32004R0334



Official Journal L 060 , 27/02/2004 P. 0014 - 0014


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 334/2004

tas-26 ta' Frar 2004

li jidderoga, għall-2004, mir-Regolament (KE) Nru 1458/2003 li jniedi u jistabbilixxi l-amministrazzjoni ta' kwota ta' tariffi fis-settur tal-laħam tal-majjal

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 t'Ottubru 1975 fuq l-organizzazzjoniji komuni tas-suq fil-laħam tal-majjal [1], u partikolarment l-Artikolu 8 [2] u 11(1) u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 22 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta' Ġunju 1996 dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet stipulati fl-iskeda CXL imħejjija wara l-konklużjonijiet tan-negozjati(2)GATT XXIV.6, u partikolarment l-Artikolu 1 tiegħu,

Billi:

(1) L-adeżjoni tar--Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju tal-2004 għandha tgħin lil dawk il-pajjiżi sabiex jikkwalifikaw għall-kwoti tat-tariffi stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1458/2003 [3] għall-laħam tal-majjal taħt kondiżjonijiet ekwi kkomparati ma' dawk applikabbli għall-Istati Membri attwali.

L-operaturi ekonomici f'dawn il-pajjiżi għandhom għalhekk jingħataw il-possibiltá li jieżdu sehem sħiħ minn dawn il-kwoti mid-data tal-adeżjoni tagħhom. Id-data ta' skadenza mogħtija għad-dħul tal-applikazzjonijiet għandha tiġi amendata wkoll.

(2) Sabiex ma' jinħoloqx tfixkil fis-suq qabel u wara l-1 ta' Mejju 2004, il-kalendarju tal-porzjonijiet stipulati ghall-2004 irid jinbidel u t-tqassim tal-kwantitajiet aġġustat minghajr ma' jinbidlu l-kwantitajiet totali stipulati fil-Ftehim Internazzjonali konklużi taħt l-Artikoli GATT XXIII u XXIV.6. Id-data ta' skadenza mogħtija għad-dħul tal-applikazzjonijiet għandha tiġi emendata wkoll.

(3) Huwa għalhekk meħtieġ li, għall-2004, jsiru emendamenti u aġġustamenti għall-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 2 u 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1432/94.

(4) Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament jaqblu mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Laħam tal-Majjal,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. B'deroga mill-Artikolu 3 tar-Regolament(KE) Nru 1458/2003, għall-perjodu mill-1 t'April sat-30 ta' Ġunju 2004, il-kwoti għandhom jitqassmu kif ġej:

(a) 8 % matul il-perjodu mill-1 sat-30 t'April 2004;

(b) 17 % matul il-perjodu mill-1 ta' Mejju sat-30 ta' Ġunju 2004.

2. B'deroga mill-Artikolu 5(1) tar-Regolament(KE) Nru 1458/2003, għall-perjodu mill-1 ta' Mejju sat-30 ta' Ġunju 2004, l-applikazzjonijiet għall-liċenżi għandhom jintlaqgħu matul l-ewwel sebgħa ġranet ta' Mejju.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu jibqa' fis-seħħ mill-1 t'April sat-30 ta' Ġunju 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-26 ta' Frar 2004.

Ghall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 282, ta' l-1.11.1975, p.1.Ir-Regolament l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1365/2000 (ĠU L 156, tad-29.6.2000, p. 5).

[2] ĠU L 146, 20.06.96, p. 1.

[3] ĠU L 208, 19.08.03, p. 3.

--------------------------------------------------