direttament jew indirettament involuti fit-tiswija u l-manutenzjoni ta’ vetturi bil-mutur, b’mod partikolari dawk li jsewwu, manifatturi jew distributuri ta’ tagħmir tat-tiswija, għodda jew komponenti ta’ rikambju, pubblikaturi ta’ informazzjoni teknika, assoċjazzjonijiet tal-karozzi, operaturi tal-assistenza fit-triq, operaturi li joffru servizzi ta’ spezzjoni u ttestjar, operaturi li joffru taħriġ għall-istallaturi, il-manifatturi dawl li jsewwi t-tagħmir fir-rigward ta’ vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv;
“vettura ġdida” tfisser vettura li qatt ma ġiet reġistrata qabel jew qatt ma ġiet imdaħħla fis-servizz;
“reġistrazzjoni” tfisser l-awtorizzazzjoni amministrattiva għad-dħul fis-servizz inkluż fit-triq ta’ vettura, li tinvolvi l-identifikazzjoni tal-vettura u l-ħruġ ta’ numru tas-serje għaliha, li għandu jkun magħruf bħala n-numru tar-reġistrazzjoni, kemm jekk għal perjodu permanenti, temporanju jew għal żmien qasir;
“tqegħid fis-suq” tfisser li vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, parti jew tagħmir isiru disponibbli għall-ewwel darba fl-Unjoni;
“dħul fis-servizz” tfisser l-ewwel użu, għall-iskop maħsub għaliha, fl-Unjoni, ta’ vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, parti jew tagħmir;
“importatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni, li tqiegħed fis-suq vettura, sistema, komponent, unita teknika separata, parti jew tagħmir minn pajjiż terz;
“distributur” tfisser kull persuna naturali jew ġuridika fil-katina tal-provvista, minbarra l-manifattur jew l-importatur, li jqiegħed fis-suq vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, parti jew tagħmir fis-suq;
“operatur ekonomiku” tfisser il-manifattur, ir-rappreżentant tal-manifattur, l-importatur jew id-distributur;
“sorveljanza tas-suq” tfisser l-attivitajiet li jsiru u l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali sabiex jiżguraw li l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati disponibbli fis-suq jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni armonizzata u ma jipperikolawx is-saħħa, is-sikurezza jew kwalunkwe aspett ieħor fl-interess tal-protezzjoni pubblika;
“awtorità tas-sorveljanza tas-suq” tfisser awtorità ta’ kull Stat Membru responsabbli għat-twettiq tas-sorveljanza tas-suq fit-territorju tiegħu;
“awtorità nazzjonali” tfisser awtorità tal-approvazzjoni jew kwalunkwe awtorità oħra involuta fis-sorveljanza tas-suq, il-kontroll tal-fruntieri jew ir-reġistrazzjoni fi Stat Membru u responsabbli minnhom fir-rigward ta’ vetturi, sistemi, komponenti, unitajiet tekniċi separati, partijiet jew tagħmir;
“disponibbiltà fis-suq” tfisser kwalunkwe forniment ta’ vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, parti jew tagħmir għad-distribuzzjoni jew l-użu fis-suq waqt attività kummerċjali, sew jekk bi ħlas sew jekk mingħajr ħlas;
‘tip ta’ vettura’ tfisser grupp ta’ vetturi, inkluż varjanti u verżjonijiet tal-istess kategorija, li mhumiex differenti tal-anqas fl-aspetti essenzjali li ġejjin:
“varjant” tfisser vetturi tal-istess tip li ma jkunux differenti tal-inqas fl-aspetti li ġejjin:
Għal tratturi:
Għal karrijiet jew tagħmir irmunkat interkambjabbli:
“vettura ibrida” tfisser vettura b’mill-inqas żewġ konvertituri tal-enerġija differenti u żewġ sistemi tal-ħżin tal-enerġija differenti (fil-vettura) għall-fini tal-propulsjoni tal-vettura;
“vettura elettrika ibrida” tfisser vettura, ligħall-fini tal-propulsjoni mekkanika, jieħu l-enerġija miż-żewġ sorsi li ġejjin ta’ enerġija/qawwa maħżuna fil-vettura ta’:
fjwuil li jiġi kkunsmat;
batterija, kapaċitatur, volant/ġeneratur jew tagħmir ieħor għall-ħażna tal-enerġija jew tal-qawwa elettrika;
Din id-definizzjoni tinklużi vetturi li jieħdu l-enerġija minn fjuwil konsumabbli biss għall-fini tal-iċċarġjar mill-ġdid tat-tagħmir tal-enerġija elettrika/il-ħażna tal-enerġija;
“vettura purament elettrika” tfisser vettura li titħaddem minn sistema ta’ tagħmir wieħed jew diversi għall-ħażna tal-enerġija elettrika, tagħmir wieħed jew diversi li jikkondizzjonaw il-qawwa elettrika u magna elettrika waħda jew bosta li jibdlu l-enerġija elettrika maħżuna f’enerġija mekkanika li tiġi provduta fir-roti għall-propulsjoni tal-vettura;
“verżjoni ta’ varjant” tfisser vetturi li jikkonsistu f’kombinazzjoni ta’ elememti murija fil-pakkett tal-informazzjoni msemmi fl-Artikolu 24(10).
Referenzi f’dan ir-Regolament għal rekwiżiti, proċeduri jew arranġamenti stipulati b’dan ir-Regolament għandhom jinqraw bħala referenzi għal tali rekwiżiti, proċeduri jew arranġamenti kif stipulati f’dan ir-Regolament u fl-atti delegati jew ta’ implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Kategoriji tal-vetturi
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, il-kategoriji tal-vetturi li ġejjin għandhom japplikaw:
“kategorija T” tinkludi t-tratturi bir-roti kollha; kull kategorija ta’ karru bir-roti deskritta f’punti 2 sa 8 hija issuplimentata fit-tmiem b’indiċi “a” jew “b”, skont il-veloċità skont id-disinn tal-karru:
“a” għal karrijiet b’veloċità massima skont id-disinn ta’ 40 km fis-siegħa jew anqas,
“b” għal karrijiet b’veloċità massima skont id-disinn ta’ aktar minn 40 km fis-siegħa;
“kategorija T1” tinkludi tratturi bir-roti, bl-eqreb fus lejn is-sewwieq li jkollu wisa' minima tat-track ta' mhux anqas minn 1 150 mm, b'massa mingħajr tagħbija, waqt il-mixi, ta' aktar minn 600 kg, u b'għoli mill-art ta' mhux aktar minn 1 000 mm; għal tratturi b'pożizzjoni reversibbli tas-sewwieq (is-sit reversibbli u r-rota tal-istering reversibbli), l-eqreb fus lejn is-sewwieq huwa dak li jkun mgħammar b'tajers bl-akbar dijametru;
“kategorija T2” tinkludi tratturi bir-roti b'wisa' minimu ta' track ta' anqas minn 1 150 mm, b'massa mingħajr tagħbija, waqt il-mixi, ta' aktar minn 600 kg u b'għoli mill-art ta' mhux aktar minn 600 mm; jekk l-għoli taċ-ċentru tal-gravità tat-trattur (iddeterminat skont l-istandard ISO 789-6:1982 u mkejjel f'relazzjoni mal-art) diviż bit-track medja minima għal kull fus jeċċedi 0,90, il-veloċità ddisinjata massima għandha tkun ristretta għall-30 km fis-siegħa;
“kategorija T3” tinkludi tratturi bir-roti mingħajr tagħbija, waqt it-tħaddim, ta’ mhux aktar minn 600 kg;
“kategorija T4” tinkludi tratturi bir-roti għal skopijiet partikolari;
“kategorija T4.1” (tratturi bi clearance għolja) tinkludi tratturi intiżi biex jaħdmu f’uċuħ tar-raba’ li jikbru fl-għoli p.e. dwieli. Ikollhom xażi jew sezzjoni tax-xażi mgħolli, li jippermettilhom li javvanzaw f’pożizzjoni parallella mal-wiċċ tar-raba’ bir-roti tax-xellug u tal-lemin fuq kull naħa ta’ filliera waħda jew aktar ta’ wċuħ. Huma intiżi biex iġorru għodod tat-tħaddim, li jistgħu jkunu mmuntati fuq quddiem, bejn il-fusijiet, fuq wara jew fuq pjattaforma. Meta t-trattur ikun f’pożizzjoni tat-tħaddim, il-clearance perpendikolari mill-art fuq il-fillieri tal-uċuħ jeċċedi l-1 000 mm. Meta l-għoli taċ-ċentru tal-gravità tat-trattur (imkejjel b’relazzjoni mal-art, bit-tajers normalment immuntati), diviż bit-track medja minima tal-fusijiet kollha jeċċedi 0,90, il-veloċità massima ddisinjata m’għandhiex teċċedi t-30 km fis-siegħa;
“kategorija T4.2” (tratturi b’wisa’ addizzjonali) tinkludi tratturi karatterizzati bid-dimensjonijiet kbar tagħhom, primarjament intiżi biex jaħdmu wċuħ tar-raba’ kbar;
“kategorija T4.3” (tratturi bi clearance baxxa) tinkludi tratturi four-wheel drive li t-tagħmir interkambjabbli tagħhom huwa maħsub għall-użu fl-agrikoltura jew fil-forestrija u li huma karatterizzati minn frejm ta’ sapport, huma mgħammrin b’power take-off waħda, jew aktar, ikollhom massa massima teknikamemt permessibbli ta’ mhux aktar minn 10 tunnellati, li għalihom il-proporzjon ta’ din il-massa mal-massa massima mingħajr tagħbija, waqt il-mixi, huwa ta’ inqas minn 2,5 u b’ċentru ta’ gravità, li jitkejjel b’relazzjoni mal-art bl-użu ta’ tajers li jiġu ffittjati normalment, ta’ inqas minn 850 mm;
“kategorija C” tinkludi tratturi li jpoġġu t-tracks bi propulsjoni minn tracks li ma jispiċċawx jew minn taħlita ta’ roti u tracks li ma jispiċċawx b’sottokategoriji definiti b’analoġija ma’ kategorija T;
“kategorija R” tinkludi karrijiet; kull kategorija ta’ karru deskritta fil-punti minn 11 sa 14 hija issuplimentata fit-tmiem minn indiċi “a” jew “b”, skont il-veloċità tad-disinn tal-karru:
“a” għal karrijiet b’veloċità ddisinjata massima ta’ 40 km fis-siegħa – jew anqas,
“b” għal karrijiet b’veloċità ddisinjata massima ta’ aktar minn 40 km fis-siegħa;
“kategorija R1” tinkludi karrijiet, li t-total tal-massa grossa teknikament permissibbli għal kull fus tagħhom ma jaqbiżx l-1 500 kg;
“kategorija R2” tinkludi karrijiet, li t-total tal-massa grossa teknikament permissibbli għal kull fus tagħhom jaqbeż l-1 500 kg iżda mhux it-3 500 kg;
“kategorija R3” tinkludi karrijiet, li t-total tal-massa grossa teknikament permissibbli għal kull fus tagħhom jaqbeż it-3 500 kg iżda mhux il-21 000 kg;
“kategorija R4” tinkludi karrijiet, li t-total tal-massa grossa teknikament permissibbli għal kull fus tagħhom jaqbeż il-21 000 kg;
“kategorija S” tinkludi tagħmir irmunkat interkambjabbli.
Kull kategorija ta’ tagħmir irmunkat interkambjabbli hija kkomplementata fit-tmien b’indiċi “a” jew “b”, skont il-veloċità ddisinjata tiegħu:
“a” għal tagħmir irmunkat interkambjabbli b’veloċità ddisinjata massima ta’ 40 km fis-siegħa – jew anqas,
“b” għal tagħmir irmunkat interkambjabbli b’veloċità ddisinjata massima ta’ 40 km fis-siegħa;
“kategorija S1” tinkludi tagħmir irmunkat interkambjabbli, li t-total tal-massa grossa teknikament permissibbli ma jaqbiżx it-3 500 kg;
“kategorija S2” tinkludi tagħmir irmunkat interkambjabbli, li t-total tal-massa grossa teknikament permissibbli jaqbeż it-3 500 kg;
KAPITOLU II
OBBLIGI ĠENERALI
Artikolu 5
Obbligi ta’ Stati Membri
In-notifika tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni u tas-sorveljanza tas-suq għandha tinkludi isimhom, l-indirizz - inkluż dak elettroniku - u l-qasam ta’ responsabilità tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista u d-dettalji tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni u tas-sorveljanza fuq is-sit elettroniku tagħha.
Artikolu 6
Obbligi tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni
Artikolu 7
Miżuri ta’ sorveljanza tas-suq
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jirrikjedu li l-operaturi ekonomiċi jagħmlu tali dokumentazzjoni u informazzjoni disponibbli skont kif ikun meqjus meħtieġ biex iwettqu l-attivitajiet tagħhom.
Fejn l-operaturi ekonomiċi jippreżentaw ċertifikati ta’ konformità, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom iqisu tali ċertifikati.
Artikolu 8
Obbligi tal-manifatturi
Artikolu 9
Obbligi tal-manifatturi rigward il-prodotti tagħho li mhumiex konformi jew li jippreżentaw riskju serju
Il-manifattur għandu jinforma minnufih lill-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni filwaqt li jagħtu dettalji, partikolarment dwar in-nuqqas ta’ konformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva li ttieħdet.
Artikolu 10
L-obbligi tar-rappreżentanti tal-manifattur fir-rigward tas-sorveljanza tas-suq
Ir-rappreżentant tal-manifattur għas-sorveljanza tas-suq għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jkun irċieva mill-manifattur. Dak il-mandat għandu jippermetti lil rappreżentant jagħmel tal-anqas dan li ġej:
ikollu aċċess għall-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 22 u ċ-ċertifikati ta’ konformità msemmija fl-Artikolu 33 sabiex huma jkunu jistgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni għal perjodu ta’ 10 snin wara t-tqegħid fis-suq ta’ vettura, u għal perjodu ta’ 5 snin wara t-tqegħid fis-suq għal sistema, komponent jew unità teknika separata;
fuq talba motivata minn awtorità tal-approvazzjoni, jipprovdi lil dik l-awtorità l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità tal-produzzjoni ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata;
jikkoopera mal-awtoritajiet tal-approvazzjoni jew tas-sorveljanza tas-suq, fuq it-talba tagħhom, dwar kull azzjoni meħuda biex telimina r-riskju li jirrappreżentaw vetturi, sistemi, komponenti, unitajiet tekniċi separati, partijiet jew tagħmir koperti mill-mandat tagħhom.
Artikolu 11
L-obbligu tal-importaturi
Artikolu 12
L-obbligi tal-importaturi rigward il-prodotti tagħhom li mhumiex konformi jew li jippreżentaw riskju serju
Artikolu 13
L-obbligu tad-distributuri
Artikolu 14
L-obbligi tad-distributuri rigward il-prodotti tagħhom li mhumiex konformi jew li jippreżentaw riskju serju
Artikolu 15
Każijiet fejn l-obbligi tal-manifatturi japplikaw għall-importaturi u d-distributuri
Importatur jew distributur għandu jitqies manifattur għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u għandu jkun soġġett għall-obbligi tal-manifattur skont l-Artikolu 8 sa 10, fejn l-importatur jew id-distributur jagħmel disponibbli fis-suq, jirreġistra jew ikun responsabbli għad-dħul fis-servizz ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata taħt ismu jew taħt il-marka kummerċjali tiegħu jew jimmodifika vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata b’tali mod li tista’ tiġi affettwata l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli.
Artikolu 16
L-identifikazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi
L-operaturi ekonomiċi għandhom, jekk mitluba, jidentifikaw dan li ġej lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni u tas-sorveljanza tas-suq, għal perjodu ta’ ħames snin:
kull operatur ekonomiku li jkun fornihom b’vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, parti jew tagħmir;
kull operatur ekonomiku li jkunu provdewlu vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, parti jew tagħmir.
KAPITOLU III
REKWIŻITI SOSTANTIVI
Artikolu 17
Rekwiżiti għas-sikurezza funzjonali tal-vetturi
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati jikkonformaw mar-rekwiżiti relevanti stipulati f’dan ir-Regolament, inklużi r-rekwiżiti li jirrigwardaw:
l-integrità tal-istruttura tal-vettura;
is-sistemi li jgħinu lis-sewwieq jikkontrolla l-vettura, partikolarment fir-rigward tas-sistemi ta’ steering u tal-ibbrekjar, inklużi s-sistemi avvanzati tal-brejkijiet anti-lock u s-sistemi elettroniċi tal-kontroll tal-istabilità;
is-sistemi li jipprovdu lis-sewwieq b’viżibbiltà u informazzjoni dwar l-istat tal-vettura u ż-żona tal-madwar, inklużi l-ħġieġ, il-mirja u s-sistemi ta’ informazzjoni għas-sewwieq;
is-sistemi ta’ dwal tal-vettura;
il-protezzjoni tal-okkupanti tal-vettura, inklużi l-fittings ta’ ġewwa, fejn tistrieħ ir-ras, iċ-ċintorini ta’ sikurezza, il-bibien tal-vettura;
l-estern u l-aċċessorji tal-vettura;
il-kompatibbiltà elettromanjetika;
l-apparat ta’ twissija li jinstema’;
is-sistemi tat-tisħin;
tagħmir li ma jħallix użu mhux awtorizzat;
is-sistemi ta’ identifikazzjoni tal-vettura;
il-piżijiet u d-dimensjonijiet;
is-sikurezza elettrika, inkluż l-elettriku statiku;
strutturi protettivi n-naħa ta’ wara;
protezzjoni laterali;
pjattaformi tat-tagħbija;
apparat tal-irmunkar;
tajers;
sistemi ta’ soppressjoni ta’ titjir;
ger tar-rivers;
tracks;
igganċjar mekkaniku, inkluż protezzjoni kontra problemi fl-iffittjar.
Dawn ir-rekwiżiti tekniċi dettaljati għandhom ikunu tali sabiex jiżdied, jew tal-anqas jinżamm, il-livell ta’ sikurezza funzjonali provdut mid-Direttivi msemmija fl-Artikolu 76(1) u l-Artikolu 77, u għandhom jiżguraw dan li ġej:
vetturi b’veloċità massima skont id-disinn ta’ mhux aktar minn 40 km/h għandhom livell ekwivalenti ta’ sikurezza funzjonali fir-rigward tal-prestazzjoni tal-brejk u, fejn jeħtieġ, sistemi ta’ brejkijiet anti-lock bħall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom;
il-pressjoni massima tal-kuntatt li ssir fuq is-superfiċje minn tajers jew tracks ma taqbiżx il-0,8 Mpa.
Artikolu 18
Rekwiżiti għas-sikurezzza okkupazzjonali
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati jikkonformaw mar-rekwiżiti relevanti stipulati f’dan ir-Regolament, inklużi r-rekwiżiti li jirrigwardaw:
strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib (“ROPS”);
strutturi ta’ protezzjoni kontra oġġetti li jaqgħu (“FOPS”);
sedili tal-passiġġieri;
l-esponiment tas-sewwieq għal-livell tal-ħoss;
is-sedil tas-sewwieq;
l-ispazju għall-manuvrar u l-aċċess għall-pożizzjoni tas-sewqan, inkluż il-protezzjoni kontra ż-żliq, it-tfixkil fis-saqajn jew il-waqgħat;
power take-offs;
protezzjoni tal-komponenti tas-sewqan;
ankoraġġi għaċ-ċintorini ta’ sikurezza;
ċintorini ta’ sikurezza;
protezzjoni tas-sewwieq kontra oġġetti penetranti (Operator Protection Structures, “OPS”);
protezzjoni tas-sewwieq kontra sustanzi perikolużi;
protezzjoni mill-esponiment għall-partijiet jew għall-materjali f’temperaturi estremi;
manwal tal-operaturi;
kontrolli, inklużi s-sikurezza u d-disponibbiltà ta’ sistemi ta’ kontroll, ta’ emerġenza u tagħmir ta’ twaqqif awtomatiku;
protezzjoni minn perikli mekkaniċi, minbarra dawk imsemmija fil-punti 8.2(a), (b), (g) u (k), inkluż il-protezzjoni kontra wċuħ raffi, truf u angoli li jaqtgħu, il-ksur ta’ pajpijiet li fihom fluwidi u l-moviment mhux kontrollat tal-vettura;
it-tħaddim u l-manutenzjoni, inkluż it-tindif sikur tal-vettura;
ilqugħ u apparat ta’ protezzjoni;
informazzjoni, avviżi u marki;
materjali u prodotti;
batteriji.
Dawk ir-rekwiżiti tekniċi dettaljati għandhom ikunu tali li jżidu jew tal-anqas iżommu l-livell ta’ sikurezza okkupazzjonali provduta mid-Direttivi msemmija fl-Artikolu 76(1) u l-Artikolu 77, filwaqt li jqisu l-ergonomija (inkluż l-użu ħażin prevedibbli, il-kapaċità tal-użu ta’ sistemi ta’ kontroll, l-aċċessibilità tal-kontrolli sabiex tiġi evitata l-attivazzjoni mhux intenzjonata tagħhom, l-adattament tal-interface bejn il-persuna u l-vettura għall-karatteristiċi prevedibbli tas-sewwieq u l-intervent tal-operatur), l-istabilità u s-sikurezza kontra n-nar.
Artikolu 19
Rekwiżiti għall-prestazzjoni ambjentali
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati jikkonformaw mar-rekwiżiti relevanti stipulati f’dan ir-Regolament, inklużi r-rekwiżiti li jirrigwardaw:
emissjonijiet li jniġġsu;
livelli ta’ ħsejjes minn barra.
Għall-finijiet tat-tqegħid fis-suq, ir-reġistrazzjoni jew id-dħul fis-servizz ta' tratturi tal-kategoriji T2, T4.1 u C2, il-magni fil-medda tal-potenza 56 — 130 kW li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Istadju IIIB għandhom jitqiesu bħala magni ta' transizzjoni kif definiti fil-punt (32) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2016/1628.
Il-valuri ta’ limitu għal-livelli speċifiċi esterni ta’ ħsejjes ma jistgħux jaqbżu l-livelli li ġejjin:
89 dB(A) għal tratturi bir-roti mingħajr tagħbija, waqt it-tħaddim, ta’ mhux aktar minn 1 500 kg;
85 dB(A) għal tratturi bir-roti mingħajr tagħbija, waqt it-tħaddim, ta’ mhux aktar minn 1 500 kg.
Huma għandhom jitkejlu skont il-proċeduri tat-testijiet stabbiliti fl-atti delegati msemmija fil-paragrafu 6.
Dawk ir-rekwiżiti tekniċi speċifiċi għandhom ikunu tali li jiżdied, jew tal-anqas jinżamm kif inhu, il-livell ta’ prestazzjoni ambjentali previst fid-Direttivi msemmija fl-Artikolu 76(1) u, fejn applikabbli, l-Artikolu 77.
B'deroga mill-prinċipju stipulat fit-tieni subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li, sal-31 ta' Diċembru 2016, temenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/96 ( 3 ), sabiex:
għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal tratturi tal-kategoriji T2, T4.1 u C2, il-perijodu ta' posponiment stipulat fl-Artikolu 11(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/96 huwa ta' erba' snin; u
taħt l-iskema ta' flessibbiltà msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/96, il-flessibbiltà permessa skont il-punt 1.1.1 tal-Anness V għal dak ir-Regolament Delegat jiżdied għal 150 % għal tratturi tal-kategoriji T2, T4.1 u C2.
KAPITOLU IV
PROĊEDURI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE
Artikolu 20
Proċeduri għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE
Meta jkun qed japplika għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura sħiħa, il-manifattur jista’ jagħżel waħda mill-proċeduri li ġejjin:
approvazzjoni tat-tip stadju wara l-ieħor;
approvazzjoni tat-tip fi stadju wieħed;
approvazzjoni tat-tip imħallta.
Barra minn dan, il-manifattur jista’ jagħżel l-approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji.
Għandha tapplika biss il-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip fi stadju wieħed għall-approvazzjoni tat-tip ta’ sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati.
Approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji għandha tingħata fir-rigward ta’ tip ta’ vettura mhux kompleta jew kompleta li jikkonforma mal-partikolaritajiet fil-folder ta’ informazzjoni previst fl-Artikolu 22 u li jissodisfa r-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fl-atti relevanti elenkati fl-Anness I, wara li jiġi kkunsidrat l-istat tal-ikkompletar tal-vettura.
Artikolu 21
Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip
Artikolu 22
Folder ta’ informazzjoni
Dan il-folder ta’ informazzjoni għandu jinkludi dan li ġej:
dokument ta’ informazzjoni;
id-dejta, it-tpinġijiet, ir-ritratti kollha u l-informazzjoni l-oħra kollha;
għall-vetturi, indikazzjoni tal-proċedura/i magħżula skont l-Artikolu 20(1);
kwalunkwe informazzjoni addizzjonali mitluba mill-awtorità għall-approvazzjoni tat-tip fil-kuntest tal-proċedura ta’ applikazzjoni.
Artikolu 23
Rekwiżiti speċifiċi biex tiġi provduta informazzjoni fl-applikazzjoni tat-tip skont proċeduri differenti
Fil-każ tal-approvazzjoni tat-tip ta’ sistema, komponent jew unità teknika separata, skont l-atti applikabbli elenkati fl-Anness I, l-awtorità tal-approvazzjoni għandu jkollha aċċess għall-folder ta’ informazzjoni relatat sa dakinhar li l-approvazzjoni tingħata jew inkella tiġi rifjutata.
Bla ħsara għall-paragrafi 1, 2 u 3, l-informazzjoni li ġejja għandha tingħata għal skopijiet ta’ approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji:
fl-ewwel stadju, dawk il-partijiet tal-folder ta’ informazzjoni u ċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE li huma relevanti għall-istat ta’ kompletezza ta’ vettura bażika;
fit-tieni stadju u f’dawk sussegwenti, dawk il-partijiet tal-folder ta’ informazzjoni u ċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE li huma relevanti għall-istadju kurrenti tal-kostruzzjoni, flimkien ma’ kopja taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-vettura maħruġ fl-istadju preċedenti tal-kostruzzjoni u dettalji kompleti dwar kwalunkwe kambjament jew żieda li l-manufattur ikun għamel lill-vettura.
L-informazzjoni speċifikata fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu tista’ tingħata f’konformità mal-paragrafu 3.
KAPITOLU V
TWETTIQ TA’ PROĊEDURI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE
Artikolu 24
Dispożizzjonijiet Ġenerali
Artikolu 25
Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE
Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandu jikkonsisti f’dan li ġej, f’forma ta’ hemżiet:
il-pakkett ta’ informazzjoni msemmi fl-Artikolu 24(10);
il-folja tar-riżultati tat-testijiet;
l-isem/l-ismijiet u l-kampjun(i) tal-firma/firem tal-persuna jew persuni awtorizzati li jiffirmaw iċ-ċertifikati ta’ konformità u dikjarazzjoni tal-kariga tagħhom fil-kumpanija;
fil-każ ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ vettura sħiħa tal-UE, kampjun mimli taċ-ċertifikat tal-konformità.
Fir-rigward ta’ kull tip ta’ vettura, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha:
timla s-sezzjonijiet relevanti kollha taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, inkluża l-folja mehmuża miegħu li fuqha jkun hemm ir-riżultati tat-testijiet;
tħejji l-indiċi għall-pakkett ta’ informazzjoni;
toħroġ ċertifikat komplut, flimkien mal-hemżiet tiegħu, lill-applikant mingħajr dewmien.
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-mudell għall-folja tar-riżultati tat-testijiet imsemmija fil-punt (a) permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 69(2). L-ewwel sett ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat sal-31 ta’ Diċembru 2014.
Artikolu 26
Dispożizzjonijiet speċifiċi li jirrigwardaw is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati
F’każijiet bħal dawn, iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandu jispeċifika kwalunkwe restrizzjoni dwar l-użu tal-komponent jew tal-unità teknika separata u għandu jindika l-kundizzjonijiet speċjali għall-immuntar tagħhom.
Meta tali komponent jew unità teknika separata jkunu mmuntati minn manifattur tal-vetturi, il-konformità ma’ kwalunkwe restrizzjoni applikabbli fuq l-użu jew il-kundizzjonijiet għall-immuntar għandha tiġi vverifikata meta l-vettura tiġi approvata.
Artikolu 27
Testijiet meħtieġa għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE
Il-proċeduri għall-ittestjar imsemmija fl-ewwel subparagrafu u t-tagħmir u l-għodod speċifiċi maħsuba għat-twettiq ta’ dawk it-testijiet għandhom ikunu dawk stipulati fl-atti relevanti li ġew elenkati fl-Anness I.
Il-format tar-rapport tal-ittestjar għandu jkun konformi mar-rekwiżiti ġenerali kif stipulati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 69(2). L-ewwel sett ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati sal-31 ta’ Diċembru 2014.
Madankollu, il-manifattur jista’ jagħżel, bi ftehim mal-awtorità tal-approvazzjoni, vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata li, filwaqt li ma jirrappreżentawx it-tip li għandu jiġi approvat, jikkombinaw numru ta’ karatteristiċi mill-aktar sfavorevoli fir-rigward tal-livell mistenni ta’ prestazzjoni. Metodi virtwali għall-ittestjar jistgħu jintużaw bħala għajnuna għat-teħid tad-deċiżjonijiet matul il-proċess ta’ selezzjoni.
Artikolu 28
Konformità mal-arranġamenti għall-produzzjoni
KAPITOLU VI
EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET TAT-TIP TAL-UE
Artikolu 29
Dispożizzjonijiet ġenerali
Dik l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tiddeċiedi liema mill-proċeduri stipulati fl-Artikolu 30 għandha tiġi segwita.
Fejn huwa neċessarju, jista’ jagħti l-każ li l-awtorità tal-approvazzjoni tiddeċiedi, wara li tikkonsulta mal-manifattur, li għandha tingħata approvazzjoni tat-tip tal-UE ġdida.
Il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 30 għandhom japplikaw biss jekk, abbażi ta’ dawk l-ispezzjonijet jew testijiet, l-awtorità tal-approvazzjoni tikkonkludi li r-rekwiżiti għal approvazzjoni tat-tip tal-UE qed ikomplu jiġu ssodisfati.
Artikolu 30
Reviżjonijiet u estensjonijiet tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE
F’każijiet bħal dawn, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha toħroġ il-paġna riveduta tal-pakkett tal-informazzjoni kif meħtieġ, u timmarka kull paġna riveduta biex tiġi mmarkata b’mod ċar in-natura tal-kambjament u d-data tal-ħruġ mill-ġdid. Verżjoni kkonsolidata u aġġornata tal-pakkett tal-informazzjoni, flimkien ma’ deskrizzjoni dettaljata tal-kambjamenti, għandha titqies bħala waħda li tissodisfa dan ir-rekwiżit.
L-emenda għandha tibda’ tissejjaħ “estensjoni” meta d-dettalji rreġistrati fil-pakkett tal-informazzjoni jkunu nbidlu u jkun hemm waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet:
aktar spezzjonijiet jew testijiet ikunu meħtieġa;
xi informazzjoni dwar iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, bl-eċċezzjoni tal-hemżiet tiegħu, tkun inbidlet;
isiru applikabbli rekwiżiti ġodda taħt kwalunkwe att elenkat fl-Anness I għat-tip ta’ vettura approvata jew għas-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata approvati.
Fil-każ ta’ estensjoni, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha toħroġ ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE rivedut, denotat b’numru tal-estensjoni, miżjud skont in-numru ta’ estensjonijiet suċċessivi li ngħataw diġà. Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni għandu juri b’mod ċar ir-raġuni għall-estensjoni u d-data tal-ħruġ mill-ġdid.
Artikolu 31
Il-ħruġ u n-notifikazzjoni tal-emendi
KAPITOLU VII
VALIDITÀ TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE
Artikolu 32
Tmiem tal-validità
Approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vettura ma tibqax valida fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
rekwiżiti ġodda fi kwalunkwe att applikabbli għat-tip ta’ vettura approvata jsiru mandatorji għat-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq, ir-reġistrazzjoni, id-dħul fis-servizz ta’ vetturi, u ma jkunx possibbli li tiġi aġġornata l-approvazzjoni tat-tip skont dawn;
il-produzzjoni tal-vettura approvata titwaqqaf definittivament b’mod volontarju;
il-validità tal-approvazzjoni tiskadi minħabba restrizzjoni bi qbil mal-Artikolu 35(6);
l-approvazzjoni ġiet irtirata skont l-Artikolu 28(5), l-Artikolu 44(1) jew l-Artikolu 47(4).
Meta tirċievi n-notifikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun ħarġet l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-vettura għandha tinforma lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra kif suppost fi żmien xahar.
L-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha, mingħajr dewmien, tikkomunika l-informazzjoni relevanti kollha lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra biex, fejn hu possibbli, ikun jista’ jiġi applikat l-Artikolu 39.
Il-komunikazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu għandha tispeċifika, b’mod partikolari, id-data tal-produzzjoni u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura tal-aħħar vettura li tkun ġiet prodotta.
KAPITOLU VIII
ĊERTIFIKAT TA’ KONFORMITÀ U MARKINGS
Artikolu 33
Ċertifikat ta’ konformità
Tali ċertifikat għandu jinħareġ flimien mal-vettura mingħajr ħlas lix-xerrej. Il-ħruġ tiegħu m’għandux ikun jiddipendi minn talba espliċita jew mis-sottomissjoni ta’ informazzjoni addizzjonali lill-manifattur.
Fuq talba ta’ sid il-vettura, il-manifattur tal-vettura għandu, waqt perjodu ta’ għaxar snin wara d-data tal-produzzjoni, joħroġ kopja taċ-ċertifikat ta’ konformità lis-sid tal-vettura, bi ħlas li ma jaqbiżx l-ispiża tal-ħruġ tiegħu. Il-kelma “kopja” għandha tkun tidher b’mod ċar fuq in-naħa ta’ quddiem ta’ kull ċertifikat idduplikat.
Artikolu 34
Pjanċa statutorja bl-immarkar xieraq tal-vetturi u l-marka tal-approvazzjoni tat-tip ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati
Fejn tali marka tal-approvazzjoni tat-tip ma tkunx mitluba, il-manifattur għandu tal-anqas iwaħħal l-isem jew il-marka kummerċjali tal-manifattur, in-numru tat-tip jew in-numru ta’ identifikazzjoni.
KAPITOLU IX
EŻENZJONIJIET GĦAL TEKNOLOĠIJI ĠODDA JEW KUNĊETTI ĠODDA
Artikolu 35
Eżenzjonijiet għal teknoloġiji ġodda jew kunċetti ġodda
L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti approvazzjoni tat-tip tal-UE, msemmija fil-paragrafu 1 meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
l-applikazzjoni ssemmi r-raġunijiet għaliex it-teknoloġiji jew il-kunċetti kkonċernati jagħmlu s-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata inkompatibbli ma’ att wieħed jew aktar elenkati fl-Anness I;
l-applikazzjoni tiddeskrivi l-implikazzjonijiet ta’ sikurezza u dawk ambjentali tat-teknoloġija l-ġdida u l-miżuri meħuda biex jiġi żgurat, tal-inqas, livell indaqs ta’ sikurezza u protezzjoni ambjentali bħal dak provdut mir-rekwiżiti li huma l-bażi tal-eżenzjoni rikjesta;
deskrizzjonijiet u riżultati tat-testijiet huma ppreżentati u jservu ta’ prova li l-kundizzjoni fil-punt (b) tiġi ssodisfata.
In-natura proviżorja u l-validità territorjali limitata għandhom jidhru fl-intestatura taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip u fl-intestatura taċ-ċertifikat ta’ konformità. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tipprovdi mudelli armonizzati għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip u ċ-ċertifikat ta’ konformità għall-iskopijiet ta’ dan il-paragrafu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhomikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 69(2).
Madankollu, vetturi manifatturati f’konformità mal-approvazzjoni proviżorja qabel ma tiskadi l-validità tagħhom jistgħu jitqiegħdu fis-suq, jiġu rreġistrati jew jidħlu fis-servizz fi kwalunkwe Stat Membru li jkun aċċetta l-approvazzjoni proviżorja.
Artikolu 36
Ħtiġijiet sussegwenti għall-adozzjoni ta’ atti delegati u ta’ implimentazzjoni
F’każ li l-eżenzjoni skont l-Artikolu 35 tkun assoċjata ma’ regolament tal-UNECE, il-Kummissjoni għandha tipproponi emenda għar-regolament rilevanti tal-UNECE f’konformità mal-proċedura applikabbli skont il-Ftehim Rivedut 1958 dwar l-adozzjoni ta’ preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, it-tagħmir u l-partijiet li jistgħu jintramaw u/jew jiġu użati fuq vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet.
Jekk il-passi meħtieġa biex jiġu adattati l-atti delegati jew ta’ implimentazzjoni ma jkunux ittieħdu, il-Kummissjoni tista’, fuq talba tal-Istat Membru li ta l-approvazzjoni, tawtorizza permezz ta’ deċiżjoni fil-forma ta’ att ta’ implimentazzjoni adottata f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 69(2), l-Istat Membru biex jestendi l-approvazzjoni tat-tip.
KAPITOLU X
VETTURI PRODOTTI F’SERJE ŻGĦIRA
Artikolu 37
Approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ serje żgħira
Għall-approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ serje żgħira l-awtorità tal-approvazzjoni għandha, jekk ikun hemm raġunijiet validi għal dan, tneħħi dispożizzjoni waħda jew aktar tal-atti elenkati fl-Anness I, kemm-il darba hija tkun speċifikat rekwiżiti alternattivi.
KAPITOLU XI
TQEGĦID GĦAD-DISPONIBILITÀ FIS-SUQ, REĠISTRAZZJONI, JEW DĦUL FIS-SERVIZZ
Artikolu 38
Tqegħid għad-disponibiltà fis-suq, reġistrazzjoni jew dħul fis-servizz ta’ vetturi
Fil-każ ta’ vetturi inkompleti, it-tqegħid għad-disponibbiltà fis-suq jew id-dħul fis-servizz ta’ dawn il-vetturi huwa permess, iżda l-awtoritajiet responsabbli mir-reġistrazzjoni tal-vetturi tal-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li jippermettu r-reġistrazzjoni u l-użu fit-triq ta’ tali vetturi.
Artikolu 39
Tqegħid għad-disponibiltà fis-suq, reġistrazzjoni jew dħul fis-servizz ta’ vetturi ta’ serje mitmuma
L-ewwel subparagrafu għandu japplika biss għal vetturi fit-territorju tal-Unjoni li kienu koperti b'approvazzjoni tat-tip tal-UE valida fil-mument tal-produzzjoni tagħhom, iżda li la kienu ġew irreġistrati u lanqas iddaħħlu fis-servizz qabel ma dik l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tilfet il-validità tagħha.
L-awtorità nazzjonali kkonċernata għandha tiddeċiedi, fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi talba bħal din, jekk tippermettix ir-reġistrazzjoni ta’ dawk il-vetturi fit-territorju tagħhom.
Artikolu 40
It-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq jew id-dħul fis-servizz ta’ komponenti u unitajiet tekniċi separati
KAPITOLU XII
KLAWSOLI TA’ SALVAGWARDJA
Artikolu 41
Il-proċedura biex jiġu trattati vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li jippreżentaw riskju serju fil-livell nazzjonali
Fejn, matul dik l-evalwazzjoni, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat din l-approvazzjoni issib li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata ma jkunux konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, għandha mingħajr dewmien jesiġu li l-operatur ekonomiku relevanti jieħu l-miżuri korrettivi adegwati kollha biex vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jsiru konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti, biex vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jiġu rtirati mis-suq, jew jissejħu lura f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, li jkun jaqbel man-natura tar-riskju.
L-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika għall-miżuri msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
L-informazzjoni mogħtija għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, partikolarment id-dejta neċessarja għall-identifikazzjoni ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata mhux konformi, l-oriġini tagħhom, in-natura tal-allegat nuqqas ta’ konformità u r-riskju involut, in-natura u t-tul tal-miżuri nazzjonali meħuda u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku relevanti. B’mod partikolari, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jindikaw jekk in-nuqqas ta’ konformità jkunx dovut għal waħda minn dawn ir-raġunijiet li ġejjin:
vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata ma jissodisfawx ir-rekwiżiti marbuta mas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, il-ħarsien tal-ambjent jew ma’ aspetti oħra tal-ħarsien tal-interessi pubbliċi koperti minn dan ir-Regolament;
nuqqasijiet fl-atti relevanti elenkati fl-Anness I.
Artikolu 42
Proċedura ta’ protezzjoni tal-Unjoni
Il-Kummissjoni għandha tikkomunika d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u lill-operatur ekonomiku jew l-operaturi ekonomiċi relevanti.
Meta l-miżura nazzjonali titqies ġustifikata u tiġi attribwita għan-nuqqasijiet f’dan ir-Regolament jew fl-atti delegati jew ta’ implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipproponi miżuri xierqa kif ġej:
f’dak li jirrigwarda l-atti delegati jew ta’ implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipproponi l-emendi meħtieġa għall-att ikkonċernat;
fejn huma kkonċernati Regolamenti tal-UNECE, il-Kummissjoni għandha tipproponi l-abbozz tal-emendi meħtieġa għar-Regolamenti relevanti tal-UNECE bi qbil mal-proċedura applikabbli skont il-Ftehim tal-1958 Rivedut.
Artikolu 43
Vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati konformi li jippreżentaw riskju serju
Artikolu 44
Vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati mhux konformi mat-tip approvat
L-awtorità tal-approvazzjoni għandha titlob lill-awtorità tal-approvazzjoni, li tat lis-sistema, lill-komponent, lill-unità teknika separata jew lill-vettura mhux kompleta l-approvazzjoni tat-tip tal-UE, tieħu l-azzjoni meħtieġa biex tiżgura li vetturi fi produzzjoni jinġiebu mill-ġdid f’konformità mat-tip approvat fil-każijiet li ġejjin:
għal approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vettura, fejn in-nuqqas ta’ konformità ta’ vettura huwa attribwibbli esklużivament għan-nuqqas ta’ konformità ta’ sistema, komponent jew unità teknika separata;
għal approvazzjoni tat-tip ta’ diversi stadji, fejn in-nuqqas ta’ konformità ta’ vettura kompleta huwa attribbwibbli esklużivament għan-nuqqas ta’ konformità ta’ sistema, komponent jew unità teknika separata li tifforma parti mill-vettura mhux kompleta, jew għan-nuqqas ta’ konformità tal-vettura mhux kompleta fiha nnifisha.
L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jinfurmaw lil xulxin fi żmien xahar bi kwalunkwe rtirar ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE u bir-raġunijiet għal dan.
Artikolu 45
It-tqegħid fis-suq u d-dħul fis-servizz ta’ komponenti jew tagħmir li jistgħu jippreżentaw riskju serju għall-funzjonament korrett ta’ sistemi essenzjali
Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni u tfassal lista ta’ tali komponenti jew tagħmir fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, u partikolarment l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar:
is-serjetà tar-riskju għas-sikurezza jew għall-prestazzjoni ambjentali tal-vetturi mmuntati bil-komponenti u t-tagħmir inkwistjoni;
l-effett possibbli tal-impożizzjoni, skont dan l-Artikolu, ta’ talba ta’ awtorizzazzjoni possibbli fil-każ ta’ komponenti u tagħmir fuq il-konsumaturi u l-manifatturi fis-suq ta’ wara.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 69(2).
Artikolu 46
Komponenti jew tagħmir li jistgħu jippreżentaw riskju serju sinifikanti għall-funzjonament korrett ta’ sistemi essenzjali – rekwiżiti relatati
Fuq talba tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-awtorizzazzjoni għandha, fi żmien xahar minn meta tirċievi din it-talba, tibgħat lill-awtorità l-oħra kopja taċ-ċertifikat tal-awtorizzazzjoni flimkien mal-annessi permezz ta’ sistema ta’ skambju elettronika sikura komuni. Il-kopja tista’ wkoll tieħu l-forma ta’ fajl eletroniku sikur.
Meta l-awtorità tal-approvazzjoni tkun sodisfatta, b’kunsiderazzjoni tar-rapport tat-test u evidenza oħra, li l-komponenti jew it-tagħmir inkwistjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 45(4), hi għandha tawtorizza l-komponenti jew it-tagħmir li għandu jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni u jiġi mdaħħal fis-servizz, soġġett għat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.
L-awtorità ta’ approvazzjoni għandha toħroġ ċertifikat lill-manifattur mingħajr dewmien.
Il-manifattur għandu jkun responsabbli biex jiġi żgurat li l-komponenti jew it-tagħmir huma prodotti u se jibqgħu jiġu prodotti taħt il-kundizzjonijiet li taħthom inħarġet l-awtorizzazzjoni.
Fejn l-awtorità tal-approvazzjoni ssib li l-kundizzjonijiet għall-ħruġ tal-awtorizzazzjoni mhumiex iżjed issodisfati, hi għandha titlob lill-manifattur jieħu l-miżuri neċessarji biex jiżgura li l-komponenti jew it-tagħmir jinġabu lura f’konformità. Jekk meħtieġ għandha tirtira l-awtorizzazzjoni.
Artikolu 47
Ġabra lura ta’ vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati
L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jiżguraw li r-rimedji jiġu implimentati b’mod effikaċi fit-territorji rispettivi tagħhom.
L-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha mbagħad tinforma lill-manifattur. Jekk il-manifattur ma jipproponix u ma jimplimentax miżuri effettivi u korrettivi, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tieħu l-miżuri protettivi kollha meħtieġa, inkluż l-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE. Fil-każ li tiġi rtirata l-approvazzjoni tat-tip tal-UE, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha fi żmien xahar minn tali rtirar tinforma lill-manifattur, lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra rreġistrata jew mezzi elettroniċi ekwivalenti.
Artikolu 48
Notifika ta’ deċiżjonijiet u rimedji disponibbli
KAPITOLU XIII
REGOLAMENTI INTERNAZZJONALI
Artikou 49
Regolamenti UNECE meħtieġa għal approvazzjoni tat-tip tal-UE
Dak l-att delegat għandu jispeċifika wkoll id-dati tal-applikazzjoni obbligatorja tar-regolament UNECE jew tal-emendi għalih u għandu jinkludi dispożizzjonijiet tranżitorji meta jkun xieraq.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati separati li jirriflettu l-applikazzjoni mandatorja tar-regolamenti UNECE.
Artikolu 50
Rikonoxximent ta’ rapporti tal-ittestjar tal-OECD għall-fini tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE
KAPITOLU XIV
FORNIMENT TA’ INFORMAZZJONI TEKNIKA
Artikolu 51
Informazzjoni intiża għall-utenti
Artikolu 52
Informazzjoni intiża għal manifatturi ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati
Il-manifattur tal-vettura jista’ jimponi ftehim vinkolanti fuq il-manifatturi ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati biex jipproteġi l-kunfidenzjalità ta’ kwalunkwe informazzjoni li mhix fl-isfera pubblika, inkluż dak li hu relatat mad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.
Fejn att delegat adottati skont dan ir-Regolament jirrikjedi dan, il-manifattur tal-komponenti jew tal-unitajiet tekniċi separati prodotti għandu jipprovdi, flimkien mal-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati, struzzjonijet rigward restrizzjonijiet fuq l-użu jew il-kundizzjonijiet speċjali ta’ mmuntar jew it-tnejn.
KAPITOLU XV
L-AĊĊESS GĦALL-INFORMAZZJONI DWAR IT-TISWIJA U L-MANUTENZJONI
Artikolu 53
Obbligi tal-manifatturi
Is-softwer importanti għall-funzjonament korrett tas-sistema ta’ kontroll tas-sikurezza u ambjentali jista’ jiġi protett kontra manipulazzjonijiet mhux awtorizzati. Madankollu, xi manipulazzjoni ta’ dawn is-sistemi hija meħtieġa għat-tiswija u l-manutenzjoni, jew li tkun aċċessibbli għal negozjanti awtorizzati jew min isewwi, għandha ssir aċċessibbli wkoll għall-operaturi indipendenti b’mod li ma jkunx diskriminatorju.
Il-manifatturi għandhom jipprovdu aċċess li ma jkunx diskriminatorju għall-materjal ta’ taħriġ u għall-istrumenti ta’ ħidma relevanti lill-bejjiegħa awtorizzati, min isewwi u lill-operaturi indipendenti. Dan l-aċċess għandu jinkludi, fejn dan ikun japplika, taħriġ adegwat fir-rigward tat-tniżżil ta’ softwer, il-ġestjoni tal-kodiċi tal-problemi dijanjostiċi u l-użu tal-istrumenti tax-xogħol.
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-informazzjoni msemmija hemmhekk għandha tinkludi dan li ġej:
it-tip u l-mudell tat-trattur;
identifikazzjoni mingħajr ekwivoku tal-vettura;
il-manwali tal-manutenzjoni, inklużi rekords dwar tiswija u manutenzjoni u skedi tas-servizz;
il-manwali tekniċi u informazzjoni dwar is-servizz tekniku;
l-informazzjoni dwar il-komponenti u d-dijanjosi (bħal valuri teoretiċi minimi u massimi ta’ kejl);
il-pjanti tal-wiring;
il-kodiċijiet tad-dijanjostika tal-ħsarat, inklużi kodiċijiet speċifiċi tal-manifattur;
l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tinstalla software ġdid jew aġġornat fuq vettura ġdida jew tip ta’ vettura (per eżempju in-numru tal-komponent tas-softwer);
l-informazzjoni li tikkonċerna, u tkun twasslet permezz ta’ għodda u tagħmir ta’ sjieda;
l-informazzjoni tar-reġistrazzjoni tad-dejta, id-dejta tal-ittestjar u informazzjoni teknika oħra (bħal dejta bidirezzjonali ta’ monitoraġġ, jekk japplikaw għat-teknoloġija użata);
unitajiet ta’ ħidma standard jew perjodi ta’ żmien għal xogħlijiet ta’ tiswija u manutenzjoni jekk ikunu tqiegħdu għad-dispożizzjoni direttament jew permezz ta’ parti terza, ta’ negozjanti awtorizzati tal-manifatturi u min isewwi.
F’każ li din l-informazzjoni tkun għadha mhix disponibbli jew tkun għadha ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament li huma applikabbli meta ssir applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-UE jew nazzjonali, il-manifattur għandu jipprovdiha fi żmien sitt xhur mid-data tal-approvazzjoni.
Il-Kummissjoni tista’ tadotta att ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi mudell ta’ ċertifikat dwar l-aċċess għal vettura OBD u informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni li jipprovdu tali prova ta’ konformità mal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip. Dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 69(2).
Artikolu 54
Obbligi fir-rigward ta’ detenturi diversi ta’ approvazzjoni tat-tip
Fil-każ tal-approvazzjoni tat-tip pass b’pass, l-approvazzjoni tat-tip imħallta u l-approvazzjoni tat-tip li ssir fi stadji differenti, il-manifattur responsabbli mill-approvazzjoni tat-tip rispettiva għandu jkun responabbli wkoll li jikkomunika informazzjoni dwar it-tiswija marbuta ma’ sistema, komponenti, unità teknika separata partikolari jew ma’ stadju partikolari kemm lill-manifattur finali kif ukoll lill-operaturi indipendenti.
Il-manifattur finali għandu jkun responsabbli għall-provvista tal-informazzjoni dwar il-vettura sħiħa lill-operaturi indipendenti.
Artikolu 55
Ħlasijiet mitluba għal aċċess għal informazzjoni dwar tiswija u manutenzjoni tal-vettura
Artikolu 56
Forum dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni dwar il-Vetturi
Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet imwettqa mill-Forum dwar l-Aċċess għall-informazzjoni dwar il-Vetturi stabbilit skont l-Artikolu 13(9) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tal-18 ta’ Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjoniijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura ( 5 ) għandu jiġi estiż għall-vetturi koperti minn dan ir-Regolament.
Fuq il-bażi ta’ evidenza ta’ użu ħażin bi ħsieb, jew mhux intenzjonat tal-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u tal-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, il-Forum imsemmi fl-ewwel paragrafu għandu jagħti parir lill-Kummissjoni dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu biex ma jsirx użu ħażin tal-informazzjoni bħal dan.
KAPITOLU XVI
GĦAŻLA U NOTIFIKA TA’ SERVIZZI TEKNIĊI
Artikolu 57
Rekwiżiti marbuta mas-servizzi tekniċi
Korp li jkun parti minn xi assoċjazzjoni kummerċjali jew federazzjoni professjonali li tirrappreżenta l-intrapriżi involuti fid-disinn, il-manifattura, il-provvista, l-immuntar, l-użu jew il-manutenzjoni ta’ vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li huwa jevalwa, jittestja jew jispezzjona, jista’, bil-kondizzjoni li jintwerew l-indipendenza tiegħu u n-nuqqas ta’ kull konflitt ta’ interess, jitqies li jissodisfa r-rekwiżiti tal-ewwel subparagrafu.
Servizz tekniku għandu jiżgura li l-attivitajiet tas-sussidjarji jew tas-subkuntratturi tagħhom ma jippreġudikawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività jew l-imparzjalità tal-kategoriji tal-attivitajiet li għalihom ġew maħtura.
Servizz tekniku għandu jkun kapaċi jittratta l-kategoriji ta’ attivitajiet li ġie maħtur għalihom skont l-Artikolu 59(1), billi juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni tal-ħatra tiegħu, li huwa għandu:
persunal b’ħiliet adegwati, għarfien tekniku speċifiku u taħriġ vokazzjonali kif ukoll esperjenza suffiċjenti u adegwata biex iwettaq ix-xogħol;
deskrizzjonijiet ta’ proċeduri relevanti għall-kategoriji ta’ attivitajiet li qed ifittex li jiġi maħtur għalihom, filwaqt li jiżgura t-trasparenza u r-riproduċibilità ta’ dawk il-proċeduri;
il-proċeduri neċessarji għat-twettiq tal-kategoriji tal-attivitajiet li qed jipprova jiġi maħtur għalihom li jikkunsidraw b’mod xieraq il-livell ta’ kumplessità tat-teknoloġija tal-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata kkonċernata u jekk il-proċess tal-produzzjoni huwiex wieħed tal-massa jew tas-serje; u
il-mezzi neċessarji biex iwettqu b’mod adegwat il-kompiti marbuta mal-attivitajiet li hu qed jipprova li jiġi maħtur għalihom u li għandu aċċess għat-tagħmir u l-faċilitajiet kollha meħtieġa.
Barra minn hekk, għandu juri lill-awtorità tal-approvazzjoni tal-ħatra li huwa konformi mal-istandards stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 61, li huma relevanti għall-kategoriji tal-attivitajiet li se jwettaq.
L-Artikolu 58
Sussidjarji tas-servizzi tekniċi u għoti ta’ subappalti minnhom
Artikolu 59
Ħatra ta’ servizzi tekniċi
Is-servizzi tekniċi għandhom jiġu maħtura skont wieħed jew aktar mill-erba’ kategoriji ta’ attivitajiet, skont il-qasam tal-kompetenza tagħhom:
kategorija A, servizzi tekniċi li jwettqu fil-faċilitajiet tagħhom stess it-testijiet imsemmija f’dan ir-Regolament u fl-atti elenkati fl-Anness I;
kategorija B, servizzi tekniċi li jagħmlu superviżjoni għat-testijiet imsemmija f’dan ir-Regolament u fl-atti elenkati fl-Anness I, fejn tali testijiet jiġu mwettqa fil-faċilitajiet tal-manifattur jew fil-faċilitajiet ta’ parti terza;
kategorija C, servizzi tekniċi li jivvalutaw u jissorveljaw fuq bażi regolari l-proċeduri tal-manifattur biex tiġi kontrollata l-konformità tal-produzzjoni;
il-kategorija D, servizzi tekniċi li jagħmlu superviżjoni jew iwettqu testijiet jew spezzjonijiet għas-sorveljanza tal-konformità tal-produzzjoni.
Artikolu 60
Servizzi tekniċi interni tal-manifattur akkreditati internament
Servizzi tekniċi akkreditati internament għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
minbarra li jiġu maħtura mill-awtorità tal-approvazzjoni ta’ Stat Membru, għandhom jiġu akkreditati minn korp nazzjonali kif definit fil-punt 11 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 u skont l-istandards u l-proċedura msemmija fl-Artikolu 61 ta’ dan ir-Regolament;
is-servizz tekniku akkreditat internament u l-persunal tiegħu għandhom ikunu identifikabbli mill-aspett organizzattiv u jkollhom metodi ta’ rappurtar fi ħdan l-impriża li jifformaw parti minnha, li jassiguraw l-imparzjalità tagħhom u juruha lill-korp nazzjonali rilevanti ta’ akkreditament;
la s-servizz tekniku akkreditat internament u lanqas il-persunal tiegħu m’għandhom ikollhom sehem f’attività li tista’ tkun f’kunflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju u l-integrità tagħhom marbuta mal-kategoriji tal-attivitajiet li għalihom ikunu ġew maħtura;
is-servizz tekniku akkreditat internament għandu jagħti s-servizzi tiegħu esklussivament lill-impriża li jagħmel parti minnha.
Artikolu 61
Proċeduri għall-istandards ta’ prestazzjoni u ta’ evalwazzjoni tas-servizzi tekniċi
Sabiex jiġi żgurat li dawn is-servizzi jilħqu l-istess livell għoli ta’ standards ta’ prestazzjoni fl-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 71 rigward l-istandards li bihom is-servizzi tekniċi għandhom ikunu konformi u l-proċedura tal-evalwazzjoni skont l-Artikolu 62 u l-akkreditazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 60.
Artikolu 62
Valutazzjoni tal-ħiliet tas-servizzi tekniċi
Artikolu 63
Proċeduri ta’ notifika
Artikolu 64
Tibdil fil-ħatriet
Artikolu 65
Sfida għall-kompetenza tas-servizzi tekniċi
Artikolu 66
Obbligi operazzjonali tas-servizzi tekniċi
Is-servizzi tekniċi għandhom jagħmlu superviżjoni tat-testijiet jew jagħmlu huma stess it-testijiet li huma meħtieġa għall-approvazzjoni jew spezzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament jew f’wieħed mill-atti elenkati fl-Anness I, ħlief fejn ikunu permessi proċeduri alternattivi. Is-servizzi tekniċi m’għandhomx iwettqu testijiet, valutazzjonijiet jew spezzjonijiet li ma ġewx maħtura għalihom mill-awtorità ta’ approvazzjoni.
Is-servizzi tekniċi għandhom dejjem:
jippermettu l-awtorità tal-approvazzjoni tal-ħatra tagħhom tkun xhieda tas-servizz tekniku waqt il-valutazzjoni tal-konformità b’mod xieraq, u
mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 57(9) u l-Artikolu 67, jipprovdu l-awtorità tal-approvazzjoni tal-ħatra tagħhom b’tali informazzjoni dwar il-kategoriji ta’ attivitajiet tagħhom li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament, skont kif jiġi mitlub.
Artikolu 67
Obbligi ta’ informazzjoni tas-servizzi tekniċi
Is-servizzi tekniċi għandhom jinfurmaw lill-awtorità tal-approvazzjoni tal-ħatra b’dan li ġej:
kull nuqqas ta’ konformità li ltaqgħu miegħu u li jista’ jirrikjedi rifjut, restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta’ ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip;
kwalunkwe ċirkustanza li għandha effett fuq l-ambitu u l-kundizzjonijiet għall-ħatra tagħhom;
kwalunkwe talba għall-informazzjoni li rċevew minn awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq rigward l-attivitajiet tagħhom.
KAPITOLU XVII
ATTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI U ATTI DELEGATI
Artikolu 68
Atti ta’ implimentazzjoni
Sabiex jinkisbu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament u sabiex jiġu stabbiliti kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 69(2), tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw il-miżuri implimentattivi li ġejjin:
mudelli għall-folder ta’ informazzjoni u għad-dokument ta’ informazzjoni msemmi fl-Artikolu 22;
is-sistema ta’ nnumerar għaċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE msemmija fl-Artikolu 24(4);
il-mudell għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE msemmi fl-Artikolu 25(2);
il-mudell tad-dokument tar-riżultati tal-ittestjar mehmuż maċ-ċertifkat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 25(3);
il-mudell għal-lista tar-rekwiżiti applikabbli jew l-atti msemmija fl-Artikolu 25(6);
ir-rekwiżiti ġenerali għall-format tar-rapport tal-ittestjar imsemmi fl-Artikolu 27(1);
il-mudell għaċ-ċertifikat tal-konformità msemmi fl-Artikolu 33(2);
il-mudell għall-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE msemmi fl-Artikolu 34;
l-awtorizzazzjonijiet sabiex jingħataw l-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE li jeżentaw it-teknoloġiji ġodda jew il-kunċetti ġodda msemmija fl-Artikolu 35(3);
il-mudelli għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip u għaċ-ċertifikat tal-konformità fir-rigward ta’ teknoloġiji ġodda jew kunċetti ġodda msemmija fl-Artikolu 35(4);
l-awtorizzazzjonijiet lil Stati Membri biex jestendu l-approvazzjoni tat-tip imsemmija fl-Artikolu 36(2);
il-lista ta’ komponenti jew tagħmir kif imsemmija fl-Artikolu 45(2);
il-mudell u s-sistema ta’ nnumerar għaċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 46(3), kif ukoll l-aspetti kollha relatati mal-proċedura tal-awtorizzazzjoni msemmija f’dak l-Artikolu;
il-mudell għaċ-ċertifikat li jipprovdi prova tal-konformità mal-awtorità tal-approvazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 53(8).
Artikolu 69
Proċedura tal-Kumitat
Meta l-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni m’għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 70
Emenda tal-Annessi
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan ir-Regolament relatat mal-emenda tal-Annessi tiegħu, il-Kummissjoni tista’ tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 71 rigward emendi għall-Anness I sabiex tintroduċi referenzi għall-att regolatorju u tikkunsidra l-corrigenda.
Artikolu 71
Eżerċitar tad-delegazzjoni
KAPITOLU XVIII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 72
Penali
It-tipi ta’ ksur li huma soġġetti għall-penali għandhom jinkludu:
l-iddikjarar falz matul il-proċeduri ta’ approvazzjoni jew proċeduri li jwasslu għal revoka;
l-iffalsifikar tar-riżultati tat-testijiet għal approvazzjoni tat-tip jew in-service conformity;
iż-żamma ta’ dejta jew ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi li tista’ twassal għal revoka, rifjut jew irtirar tal-approvazzjoni tat-tip;
l-użu ta’ tagħmir ta’ invalidazzjoni (defeat devices);
ir-rifjut li jingħata aċċess għall-informazzjoni;
l-operaturi ekonomiċi jqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati soġġetti għall-approvazzjoni mingħajr tali approvazzjoni jew iffalsifikar ta’ dokumenti jew immarkar b’dik l-intenzjoni.
Artikolu 73
Dispożizzjonijiet Tranżitorji
L-awtoritajiet nazzjonali m’għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu r-reġistrazzjoni, it-tqegħid fis-suq jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi li huma konformi mat-tip approvat.
▼M6 —————
Artikolu 76
Tħassir
Artikolu 77
Emenda tad-Direttiva 2006/42/KE
L-ewwel inċiż tal-punt (e) tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2006/42/KE huwa sostitwit b’dan li ġej:
tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija, bl-esklużjoni ta’ makkinarju mmuntat fuq dawk il-vetturi,”.
Artikolu 78
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Mit-22 ta’ Marzu 2013, l-awtoritajiet nazzzjonali ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-UE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ġdid ta’ vettura, jew jipprojbiexxu r-reġistrazzjoni, it-tqegħid fis-suq jew id-dħul fis-servizz ta’ vettura ġdida meta l-vettura kkonċernata tkun konformi ma’ dan ir-Regolament u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament, jekk manifattur jitlob dan.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
LISTA TA’ REKWIŻITI GĦAL SKOPIJIET TA’ APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE GĦALL-VETTURI
|
Nru |
Artikolu |
Suġġett |
Referenza tal-att regolatorju |
Vetturi bil-mutur |
Kategoriji tal-vetturi |
|||||||||||||||||
|
T1a |
T1b |
T2a |
T2b |
T3a |
T3b |
T 4.1a |
T4.1b (+) |
T 4.2a |
T 4.2b (+) |
T 4.3a |
T4.3b |
Ca |
Cb (++) |
Ra |
Rb |
Sa |
Sb |
|||||
|
1 |
17(2)(a) |
L-integrità tal-istruttura tal-vettura |
RVFSR |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
I |
I |
X |
X |
X |
X |
|
2 |
17(2)(b) |
Veloċità massima tad-disinn, tagħmir li jmexxi u jillimita l-veloċità |
RVFSR |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
I |
I |
NA |
NA |
NA |
NA |
|
3 |
17(2)(b) |
Apparat tal-brejkijiet u ingaġġ għall-brejkijiet tal-karrijiet |
RVBR |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
4 |
17(2)(b) |
Steering għal tratturi veloċi |
RVFSR (ibbażat fuq ECE 79 REV [numru ġdid]) |
Y |
NA |
X |
NA |
X |
NA |
X |
NA |
X |
NA |
X |
NA |
X |
NA |
I |
NA |
NA |
NA |
NA |
|
5 |
17(2)(b) |
Steering |
RVFSR |
Y |
X |
NA |
X |
NA |
X |
NA |
X |
NA |
X |
NA |
X |
NA |
I |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
|
6 |
17(2)(b) |
Speedometer |
►M3 RVFSR ◄ |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
NA |
NA |
NA |
NA |
|
7 |
17(2)(c) |
Firxa tal-viżjoni u l-wipers tal-windscreen |
RVFSR (ibbażat fuq ECE 71 REV. 1) |
Y |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
I |
I |
NA |
NA |
NA |
NA |
|
8 |
17(2)(c) |
Glazing |
RVFSR (ibbażat fuq ECE 43 REV2 Am3 Sup11) |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
I |
I |
NA |
NA |
NA |
NA |
|
9 |
17(2)(c) |
Mirja li minnhom tista’ tara fuq wara |
RVFSR |
Y |
X |
X |
X |
X |
►M3 X ◄ |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
I |
I |
NA |
NA |
NA |
NA |
|
10 |
17(2)(c) |
Sistemi ta’ informazzjoni tas-sewwieq |
RVFSR |
Y |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
I |
I |
NA |
NA |
NA |
NA |
|
11 |
17(2)(d) |
Tagħmir ta’ dawl u sinjalizzazzjoni bid-dawl u s-sorsi tad-dawl tiegħu |
RVFSR (ibbażat fuq ECE 3 Rev3 Am1 Sup11; ECE 4 Rev4 Sup14; ECE 5 Is-Suppliment 7 mas-serje 02 ta’ emendi; ECE 6 Rev4 Sup17; ECE 7 Rev4 Sup15; ECE 19 Rev5 Sup1; ECE 23 Rev2 Sup15; ECE 31 Is-Suppliment 7 mas-serje 02 ta’ emendi; ECE 37 Is-Suppliment 36 mas-serje 03 ta’ emendi; ECE 38 Rev2 Sup14; ECE 98 Rev1 Sup11; ECE 99 Is-Suppliment 6 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament; ECE 112 serje 01 tal-emendi; ECE 113 Is-Suppliment 9 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament;) |
Y |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
12 |
17(2)(d) |
Installazzjoni ta’ dawl |
RVFSR (ibbażat fuq ECE 86 Am [numru ġdid]) |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
I |
I |
X |
X |
X |
X |
|
13 |
17(2)(e) |
Il-protezzjoni tal-okkupanti tal-vettura, inklużi l-fittings ta’ ġewwa, fejn tistrieħ ir-ras, iċ-ċintorini ta’ sikurezza, il-bibien tal-vettura; |
RVFSR |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
I |
I |
NA |
NA |
NA |
NA |
|
14 |
17(2)(f) |
l-estern u l-aċċessorji tal-vettura; |
RVFSR |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
15 |
17(2)(g) |
Kompatibbiltà elettromanjetika |
RVFSR |
Y |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
I |
I |
NA |
NA |
NA |
NA |
|
16 |
17(2)(h) |
Strumenti ta’ twissija akustika |
RVFSR |
Y |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
I |
I |
NA |
NA |
NA |
NA |
|
17 |
17(2)(i) |
Is-sistemi tat-tisħin; |
RVFSR |
Y |
X |
X |
X |
X |
X |
►M3 X ◄ |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
I |
I |
NA |
NA |
NA |
NA |
|
18 |
17(2)(j) |
Tagħmir li ma jħallix użu mhux awtorizzat |
RVFSR |
Y (only for T-and C-categories) |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
I |
I |
Z |
Z |
X |
X |
|
19 |
17(2)(k) |
Pjanċa ta’ reġistrazzjoni |
RVFSR |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
I |
I |
X |
X |
X |
X |
|
20 |
17(2)(k) |
Pjanċa statutorja u immarkar |
RVFSR |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
I |
I |
X |
X |
X |
X |
|
21 |
17(2)(l) |
Dimensjonijiet u l-massa tal-karru |
RVFSR |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
I |
I |
X |
X |
X |
X |
|
22 |
17(2)(l) |
Massa mgħobbija massima |
RVFSR |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
23 |
17(2)(l) |
Mases tas-saborra |
RVFSR |
|
X |
X |
X |
X |
►M3 X ◄ |
►M3 X ◄ |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
I |
I |
NA |
NA |
NA |
NA |
|
24 |
17(2)(m) |
Is-sikurezza tas-sistemi elettriċi |
RVFSR |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
25 |
17(2)(a), 17(2)(m), 18(2)(l) |
Tank tal-fjuwil |
RVFSR |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
NA |
NA |
NA |
NA |
|
26 |
17(2)(n) |
Strutturi protettivi fuq in-naħa ta’ wara |
RVFSR |
|
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
X |
X |
NA |
NA |
|
27 |
17(2)(o) |
Protezzjoni laterali |
RVFSR |
|
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
X |
NA |
NA |
|
28 |
17(2)(p) |
Pjattaformi tat-tagħbija |
RVFSR |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
I |
I |
NA |
NA |
NA |
NA |
|
29 |
17(2)(q) |
Apparat tal-irmunkar |
RVFSR |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
I |
I |
NA |
NA |
NA |
NA |
|
30 |
17(2)(r) |
Tajers |
RVFSR (ibbażat fuq ECE 106 Am5 Sup6) |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
►M3 X ◄ |
►M3 X ◄ |
X |
X |
X |
X |
|
31 |
17(2)(s) |
Sistemi ta’ soppressjoni ta’ titjir. |
RVFSR |
Y |
NA |
X |
NA |
X |
NA |
X |
NA |
X |
NA |
X |
NA |
X |
NA |
NA |
NA |
X |
NA |
NA |
|
32 |
17(2)(t) |
Ger tar-rivers; |
RVFSR |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
NA |
NA |
NA |
NA |
|
33 |
17(2)(u) |
Tracks |
RVFSR |
|
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
X |
X |
NA |
NA |
NA |
NA |
|
34 |
17(2)(v) |
Igganċjar mekkaniku |
RVFSR |
|
X |
X |
X |
X |
X |
►M3 X ◄ |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
I |
I |
X |
X |
X |
X |
|
35 |
18(2)(a) |
ROPS |
RVCR (rapport alternattiv tal-ittestjar għal dak fi ħdan il-qasam tal-applikazzjoni tal-OECD Kodiċi 3, kif emendat) |
|
X |
X |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
X |
X |
X |
X |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
|
36 |
18(2)(a) |
ROPS (imqiegħda fuq it-tracks) |
RVCR (rapport alternattiv tal-ittestjar għal dak fi ħdan il-qasam tal-applikazzjoni tal-OECD Kodiċi 8, kif emendat) |
|
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
X |
X |
NA |
NA |
NA |
NA |
|
37 |
18(2)(a) |
ROPS (testijiet statiċi) |
RVCR (rapport alternattiv tal-ittestjar għal dak fi ħdan il-qasam tal-applikazzjoni tal-OECD Kodiċi 4, kif emendat) |
|
X |
X |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
NA |
NA |
NA |
NA |
|
38 |
18(2)(a) |
ROPS, immuntati fuq in-naħa ta’ quddiem (tratturi b’katina dejqa |
RVCR (rapport alternattiv tal-ittestjar għal dak fi ħdan il-qasam tal-applikazzjoni tal-OECD Kodiċi 6, kif emendat) |
|
NA |
NA |
X |
X |
X |
X |
NA |
NA |
NA |
NA |
X |
X |
►M4 X ◄ |
►M4 X ◄ |
NA |
NA |
NA |
NA |
|
39 |
18(2)(a) |
ROPS, immuntati fuq in-naħa ta’ wara (tratturi b’katina dejqa |
RVCR (rapport alternattiv tal-ittestjar għal dak fi ħdan il-qasam tal-applikazzjoni tal-OECD Kodiċi 7, kif emendat) |
|
NA |
NA |
X |
X |
X |
X |
NA |
NA |
NA |
NA |
X |
X |
►M1 X ◄ |
►M1 X ◄ |
NA |
NA |
NA |
NA |
|
40 |
18(2)(b) |
FOPS, struttura ta’ protezzjoni kontra oġġetti li jaqgħu |
RVCR (rapport alternattiv tal-ittestjar għal dak fi ħdan il-qasam tal-applikazzjoni tal-OECD Kodiċi 10, kif emendat) |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
I |
I |
NA |
NA |
NA |
NA |
|
41 |
18(2)(c) |
Sedili tal-passiġġiera |
RVCR |
|
X |
X |
►M1 X ◄ |
►M1 X ◄ |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
I |
I |
NA |
NA |
NA |
NA |
|
42 |
18(2)(d) |
L-espożizzjoni tas-sewwieq għal-livell tal-ħoss; |
RVCR |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
NA |
NA |
NA |
NA |
|
43 |
18(2)(e) |
Sedil tas-sewwieq u l-pożiżżjoni tiegħu |
RVCR |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
►M1 X ◄ |
►M1 X ◄ |
NA |
NA |
NA |
NA |
|
44 |
18(2)(f) |
Spazju għal manuvrar, aċċess għall-pożizzjoni tas-sewqan |
RVCR |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
►M1 X ◄ |
►M1 X ◄ |
NA |
NA |
NA |
NA |
|
45 |
18(2)(g) |
Power take-offs |
RVCR |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
NA |
NA |
NA |
NA |
|
46 |
18(2)(h) |
Protezzjoni tal-komponenti tas-sewqan |
RVCR |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
NA |
NA |
NA |
NA |
|
47 |
18(2)(i) |
Ankoraġġi għaċ-ċintorini ta’ sikurezza |
RVCR (rapport alternattiv tal-ittestjar għal dak fi ħdan il-qasam tal-applikazzjoni tal-OECD Kodiċi 3, 4, 6,7, 8, kif emendat) |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
I |
I |
NA |
NA |
NA |
NA |
|
48 |
18(2)(j) |
Ċintorini ta’ sikurezza |
RVCR |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
I |
I |
NA |
NA |
NA |
NA |
|
49 |
18(2)(k) |
OPS, Protezzjoni kontra oġġetti penetranti |
RVCR |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
I |
I |
NA |
NA |
NA |
NA |
|
50 |
18(2)(l) |
Is-sistema tal-egżost |
RVCR |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
NA |
NA |
NA |
NA |
|
51 |
18(2)(l), 18(2)(n),18(2)(q), 18(4) |
Manwal tal-operaturi |
RVCR |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
52 |
18(2)(o) |
Il-kontroll, inkluż b’mod partikolari t-tagħmir tat-twaqqif tal-emerġenza u awtomatiku |
RVCR |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
I |
I |
NA |
NA |
NA |
NA |
|
53 |
18(2)(p) |
Protezzjoni minn perikli mekkaniċi, minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 18.2(a), (b), (g) u (k), inkluż il-protezzjoni kontra l-ksur ta’ pajpijiet li fihom fluwidi u l-moviment mhux kontrollat tal-vettura; |
RVCR |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
I |
I |
Z |
Z |
X |
X |
|
54 |
18(2)(r), 18(2)(p) |
Ilqugħ u apparat ta’ protezzjoni; |
RVCR |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
I |
I |
Z |
Z |
X |
X |
|
55 |
18(2)(l), 18(2)(s), 18(2)(q), 18(4) |
Informazzjoni, avviżi u marki |
RVCR |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
I |
I |
Z |
Z |
X |
X |
|
56 |
18(2)(t) |
Materjali u prodotti |
RVCR |
Y |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
I |
I |
NA |
NA |
NA |
NA |
|
57 |
18(2)(u) |
Batteriji |
RVCR |
Y |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
I |
I |
NA |
NA |
NA |
NA |
|
58 |
18(4) |
Ħruġ tal-emeġenza |
RVCR |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
I |
I |
NA |
NA |
NA |
|
|
59 |
18(2)(l), 18(4) |
Il-ventilazzjoni tal-kabina u s-sistema tal-iffiltrar |
RVCR |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
I |
I |
NA |
NA |
NA |
NA |
|
60 |
18(4) |
Ir-rata ta’ ħruq tal-materjal tal-kabina |
RVCR |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
I |
I |
NA |
NA |
NA |
NA |
|
61 |
19(2)(a) |
Emissjonijiet li jniġġsu |
REPPR (stadji tal-emissjonijiet minn 2000/25/KE u 97/68/KE) |
|
X |
X |
X |
X |
X Jekk fl-ambitu tal-applikazzjoni tad-Direttiva |
X Jekk fl-ambitu tal-applikazzjoni tad-Direttiva |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
NA |
NA |
NA |
NA |
|
62 |
19(2)(b) |
Livell tal-ħsejjes (estern) |
REPPR (valuri limitu minn 2009/63/KE) |
Y |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
I |
I |
NA |
NA |
NA |
NA |
|
Tifsira: (+) = jekk tali subkategorija tinħoloq taħt il-kategorija (++) = biss għas-subkategoriji li jikkorrispondu ma’ dawk bl-indiċi b taħt il-kategorija T X = applikabbli I = l-istess bħal T skont il-kategorija Y = l-atti rilevanti għal vetturi bil-mutur aċċettati bħala ekwivalenti, kif speċifikat fl-att delegat Z = applikabbli biss għal makkinarju rmunkat interkambjabbli li jaqa’ taħt il-kategorija R minħabba l-massa massima teknikament permissibbli meta mqabbla ma’ massima bla tagħbija li tkun daqs jew akbar minn 3,0 (Artikolu 3, definizzjoni 9) NA = mhux applikabbli RVFSR = Regolament dwar ir-Rekwiżiti tas-Sikurezza Funzjonali tal-Vetturi (att delegat) RVCR = Regolament dwar ir-Rekwiżiti tal-Kostruzzjoni tal-Vetturi (att delegat) REPPR = Regolament dwar ir-Rekwiżiti tal-Prestazzjoni Ambjentali u tal-Propulsjoni (att delegat) RVBR = Regolament dwar ir-Rekwiżiti tal-Ibbrejkjar tal-Vetturi (att iddelegat) |
||||||||||||||||||||||
ANNESS II
LIMITI GĦAS-SERJE ŻGĦIRA
In-numru ta’ unitajiet fi ħdan tip li għandu jitqiegħed għad-disponibbiltà fis-suq, jiġi rreġistrat jew imdaħħal fis-servizz annwalment f’kull Stat Membru m’għandux jaqbeż il-valur muri hawn taħt għall-kategorija tal-vettura inkwistjoni.
|
Kategorija |
Unitajiet (għal kull tip) |
|
T |
150 |
|
C |
50 |
ANNESS III
Tabella ta’ korrelazzjoni
(imsemmija fl-Artikolu 76)
|
Direttiva 2003/37/KE |
Dan ir-Regolament |
|
Artikolu 1 |
Artikoli 1 u 2 |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 3 |
|
Artikolu 3 |
Artikoli 20 sa 23 |
|
Artikolu 4 |
Artikoli 22, 24 u 26 |
|
Artikolu 5 |
Artikoli 29 sa 31 |
|
Artikolu 6 |
Artikoli 33 u 34 |
|
Artikolu 7 |
Artikoli 5, 38 u 40 |
|
Artikolu 8 (1) Artikolu 8 (2) |
Artikolu 38 (2) Artikoli 35 sa 37 u Artikolu 39 |
|
Artikolu 9 |
Artikolu 37 |
|
Artikolu 10 |
Artikolu 39 |
|
Artikolu 11 |
Artikoli 35 u 36 |
|
Artikolu 12 |
Artikoli 49 u 50 |
|
Artikolu 13 |
Artikoli 8 u 28 |
|
Artikolu 14 |
Artikolu 24 |
|
Artikolu 15 |
Artikoli 41 sa 48 |
|
Artikolu 16 |
Artikoli 41 u 44 |
|
Artikolu 17 |
Artikolu 44 |
|
Artikolu 18 |
Artikolu 48 |
|
Artikolu 19 |
Artikoli 68, 70 u 71 |
|
Artikolu 20 |
Artikolu 69 |
|
Artikolu 21 |
Artikolu 5 u Artikoli 57 sa 67 |
|
Artikolu 22 |
— |
|
Artikolu 23 |
— |
|
Artikolu 24 |
— |
|
Artikolu 25 |
— |
|
Artikolu 26 |
— |
( 1 ) ĠU L 374, 27.12.2006, p. 10.
( 2 ) Ir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar ir-rekwiżiti relatati mal-limiti ta' emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi u partikolati u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b'kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1024/2012 u (UE) Nru 167/2013, u li jemenda u jirrevoka d-Direttiva 97/68/KE (ĠU L 252, 16.9.2016, p. 53).
( 3 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/96 tal-1 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ambjentali u tar-rendiment tal-unità tal-propulsjoni tal-vetturi agrikoli u forestali (ĠU L 16, 23.1.2015, p. 1).
( 4 ) ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.
( 5 ) ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1.