|
9.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 209/36 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 20/2007
tas-27 ta’ April 2007
li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) u l-Anness XXII (Liġi tal-Kumpaniji) mal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness IX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 152/2006 tat-8 ta’ Diċembru 2006 (1). |
|
(2) |
L-Anness XXII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 160/2006 tat-8 ta’ Diċembru 2006 (2). |
|
(3) |
Id-Direttiva 2006/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpaniji, 83/349/KEE dwar kontijiet konsolidati, 86/635/KEE dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn u 91/674/KEE dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej għandu jiddaħħal wara l-punti 12b (Direttiva tal-Kunsill 91/674/KEE) u 21 (Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE) ta’ l-Anness IX għall-Ftehim:
|
“— |
32006 L 0046: Id-Direttiva 2006/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 (ĠU L 224, tas-16.8.2006, p. 1).” |
Artikolu 2
L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punti 4 (Ir-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE) u 6 (Is-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE) ta’ l-Anness XXII għall-Ftehim:
|
“— |
32006 L 0046: Id-Direttiva 2006/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 (ĠU L 224, tas-16.8.2006, p. 1).” |
Artikolu 3
It-testi tad-Direttiva 2006/46/KE fil-lingwa Iżlandiża u Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta ’ l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-28 ta’ April 2007, ladarba jkunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta ’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 27 ta’ April 2007.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 89, 29.3.2007, p. 24.
(2) ĠU L 89, 29.3.2007, p. 38.
(3) ĠU L 224, 16.8.2006, p. 1.
(*1) Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.