|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/2608 |
20.5.2026 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Fond Ewropew għall-Kompetittività
(C/2026/2608)
|
I. RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI
Emenda 1
Premessa 5
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Dan jeħtieġ ukoll li l-finanzjament tal-Unjoni jiffaċilita l-ħolqien u l-espansjoni ta’ ekosistemi innovattivi u industrijali, fejn atturi differenti jinteraġixxu b’mod sinerġetiku. L-ekosistemi ta’ suċċess ikollhom interazzjonijiet intensivi u aġli u kollaborazzjoni bejn il-kumpaniji żgħar u kbar, l-universitajiet, l-istituzzjonijiet ta’ riċerka, il-fornituri tal-infrastruttura, l-investituri kif ukoll l-awtoritajiet pubbliċi. Mingħajr tali kollaborazzjonijiet f’ekosistemi tal-innovazzjoni u dawk industrijali individwali u bejniethom, il-potenzjal tal-innovazzjoni jibqa’ mhux sfruttat. |
Dan jeħtieġ ukoll li l-finanzjament tal-Unjoni jiffaċilita l-ħolqien u l-espansjoni ta’ ekosistemi innovattivi u industrijali, fejn atturi differenti jinteraġixxu b’mod sinerġetiku. L-ekosistemi ta’ suċċess ikollhom interazzjonijiet intensivi u aġli u kollaborazzjoni bejn il-kumpaniji żgħar u kbar, l-universitajiet, l-istituzzjonijiet ta’ riċerka, il-fornituri tal-infrastruttura, l-investituri kif ukoll l-awtoritajiet pubbliċi fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali . Mingħajr tali kollaborazzjonijiet f’ekosistemi tal-innovazzjoni u dawk industrijali individwali u bejniethom, il-potenzjal tal-innovazzjoni jibqa’ mhux sfruttat. |
Raġuni
Il-KtR jenfasizza r-rwol tal-FEK bħala bennej tal-katina tal-valur billi jiġi appoġġjat l-użu ta’ infrastrutturi strateġiċi fir-reġjuni u l-ekosistemi tal-innovazzjoni eżistenti u billi jitrawmu konnessjonijiet aktar b’saħħithom bejn dawn l-ekosistemi fl-UE kollha, u b’hekk ikun hemm kontribut għall-iżvilupp ta’ ktajjen tal-provvista Ewropej integrati waqt li jissaħħu l-koeżjoni territorjali u l-kompetittività reġjonali.
Emenda 2
Premessa 51 ġdida
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
|
Jenħtieġ li objettiv essenzjali tal-FEK ikun li javvanza u jappoġġja l-ikkompletar tas-suq uniku billi jippermetti lin-negozji, inklużi l-SMEs u l-istart-ups, jikbru, jespandu u jinnovaw. Bħala prijorità, jenħtieġ li l-FEK ifittex li jiffaċilita aċċess imtejjeb għan-negozji għall-finanzjament, l-informazzjoni u l-assistenza amministrattiva, u b’hekk jikkontribwixxi għal suq uniku aktar kompetittiv, dinamiku u integrat sew fl-Istati Membri kollha. Dan l-appoġġ jenħtieġ li jinkludi wkoll gwida u sensibilizzazzjoni msaħħa dwar l-aċċess għall-fondi tal-Unjoni u l-istrumenti relatati, kif ukoll sforzi biex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u burokratiċi li bħalissa jfixklu l-aċċess effettiv għal tali miżuri ta’ finanzjament u appoġġ. |
Raġuni
Huwa importanti li l-FEK jagħti prijorità lill-avvanz tal-ikkompletar tas-suq uniku billi jgħin lin-negozji. Għandu jtejjeb ukoll is-sensibilizzazzjoni dwar l-opportunitajiet ta’ finanzjament tal-UE waqt li jnaqqas il-piżijiet amministrattivi li jxekklu lin-negozji milli jibbenefikaw bis-sħiħ minn dawn l-istrumenti.
Emenda 3
Artikolu 2(1) punt (22) ġdid
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
|
Fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament, il-kompetittività għandha tfisser miżuri li jwasslu għal żieda fit-tkabbir ekonomiku, fl-innovazzjoni, fir-reżiljenza territorjali, u fil-produttività b’reazzjoni għad-domanda tas-suq fis-suq uniku, kif ukoll kwalità aħjar f’termini ta’ prodotti u servizzi u proporzjon imtejjeb tal-prezzijiet għall-prodotti u s-servizzi. |
Raġuni
Ikun utli li tiġi definita l-kompetittività fil-kuntest tal-FEK, orjentata lejn is-suq u bbażata fuq il-post.
Emenda 4
Wara Artikolu 2(21)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
|
Definizzjoni ta’ “innovazzjoni bbażata fuq il-post”: |
|
|
L-innovazzjoni bbażata fuq il-post tirreferi għall-innovazzjoni marbuta mal-kundizzjonijiet lokali u reġjonali u għandha l-għan li tixpruna t-tkabbir ekonomiku, ittejjeb il-kwalità tal-ħajja, u tikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli fil-livell reġjonali u lokali, u għandha wkoll potenzjal b’saħħtu li tikkontribwixxi għat-twettiq tal-aġenda tal-kompetittività u dik tal-innovazzjoni tal-UE. |
Raġuni
Biex jiġi ċċarat li hemm kundizzjonijiet reġjonali differenti li huma importanti għall-innovazzjoni li twassal għal żieda fil-kompetittività.
Emenda 5
Artikolu 3(1), punt (e)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
jallinja r-riċerka, l-innovazzjoni u l-appoġġ tal-politika industrijali biex l-eċċellenza fir-riċerka tal-Unjoni tissarraf f’saħħa industrijali tal-Unjoni fis-swieq globali u jiġi żgurat il-futur tal-manifattura fl-Ewropa; |
jallinja r-riċerka, l-innovazzjoni , inkluża dik ibbażata fuq il-post, u l-appoġġ tal-politika industrijali biex l-eċċellenza fir-riċerka tal-Unjoni tissarraf f’saħħa industrijali tal-Unjoni fis-swieq globali u jiġi żgurat il-futur tal-manifattura fl-Ewropa; |
Emenda 6
Artikolu 3(1), punt (k)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
jiżgura tranżizzjoni ġusta lejn ekonomija sostenibbli, dekarbonizzata u diġitali li tkun ġusta u li tappoġġa lill-ħaddiema u lill-komunitajiet. |
jiżgura tranżizzjoni ġusta lejn ekonomija sostenibbli, dekarbonizzata u diġitali li tkun ġusta u li tappoġġa lill-ħaddiema u lill-komunitajiet fir-reġjuni u fl-Istati Membri kollha, f’konformità man-newtralità teknoloġika u b’enfasi partikolari fuq ir-reġjuni dipendenti mill-industriji intensivi fl-enerġija . |
Raġuni
Il-KtR jappella li jiġu inklużi miżuri apposta dwar it-tranżizzjoni ġusta biex jiġu appoġġjati t-trasformazzjonijiet tas-soċjetà, inklużi d-diversifikazzjoni ekonomika, it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid abbażi tal-esperjenzi pożittivi li saru, fil-perjodu ta’ finanzjament attwali, bil-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta, li l-bliet u r-reġjuni huma fil-qalba tiegħu.
Emenda 7
Artikolu 3(2), punt (a)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Għall-appoġġ għat-Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa u d-Dekarbonizzazzjoni Industrijali, l-objettivi speċifiċi ta’ appoġġ għad-dekarbonizzazzjoni tal-industrija Ewropea, inklużi l-SMEs u l-industriji intensivi fl-enerġija, il-manifattura tat-teknoloġija nadifa u l-ktajjen tal-provvista tagħha, u li jikkontribwixxu għall-bidla lejn ekonomija sostenibbli, ċirkolari, tal-enerġija, effiċjenti fl-użu tal-ilma u tar-riżorsi, newtrali għall-klima u reżiljenti. Dan jinkludi l-adozzjoni mill-industriji ta’ teknoloġiji ta’ dekarbonizzazzjoni u soluzzjonijiet oħra għall-proċessi u l-attivitajiet industrijali tagħhom, kif ukoll id-dekarbonizzazzjoni tal-provvista tal-enerġija, il-promozzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija, l-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ enerġija rinnovabbli u nadifa, l-iżvilupp ta’ flessibbiltà tas-sistema tal-enerġija, l-adozzjoni mis-swieq ewlenin għal prodotti nodfa, l-iżvilupp, ir-reżiljenza, l-integrazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tal-infrastrutturi u s-sistemi tal-enerġija u tat-trasport, it-tisħiħ tal-mobbiltà intelliġenti u l-fjuwils alternattivi sostenibbli, kif ukoll it-tisħiħ tal-ekonomija blu sostenibbli, l-iżvilupp ta’ mudelli kummerċjali innovattivi bbażati fuq in-natura u soluzzjonijiet min-naħa tad-domanda għal bini, trasport u industrija nodfa u dekarbonizzati, u żieda fil-produzzjoni li tikkontribwixxi għall-awtonomija strateġika tal-Ewropa. |
Għall-appoġġ għat-Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa u d-Dekarbonizzazzjoni Industrijali, l-objettivi speċifiċi ta’ appoġġ għad-dekarbonizzazzjoni tal-industrija Ewropea, inklużi l-SMEs u l-industriji intensivi fl-enerġija, il-manifattura tat-teknoloġija nadifa u l-ktajjen tal-provvista tagħha, u li jikkontribwixxu għall-bidla lejn ekonomija sostenibbli, ċirkolari, tal-enerġija, effiċjenti fl-użu tal-ilma u tar-riżorsi, newtrali għall-klima u reżiljenti , sabiex tiġi protetta, restawrata u mtejba l-kwalità tal-ambjent, inklużi l-arja, l-ilma u l-ħamrija, u biex jitwaqqfu u jitreġgħu lura t-telf tal-bijodiversità u d-degradazzjoni tal-ekosistemi, waqt li jiġi rispettat il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika. Dan jinkludi wkoll appoġġ għal Tranżizzjoni Ġusta, bħal azzjonijiet territorjali mfassla apposta biex jiġu appoġġati t-trasformazzjonijiet tas-soċjetà, inklużi d-diversifikazzjoni ekonomika, it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid fir-reġjuni u l-komunitajiet li l-iżjed li jiġu affettwati mit-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika u bidliet strutturali oħra, fi sħubija mill-qrib mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u s-sħab soċjali. Dan jinkludi l-adozzjoni mill-industriji ta’ teknoloġiji ta’ dekarbonizzazzjoni u soluzzjonijiet oħra għall-proċessi u l-attivitajiet industrijali tagħhom, kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet lokali u reġjonali dwar il-klima u l-enerġija, id-dekarbonizzazzjoni tal-provvista tal-enerġija, il-promozzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija, l-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ enerġija rinnovabbli u nadifa, l-iżvilupp ta’ flessibbiltà tas-sistema tal-enerġija, l-adozzjoni mis-swieq ewlenin għal prodotti nodfa, l-iżvilupp, ir-reżiljenza, l-integrazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tal-infrastrutturi u s-sistemi tal-enerġija u tat-trasport, it-tisħiħ tal-mobbiltà intelliġenti u l-fjuwils alternattivi sostenibbli, kif ukoll it-tisħiħ tal-ekonomija blu sostenibbli, l-iżvilupp ta’ mudelli kummerċjali innovattivi bbażati fuq in-natura u soluzzjonijiet min-naħa tad-domanda għal bini, trasport u industrija nodfa u dekarbonizzati, il-garanzija tal-provvista tal-materja prima meħtieġa għal tranżizzjoni lejn ekonomija dekarbonizzata u diġitalizzata, u żieda fil-produzzjoni li tikkontribwixxi għall-awtonomija strateġika tal-Ewropa. |
Raġuni
Il-KtR jenfasizza l-ħtieġa li jiżdiedu l-produzzjoni u l-provvista ta’ enerġija nadifa fl-UE, u fl-istess ħin il-Istati Membri jitħallew jadottaw approċċ teknoloġikament newtrali li jissodisfa bl-aħjar mod il-ħtiġijiet tar-reġjun tagħhom stess u tiġi permessa l-parteċipazzjoni pubblika mill-komunitajiet tal-enerġija lokali u reġjonali li jaġixxu bħala faċilitaturi ewlenin.
Il-KtR jilqa’ l-inklużjoni ta’ tieqa ta’ politika speċifika dwar it-tranżizzjoni nadifa u d-dekarbonizzazzjoni industrijali li tiddependi ħafna mill-kapaċitajiet lokali u reġjonali għall-implimentazzjoni; għalhekk, jappella għal azzjoni aktar speċifika mhux biss għal tranżizzjoni nadifa iżda wkoll ġusta biex tiġi appoġġjata t-trasformazzjoni industrijali u jitnaqqsu l-ispejjeż ekonomiċi u soċjetali tal-effetti tat-tibdil fil-klima.
Emenda 8
Artikolu 3(2)(c)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Il-kisba tas-sovranità teknoloġika billi jinbnew ekosistemi diġitali reżiljenti u jiġi żgurat livell għoli ta’ ċibersigurtà fl-Unjoni; |
Il-kisba tas-sovranità teknoloġika billi jinbnew ekosistemi diġitali reżiljenti u jiġi żgurat livell għoli ta’ ċibersigurtà fl-Unjoni , inkluż fil-livelli kollha ta’ gvern ; |
Emenda 9
Artikolu 3(2), punt (d)(4)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Għall-appoġġ għas-sigurtà industrijali ċivili, l-objettivi speċifiċi tat-tisħiħ tal-kompetittività u r-rispons tal-industrija Ewropea tas-sigurtà ċivili, fl-oqsma ta’ applikazzjoni tas-sigurtà, ir-reżiljenza ta’ infrastrutturi kritiċi u b’użu doppju, it-teknoloġiji inkluża l-infrastruttura kritika tal-enerġija, u s-soluzzjonijiet għall-kontroll tal-merkanzija u l-persuni fil-fruntieri, il-protezzjoni tal-fruntieri, is-sigurtà marittima, is-sigurtà doganali u t-tħejjija ċivili kontra t-theddid għas-sigurtà, kif ukoll it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-utenti finali rilevanti. |
Għall-appoġġ għas-sigurtà industrijali ċivili, l-objettivi speċifiċi tat-tisħiħ tal-kompetittività u r-rispons tal-industrija Ewropea tas-sigurtà ċivili, fl-oqsma ta’ applikazzjoni tas-sigurtà, ir-reżiljenza ta’ infrastrutturi kritiċi u b’użu doppju, it-teknoloġiji inkluża l-infrastruttura kritika tal-enerġija, u s-soluzzjonijiet għall-kontroll tal-merkanzija u l-persuni fil-fruntieri, il-protezzjoni tal-fruntieri, is-sigurtà marittima, is-sigurtà doganali u t-tħejjija ċivili kontra t-theddid għas-sigurtà u kontra diżastri relatati mal-klima , kif ukoll it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-utenti finali rilevanti. |
Emenda 10
Artikolu 5(2)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq talba tagħhom, f’konformità mal-Artikolu X tar-Regolament (UE)(XXX) ir-Regolament NRPF), jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-FEK. |
Ħassar it-test |
Emenda 11
Artikolu 7(2)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, b’mod proporzjonat għar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, jiffaċilitaw il-koordinazzjoni u l-koerenza bejn il-Fond Ewropew għall-Kompetittività u l-pjanijiet ta’ sħubija nazzjonali u reġjonali dwar prijoritajiet ta’ kompetittività komuni f’oqsma u proġetti ewlenin magħżula meqjusa ta’ importanza strateġika u ta’ interess Ewropew komuni. |
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, b’mod proporzjonat għar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, jiffaċilitaw il-koordinazzjoni u l-koerenza bejn il-Fond Ewropew għall-Kompetittività u l-pjanijiet ta’ sħubija nazzjonali u reġjonali dwar prijoritajiet ta’ kompetittività komuni f’oqsma u proġetti ewlenin magħżula meqjusa ta’ importanza strateġika u ta’ interess Ewropew komuni. Tali koordinazzjoni jenħtieġ li tinvolvi b’mod sinifikanti lir-reġjuni abbażi ta’ dispożizzjonijiet dwar il-governanza f’diversi livelli u s-sħubija (skont l-Artikolu 6 tar-Regolament dwar il-Fond tal-PSNR) u f’konsistenza sħiħa mal-Kodiċi ta’ Kondotta Ewropew dwar is-Sħubija. |
Emenda 12
Punt ġdid Artikolu 7(4)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
|
Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-isforzi ta’ tranżizzjoni ġusta tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ ipprovdut skont dan ir-Regolament ikun koerenti u komplementari mal-istrateġiji u l-kapitoli ta’ tranżizzjoni territorjali stabbiliti fir-Regolament dwar il-Pjani ta’ Sħubija Nazzjonali u Reġjonali (UE) [XXX], b’mod partikolari għar-reġjuni u t-territorji li l-iżjed li jiġu affettwati mit-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima u effiċjenti fir-riżorsi. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ikunu involuti mill-qrib fit-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta’ tali appoġġ, f’konformità mal-prinċipji tal-governanza f’diversi livelli u s-sħubija. |
Emenda 13
Artikolu 9a
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||
|
|
1. Fejn rilevanti u adegwat, skont in-natura tal-proċedura tal-għoti, il-kriterji tal-għoti stabbiliti fil-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 15 għandhom iqisu l-prinċipji li ġejjin: |
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
2. Ir-rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi jew ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali ma għandhomx ikunu preżenti f’deliberazzjonijiet dwar il-kriterji tal-għoti. |
||
|
|
3. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-programmi ta’ ħidma adottati biex jiġu implimentati l-attivitajiet skont il-Kapitolu VII, Taqsima 2. |
Raġuni
Kjarifika.
Emenda 14
Artikolu 10(2)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Il-programm ta’ ħidma, il-linji gwida għall-investiment jew id-dokumenti relatati mal-proċedura tal-għoti jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà biex tiġi żgurata l-kompetittività tal-Unjoni, inklużi l-protezzjoni tal-interessi ekonomiċi u l-awtonomija tal-Unjoni fejn meħtieġ u xieraq, inkluż permezz ta’ kundizzjonijiet preferenzjali bħal restrizzjonijiet jew inċentivi għall-entitajiet tal-Unjoni, filwaqt li tiġi limitata d-distorsjoni tas-suq uniku. Dawk il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà jistgħu jieħdu l-forma ta’: |
Il-programm ta’ ħidma, il-linji gwida għall-investiment jew id-dokumenti relatati mal-proċedura tal-għoti jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà biex tiġi żgurata l-kompetittività tal-Unjoni, inklużi l-protezzjoni tal-interessi ekonomiċi u l-awtonomija tal-Unjoni fejn meħtieġ u xieraq, inkluż permezz ta’ kundizzjonijiet preferenzjali bħal restrizzjonijiet jew inċentivi għall-entitajiet tal-Unjoni, filwaqt li tiġi limitata d-distorsjoni tas-suq uniku kif jintwera f’valutazzjonijiet tal-impatt jew f’valutazzjonijiet tal-impatt territorjali adatti . Dawk il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà jistgħu jieħdu l-forma ta’: |
Emenda 15
Artikolu 14(2)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Il-membri tal-Bord Strateġiku tal-Partijiet Ikkonċernati tal-FEK għandhom jinħatru mill-Kummissjoni, wara sejħa miftuħa għal nomini jew għal espressjonijiet ta’ interess, jew it-tnejn, skont liema l-Kummissjoni ssib li huwa aktar xieraq, u filwaqt li titqies il-ħtieġa għal bilanċ fis-settur, fit-tip ta’ organizzazzjoni, inklużi investituri privati, u fid-daqs, fl-għarfien espert, fil-ġeneru, fl-età u fid-distribuzzjoni ġeografika. It-terminu tal-membri tal-Bord għandu jkun limitat għal erba’ snin, u jkun jista’ jiġġedded darba. Il-membri tal-Bord jenħtieġ li jaġixxu b’integrità u onesta. |
Il-membri tal-Bord Strateġiku tal-Partijiet Ikkonċernati tal-FEK għandhom jinħatru mill-Kummissjoni, wara sejħa miftuħa għal nomini jew għal espressjonijiet ta’ interess, jew it-tnejn, skont liema l-Kummissjoni ssib li huwa aktar xieraq, u filwaqt li titqies il-ħtieġa għal bilanċ fis-settur, fit-tip ta’ organizzazzjoni, inklużi investituri privati, u fid-daqs, fl-għarfien espert, fil-ġeneru, fl-età u fid-distribuzzjoni ġeografika fil-livelli kollha tal-gvern, inklużi l-awtoritajiet reġjonali u lokali, kif ukoll ir-raggruppamenti reġjonali . It-terminu tal-membri tal-Bord għandu jkun limitat għal erba’ snin, u jkun jista’ jiġġedded darba. Il-membri tal-Bord jenħtieġ li jaġixxu b’integrità u onesta. |
Emenda 16
Artikolu 14(11)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-partijiet ikkonċernati jiġu kkonsultati fl-iżvilupp tal-programmi ta’ ħidma, bil-ħolqien ta’ pjattaforma tematika waħda jew aktar għal kull tieqa. |
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-partijiet ikkonċernati fil-livelli kollha ta’ gvern, inklużi l-aġenziji tal-innovazzjoni reġjonali, ir-raggruppamenti u l-aġenziji tal-iżvilupp, jiġu kkonsultati fl-iżvilupp tal-programmi ta’ ħidma, bil-ħolqien ta’ pjattaforma tematika waħda jew aktar għal kull tieqa. |
Emenda 17
Artikolu ġdid wara Artikolu 14
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||
|
|
Promozzjoni tal-innovazzjoni bbażata fuq il-post: |
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
Kull objettiv ta’ finanzjament tal-FEK għandu jqis il-ħtieġa li jintlaħqu s-sistemi ta’ innovazzjoni bbażati fuq il-post meta jiġu implimentati l-politiki tagħhom. |
Raġuni
Il-KtR jissuġġerixxi li jiġi inkluż b’mod espliċitu l-kunċett ta’ innovazzjoni bbażata fuq il-post, li jibni fuq l-esperjenzi eżistenti bħall-Istrateġiji ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti, bħala għodda ewlenija ta’ implimentazzjoni għall-FEK biex jiġi żgurat li l-investiment fit-teknoloġiji tal-fruntieri jintuża u jinbidel fi prodotti ġodda u li t-talent jiġi sfruttat fit-territorji kollha.
Emenda 18
Artikolu 15(1), punt (a)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
1. Il-programmi ta’ ħidma jistgħu jistabbilixxu: |
1. Il-programmi ta’ ħidma jistgħu jistabbilixxu: |
||||
|
|
Emenda 19
Artikolu 16
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Sabiex jitrawmu ktajjen tal-valur tal-Unjoni reżiljenti, il-programmi ta’ ħidma jistgħu jinkludu sejħiet iddedikati għall-ktajjen tal-valur li għandhom jappoġġaw kemm it-tħejjija tal-proġetti kif ukoll l-attrazzjoni tal-kapital pubbliku u privat addizzjonali biex jiġu integrati l-fornituri, il-manifatturi u l-innovaturi minn Stati Membri differenti u jiġu ddiversifikati s-sorsi tal-provvista. |
Sabiex jitrawmu ktajjen tal-valur tal-Unjoni reżiljenti, il-programmi ta’ ħidma jistgħu jinkludu sejħiet iddedikati għall-ktajjen tal-valur li għandhom jappoġġaw kemm it-tħejjija tal-proġetti kif ukoll l-attrazzjoni tal-kapital pubbliku u privat addizzjonali biex jiġu integrati l-fornituri, il-manifatturi u l-innovaturi minn Stati Membri differenti u jiġu ddiversifikati s-sorsi tal-provvista. Għandhom jipprevedu wkoll miżuri biex tiġi promossa l-kooperazzjoni interreġjonali u transfruntiera tal-ekosistemi lokali u reġjonali tul dawn il-ktajjen tal-valur. |
Emenda 20
Artikolu 21(4)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
L-ammont minimu tal-appoġġ tal-Unjoni mill-FEK mogħti permezz tal-Istrument InvestEU tal-FEK għandu jkun ta’ EUR 17 000 000 000 , li għandu jintuża b’appoġġ għall-objettivi ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3. Dan l-ammont minimu għandu jiżdied bil-kontribuzzjonijiet mill-programmi ta’ ħidma stabbiliti fl-Artikolu 15. Il-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu mezz preferut ta’ implimentazzjoni taħt il-FEK u jintużaw għall-proviżjonament tal-garanzija baġitarja jew għall-finanzjament tal-istrumenti finanzjarji. |
L-ammont minimu tal-appoġġ tal-Unjoni mill-FEK mogħti permezz tal-Istrument InvestEU tal-FEK għandu jkun ta’ EUR 17 000 000 000 , li għandu jintuża b’appoġġ għall-objettivi ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3. Dan l-ammont minimu jista’ jopera permezz tal-erba’ twieqi ta’ politika stabbiliti fl-Artikolu 8(1), il-punti (a), (b), (c) u (d) tar-Regolament (UE) 2021/523. Dan l-ammont minimu għandu jiżdied bil-kontribuzzjonijiet mill-programmi ta’ ħidma stabbiliti fl-Artikolu 15. Il-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu mezz preferut ta’ implimentazzjoni taħt il-FEK u jintużaw għall-proviżjonament tal-garanzija baġitarja jew għall-finanzjament tal-istrumenti finanzjarji. |
Emenda 21
Artikolu 25 żid punt ġdid wara punt 1
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
|
Mingħajr preġudizzju għall-għażla f’waqtha għal imsieħba ta’ implimentazzjoni ġodda, il-Kummissjoni tista’ tiddependi u terġa’ tuża bis-sħiħ jew parzjalment il-ftehimiet mas-sħab ta’ implimentazzjoni konklużi skont ir-Regolament (UE) 2021/523, u fuq valutazzjonijiet magħmula minnha stess jew minn entitajiet oħra fil-kuntest ta’ ftehimiet skont dak ir-Regolament. |
Raġuni
Skont il-Premessa 69, sabiex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja tajba, implimentazzjoni aktar rapida u semplifikazzjoni għall-entitajiet fdati, l-implimentazzjoni ta’ InvestEU jenħtieġ li tibni fuq ftehimiet eżistenti, mudelli għal arranġamenti legali u kuntrattwali, kif ukoll għodod stabbiliti ta’ monitoraġġ u rapportar.
Emenda 22
Artikolu 27(1)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
In-Network “UE għan-Negozji” għandu jiġi stabbilit biex jgħin lin-negozji tal-Unjoni jsiru aktar kompetittivi u jinnovaw, jikbru u jespandu fis-Suq Uniku u lil hinn minnu, b’enfasi partikolari fuq l-SMEs, l-istart-ups, l-iscale-ups u l-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja. In-network għandu jkollu kopertura mifruxa mal-Unjoni kollha u bbilanċjata ġeografikament, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tat-tipi kollha ta’ reġjuni fl-Unjoni, inklużi r-reġjuni inqas żviluppati u r-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni. |
In-Network “UE għan-Negozji” għandu jiġi stabbilit biex jgħin lin-negozji tal-Unjoni jsiru aktar kompetittivi u jinnovaw, jikbru u jespandu fis-Suq Uniku u lil hinn minnu, b’enfasi partikolari fuq l-SMEs, l-istart-ups, l-iscale-ups u l-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja. In-network għandu jkollu kopertura mifruxa mal-Unjoni kollha u bbilanċjata ġeografikament, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tat-tipi kollha ta’ reġjuni fl-Unjoni, inklużi r-reġjuni inqas żviluppati u r-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni. Għandu jibni kemm jista’ jkun fuq in-networks diġà eżistenti. |
Emenda 23
Artikolu 28(1), punt (e)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
iż-żieda fl-aċċess u d-disponibbiltà ta’ finanzjament għall-SMEs inklużi l-mikrofinanzjament u l-appoġġ għall-intrapriżi soċjali, u għall-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja; |
iż-żieda fl-aċċess u d-disponibbiltà ta’ finanzjament għall-SMEs inklużi l-mikrofinanzjament u l-appoġġ għall-intrapriżi soċjali, u għall-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja; għandu jingħata appoġġ lill-SMEs lokalment, fil-postijiet fejn joperaw; |
Emenda 24
Artikolu 29
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Kull tieqa għandha tappoġġa azzjonijiet iddedikati u speċifiċi għas-settur immirati lejn start-ups, SMEs u kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja jew sejħiet għall-SMEs f’setturi strateġiċi bil-għan li jrawmu l-innovazzjoni, l-aċċellerazzjoni tan-negozju, il-kummerċjalizzazzjoni u l-espansjoni. |
Kull tieqa għandha tappoġġa azzjonijiet iddedikati u speċifiċi għas-settur immirati lejn start-ups, SMEs u kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja jew sejħiet għall-SMEs f’setturi strateġiċi bil-għan li jrawmu l-innovazzjoni, l-aċċellerazzjoni tan-negozju, il-kummerċjalizzazzjoni u l-espansjoni , billi tibni b’mod wiesa’ fuq l-istrutturi eżistenti ta’ appoġġ . |
Emenda 25
Artikolu 33(1)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
It-tieqa tal-appoġġ għal tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, u d-dekarbonizzazzjoni industrijali għandha tiġi implimentata b’mod partikolari permezz tal-attivitajiet li ġejjin: |
It-tieqa tal-appoġġ għal tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, u d-dekarbonizzazzjoni industrijali għandha tkun teknoloġikament newtrali u għandha tiġi implimentata b’mod partikolari permezz tal-attivitajiet li ġejjin: |
Raġuni
Sabiex tiġi enfasizzata l-ħtieġa għan-newtralità teknoloġika.
Emenda 26
Artikolu 33(1), punt (c)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
||||
|
|
|
Emenda 27
Artikolu 33(1), punt (o)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Emenda 28
Artikolu 33 żid punt ġdid wara punt 1(o)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
|
l-appoġġ għall-iżvilupp ta’ ekosistemi tal-innovazzjoni bbażati fuq il-post li jsaħħu d-dimensjoni territorjali tad-dekarbonizzazzjoni industrijali u t-tranżizzjoni ġusta billi jiffaċilitaw il-kooperazzjoni fost l-industrija, l-SMEs, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka, u l-bliet u r-reġjuni; il-promozzjoni ta’ ktajjen tal-valur, ħiliet u kapaċitajiet ta’ innovazzjoni tat-teknoloġija nadifa ankrati reġjonalment; u l-iffaċilitar tal-użu u l-iskalar ta’ teknoloġiji u soluzzjonijiet ta’ dekarbonizzazzjoni fit-territorji kollha tal-Unjoni. |
Raġuni
Huwa importanti li jiġi żgurat li d-dekarbonizzazzjoni industrijali u t-tranżizzjoni ġusta jkunu msejsa fuq il-punti b’saħħithom u l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ kull territorju u li jinbnew ktajjen tal-valur u kapaċitajiet ankrati reġjonalment sabiex it-teknoloġiji nodfa jkunu jistgħu jiġu żviluppati, użati u skalati madwar l-Unjoni.
Emenda 29
Artikolu 34(1)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Għal attivitajiet li jappoġġaw azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u appoġġ fil-qasam tal-effiċjenza fl-enerġija u tat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, l-appoġġ tal-Unjoni jista’ jkopri sa 100 % tal-kostijiet eliġibbli, mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta’ kofinanzjament. |
Għal attivitajiet li jappoġġaw azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u appoġġ fil-qasam tal-effiċjenza fl-enerġija u tat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, kif ukoll ir-reżiljenza għall-klima u għall-ilma, l-appoġġ tal-Unjoni jista’ jkopri sa 100 % tal-kostijiet eliġibbli, mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta’ kofinanzjament. |
Emenda 30
Artikolu 37(1), punt (a)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
It-titjib u l-protezzjoni tas-saħħa, inkluża s-saħħa transfruntiera, billi tingħata prijorità lill-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard tul il-ħajja permezz ta’ politiki tas-saħħa fil-politiki kollha u “saħħa waħda”, b’enfasi speċjali fuq il-mard komunikabbli u mhux komunikabbli, inklużi s-saħħa mentali, is-saħħa deġenerattiva, l-awtiżmu, il-mard kardjovaskulari, il-kanċer u mard ieħor mhux komunikabbli, inkluż dak relatat mat-tniġġis, is-saħħa sesswali u riproduttiva u t-tisħiħ tal-inizjattivi internazzjonali tas-saħħa u l-kooperazzjoni. |
It-titjib u l-protezzjoni tas-saħħa, inkluża s-saħħa transfruntiera u rurali , billi tingħata prijorità lill-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard tul il-ħajja permezz ta’ politiki tas-saħħa fil-politiki kollha u “saħħa waħda”, b’enfasi speċjali fuq il-mard komunikabbli u mhux komunikabbli, inklużi s-saħħa mentali, is-saħħa deġenerattiva, l-awtiżmu, il-mard kardjovaskulari, il-kanċer u mard ieħor mhux komunikabbli, inkluż dak relatat mat-tniġġis, is-saħħa sesswali u riproduttiva u t-tisħiħ tal-inizjattivi internazzjonali tas-saħħa u l-kooperazzjoni. |
Emenda 31
Artikolu 39(2), punt (b)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Il-kisba tas-sovranità teknoloġika permezz tal-bini ta’ ekosistemi diġitali reżiljenti, inklużi ħiliet diġitali avvanzati, u l-iżgurar ta’ livell għoli ta’ ċibersigurtà fl-Unjoni. […] |
Il-kisba tas-sovranità teknoloġika permezz tal-bini ta’ ekosistemi diġitali reżiljenti, inklużi ħiliet diġitali avvanzati, u l-iżgurar ta’ livell għoli ta’ ċibersigurtà fl-Unjoni , inkluż fil-livelli kollha ta’ gvern . […] |
Emenda 32
Artikolu 39(2), punt (e)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Azzjonijiet ta’ appoġġ għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni u l-politika rilevanti tal-Unjoni. Dan jinkludi l-appoġġ lill-istituzzjonijiet rilevanti, il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u mal-partijiet ikkonċernati, l-istudji, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ għodod u infrastrutturi, inklużi l-infrastruttura u l-għodod tal-IT. |
Azzjonijiet ta’ appoġġ għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni u l-politika rilevanti tal-Unjoni. Dan jinkludi l-appoġġ lill-istituzzjonijiet rilevanti, il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u mal-partijiet ikkonċernati, l-istudji, feedback mill-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ għodod u infrastrutturi, inklużi l-infrastruttura u l-għodod tal-IT. |
Emenda 33
Artikolu 52(4)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Għall-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 44(1), il-punt (c), l-appoġġ tal-Unjoni jista’ jkopri sa 50 % tal-kostijiet eliġibbli. |
Għall-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 44(1), il-punt (c), l-appoġġ tal-Unjoni jista’ jkopri sa 100 % tal-kostijiet eliġibbli. |
Raġuni
Il-proposta ta’ appoġġ akbar għar-rispons industrijali tad-difiża, l-espansjoni industrijali u r-reżiljenza, minħabba l-urġenza tal-kwistjoni.
Emenda 34
Artikolu 60(2)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Copernicus għandha tappoġġa wkoll il-formulazzjoni, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha b’mod partikolari fl-oqsma tal-ambjent, tat-tibdil fil-klima u tal-baħar, is-settur marittimu u atmosferiku l-iżvilupp tal-agrikoltura u rurali, il-preservazzjoni tal-wirt kulturali, il-protezzjoni ċivili, il-monitoraġġ tal-infrastruttura, is-sikurezza u s-sigurtà, kif ukoll l-ekonomija diġitali, taħt it-tieqa tat-Tmexxija Diġitali, li għandha tkun allinjata mal-objettiv ta’ Copernicus. |
Copernicus għandha tappoġġa wkoll il-formulazzjoni, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha , u tal-awtoritajiet lokali u reġjonali meta rilevanti, b’mod partikolari fl-oqsma tal-ambjent, tat-tibdil fil-klima u tal-baħar, is-settur marittimu u atmosferiku l-iżvilupp tal-agrikoltura u rurali, il-preservazzjoni tal-wirt kulturali, il-protezzjoni ċivili, il-monitoraġġ tal-infrastruttura, is-sikurezza u s-sigurtà, kif ukoll l-ekonomija diġitali, taħt it-tieqa tat-Tmexxija Diġitali, li għandha tkun allinjata mal-objettiv ta’ Copernicus. |
Emenda 35
Artikolu 83(7)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
F’konformità mal-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni, ir-rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali jew istituzzjonijiet, korpi u aġenziji oħra tal-Unjoni Ewropea jistgħu jiġu mistiedna bħala osservaturi fil-laqgħat tal-konfigurazzjonijiet tal-kumitat skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regoli tal-proċedura tagħhom, filwaqt li jitqiesu l-interessi tas-sigurtà u tal-ordni pubbliku tal-Unjoni. Ir-rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali ma għandhomx ikunu preżenti f’deliberazzjonijiet dwar kwistjonijiet relatati mal-eliġibbiltà, inklużi deliberazzjonijiet relatati mal-Artikoli 9 u 10 ta’ dan ir-Regolament. |
F’konformità mal-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni, ir-rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali jew istituzzjonijiet , inkluż il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, korpi u aġenziji oħra tal-Unjoni Ewropea jistgħu jiġu mistiedna bħala osservaturi fil-laqgħat tal-konfigurazzjonijiet tal-kumitat skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regoli tal-proċedura tagħhom, filwaqt li jitqiesu l-interessi tas-sigurtà u tal-ordni pubbliku tal-Unjoni. Ir-rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali ma għandhomx ikunu preżenti f’deliberazzjonijiet dwar kwistjonijiet relatati mal-eliġibbiltà, inklużi deliberazzjonijiet relatati mal-Artikoli 9 u 10 ta’ dan ir-Regolament. |
II. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KTR)
Konsiderazzjonijiet ġenerali
|
1. |
jilqa’ l-proposta biex jiġi stabbilit il-Fond Ewropew għall-Kompetittività bil-għan li jiġu indirizzati l-isfidi identifikati fir-rapport ta’ Draghi dwar il-futur tal-kompetittività Ewropea; |
|
2. |
waqt li jilqa’ s-semplifikazzjoni, il-flessibbiltà, is-sinerġiji u l-konsolidazzjoni tal-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Kompetittività, jissottolinja li l-fużjoni ta’ 14-il programm ta’ finanzjament preċedenti fi strument wieħed tista’ toħloq sfida biex jiġu indirizzati b’mod adegwat il-ħtiġijiet ta’ finanzjament f’dawn l-oqsma ta’ politika u jiġi evitat li jintilfu l-għodod effettivi li kienu fis-seħħ fil-programmi preċedenti intiżi biex jintlaħaq il-livell lokali u reġjonali; |
|
3. |
jissottolinja l-ħtieġa għal trasparenza msaħħa fir-rigward tal-istruttura u l-governanza riveduti tal-Fond fid-dawl tal-konsolidazzjoni tal-programmi, sabiex ikun identifikabbli b’mod ċar liema programmi u strumenti jibqgħu fi ħdan il-Fond, f’liema kapaċità, u liema ser jintemmu bħala riżultat tal-prijoritizzazzjoni; |
|
4. |
jenfasizza r-rwol ewlieni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali mhux biss bħala benefiċjarji eliġibbli tal-Fond, iżda wkoll bħala faċilitaturi ewlenin u laboratorji tal-ittestjar tal-ekosistemi tal-innovazzjoni reġjonali u lokali li jlaqqgħu flimkien l-istituzzjonijiet tar-riċerka u tal-edukazzjoni, in-negozji u s-soċjetà ċivili; |
|
5. |
jissottolinja, għalhekk, il-ħtieġa li l-approċċ globali dwar il-kompetittività kif definit fir-rapport ta’ Draghi jiġi kkombinat ma’ approċċ ibbażat fuq il-post li jisfrutta l-potenzjal tat-tkabbir madwar l-UE; |
|
6. |
jissottolinja li l-Istrateġiji ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti (S3) imġedda huma għodda ewlenija bbażata fuq il-post biex jissaħħu s-sinerġiji bejn il-Pjani ta’ Sħubija Nazzjonali u Reġjonali u l-Fond Ewropew għall-Kompetittività billi l-prijoritajiet tal-kompetittività Ewropej jiġu allinjati mal-ekosistemi tal-innovazzjoni reġjonali u l-punti b’saħħithom industrijali; |
|
7. |
jenfasizza, f’dan il-kuntest, ir-rwol ewlieni tal-politika ta’ koeżjoni anke bħala politika ta’ investiment li tikkontribwixxi biex tiġi promossa l-kompetittività lokali u reġjonali għal Ewropa aktar intelliġenti fil-perjodu ta’ programmazzjoni attwali; għalhekk, jinsab imħasseb ħafna dwar il-proposta għal pjan ta’ sħubija nazzjonali u reġjonali (PSNR) fil-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss li ma jirrikonoxxix b’mod espliċitu r-rwol tar-reġjuni fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u jqajjem dubji dwar kif ir-reġjuni kollha fl-UE ser jibbenefikaw mill-politika ta’ koeżjoni; |
|
8. |
ifakkar f’dan is-sens li l-koeżjoni territorjali hija objettiv tat-Trattat u jitlob li l-Fond Ewropew għall-Kompetittività (FEK) jinkorpora l-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti lill-koeżjoni”, li jirrikjedi valutazzjonijiet tal-impatt territorjali ex ante għall-programmi ta’ ħidma, is-sejħiet u l-għażliet; |
|
9. |
jitlob li l-pakketti finanzjarji rispettivi tal-erba’ twieqi ta’ politika tal-Fond Ewropew għall-Kompetittività jiġu bbilanċjati mill-ġdid sabiex jiġu ggarantiti riżorsi suffiċjenti u prevedibbli għat-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali, li huma essenzjali għall-kompetittività Ewropea fit-tul, sostenibbli u inklużiva; |
|
10. |
jenfasizza li l-kompetittività tal-UE tiddependi wkoll mit-tnaqqis tal-ispejjeż ekonomiċi u soċjetali marbuta mal-impatt negattiv tat-tibdil fil-klima. Jitlob, f’dan ir-rigward, azzjoni aktar sostantiva biex jiġu indirizzati l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-preparatezza għal diżastri relatati mal-klima; |
|
11. |
jenfasizza li n-nuqqas ta’ akkomodazzjoni affordabbli sar theddida ekonomika għall-kompetittività tal-ekonomiji lokali u reġjonali, u dan joħloq ostakli għas-suq tax-xogħol u jaggrava n-nuqqas ta’ ħaddiema. F’dan ir-rigward, jappella li jiġu allokati riżorsi biex tiġi mitigata din l-isfida urġenti anke permezz tal-FEK; |
Objettiv u struttura tal-FEK
|
12. |
jilqa’ r-rwol imsaħħaħ ippjanat għal InvestEU fl-ambitu tal-FEK bħala strument ewlieni biex tiġi appoġġjata l-iscale up industrijali tul il-ktajjen tal-valur strateġiċi; jenfasizza li l-appoġġ għandu jmur lil hinn mill-iżvilupp teknoloġiku biex jiġu indirizzati wkoll il-ħiliet, it-taħriġ u l-kapaċitajiet meħtieġa għall-użu fis-suq; strumenti finanzjarji ġestiti b’mod ċentrali għandhom jikkontribwixxu għat-tnaqqis tar-riskji teknoloġiċi, finanzjarji u tas-suq matul il-fażijiet kritiċi ta’ scale-up waqt li jibqgħu jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-ekosistemi reġjonali u lokali; |
|
13. |
jissuġġerixxi artikolu speċifiku dwar l-innovazzjoni bbażata fuq il-post, li jiżgura li l-FEK jippromovi u jisfrutta l-potenzjal tal-innovazzjoni bbażata fuq il-post billi (i) jinsilet tagħlim mid-dinamika lokali, (ii) l-investimenti Ewropej jiġu allinjati mal-prijoritajiet kondiviżi, u (iii) jitwessa’ l-potenzjal għat-tkabbir tal-produttività waqt li jiġi promoss it-tkabbir ekonomiku fit-tipi kollha ta’ postijiet; |
|
14. |
jilqa’ l-idea ta’ Ġabra Unika ta’ Regoli għal aktar semplifikazzjoni u biex jinkisbu sinerġiji akbar bejn l-istrumenti ta’ finanzjament differenti u b’hekk ikun hemm ċertezza legali akbar għall-benefiċjarji; jenfasizza, madankollu, li dan jeħtieġ koordinazzjoni u ċarezza biex jiġu evitati duplikazzjonijiet u inkonsistenzi fl-implimentazzjoni; jappella, għalhekk, biex l-ippjannar tal-investiment jitfassal skont il-ħtiġijiet konkreti tal-atturi industrijali fil-livell lokali, sabiex ikun hemm l-aqwa impatt possibbli u tissaħħaħ il-kompetittività fit-tul tal-Ewropa; |
|
15. |
jilqa’ l-intenzjoni li l-infiq tal-Fond Ewropew għall-Kompetittività jiġi allinjat mal-għanijiet għall-UE kollha; jirrimarka, madankollu, li l-proposta ma tagħmel l-ebda referenza espliċita għall-proċess tas-Semestru Ewropew bħala mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni importanti u jappella għalhekk għal aktar kjarifiki dwar kif il-Fond Ewropew għall-Kompetittività jista’ jinteraġixxi miegħu; |
|
16. |
jisħaq, madankollu, li waqt li l-proċess tas-Semestru Ewropew huwa sinifikanti, huwa wkoll imperattiv li jiġi enfasizzat li, biex il-FEK jiffaċilita b’mod effettiv iż-żieda fl-investiment, huma essenzjali kundizzjonijiet li jiżguraw il-prevedibbiltà u l-istabbiltà fit-tul, u b’hekk jissalvagwardjaw l-investimenti milli jkunu soġġetti għal alterazzjonijiet li jirriżultaw minn proċessi baġitarji annwali; |
|
17. |
jissuġġerixxi li tingħata attenzjoni partikolari biex tiġi żgurata sinerġija bla xkiel u effettiva ma’ programmi u politiki oħra tal-UE, b’mod partikolari l-Pjani ta’ Sħubija Nazzjonali u Reġjonali, il-programm Orizzont Ewropa, u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa; |
|
18. |
jisħaq fuq l-importanza li jinstab bilanċ biex tiġi żgurata proċedura għall-finanzjament u r-rappurtar li tipprovdi ċertezza legali u li, fl-istess ħin, tkun trasparenti u aċċessibbli. Il-livell limitu amministrattiv għall-finanzjament ma għandux ikun għoli wisq, sabiex ma jiġux esklużi atturi iżgħar li jistgħu jikkontribwixxu għal aktar innovazzjoni; |
|
19. |
jissuġġerixxi li r-rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu involuti fil-bordijiet konsultattivi u l-istrutturi ta’ governanza tal-FEK biex jiġu żgurati rabtiet effettivi mal-innovazzjoni bbażata fuq il-post, sinerġiji effettivi mal-investiment pubbliku fil-prattika u enfasi fuq soluzzjonijiet imfassla apposta; |
|
20. |
jenfasizza aktar il-ħtieġa li l-Fond Ewropew għall-Kompetittività jappoġġja politika industrijali Ewropea ġenwinament komuni aktar milli frammentazzjoni f’27 approċċ nazzjonali, u għalhekk jitlob li l-Għodda ta’ Koordinazzjoni tal-Kompetittività tkun assoċjata mill-qrib mal-Fond Ewropew għall-Kompetittività sabiex jiġu żgurati l-allinjament strateġiku, il-koerenza u l-koordinazzjoni tal-investimenti industrijali madwar l-Unjoni; |
Sett ta’ għodod tal-FEK
|
21. |
jappella biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu involuti mill-qrib u kkonsultati regolarment fil-proċess ta’ żvilupp u tħejjija tal-programmi ta’ ħidma għall-FEK bil-għan li jiġu diskussi l-prijoritajiet ta’ finanzjament mill-perspettiva tal-ħtiġijiet lokali u reġjonali, inklużi l-SMEs, l-istart-ups u oħrajn, meta jitqies li l-innovazzjoni fuq skala iżgħar spiss isservi bħala bażi ta’ ttestjar għal soluzzjonijiet ġodda; |
|
22. |
jilqa’ l-proposta ta’ bennej tal-ktajjen tal-valur tas-Suq Uniku bħala għodda innovattiva biex jissaħħu r-rabtiet kummerċjali lil hinn mill-fruntieri; jissuġġerixxi li jiġu inklużi azzjonijiet speċifiċi biex jinvolvu u jattiraw kapital pubbliku u privat addizzjonali għall-investimenti, u biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu involuti f’dan il-proċess billi jibnu fuq alleanzi industrijali reġjonali eżistenti bħall-Alleanza Ewropea tar-Reġjuni tas-Semikondutturi, l-Alleanza tar-Reġjuni Awtomobilistiċi, in-Network Ewropew tar-Reġjuni tas-Sustanzi Kimiċi u n-Network Ewropew ta’ Reġjuni Relatati mad-Difiża; |
|
23. |
jissottolinja r-rwol tal-banek promozzjonali reġjonali u tal-istituzzjonijiet ta’ finanzjament kooperattivi jew simili bħala msieħba ewlenin għall-istrument InvestEU u, b’mod partikolari, fil-kompartimenti nazzjonali previsti; |
|
24. |
jenfasizza li l-miżuri proposti biex jiġu appoġġjati l-atturi ewlenin tat-teknoloġija tal-UE u l-azzjonijiet ta’ żieda fil-produzzjoni għandhom jinbnew fuq strateġiji effettivi ta’ innovazzjoni bbażati fuq il-post biex tiġi żgurata l-adozzjoni effettiva tagħhom fil-prattika; |
|
25. |
jilqa’ l-appoġġ ta’ Proġetti Importanti ta’ Interess Ewropew Komuni (IPCEI) iżda jtenni t-tħassib dwar is-semplifikazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tal-ħolqien u l-approvazzjoni tal-IPCEIs u billi r-reġjuni tal-UE jingħataw spinta biex jissieħbu f’konsorzji futuri; |
Konsulenza għall-Proġetti, kollaborazzjoni mal-SMEs, żvilupp tal-ħiliet u aċċess għall-finanzjament
|
26. |
jisħaq li l-SMEs huma xpruni fundamentali tal-kompetittività Ewropea u jappella għal allokazzjoni mfassla apposta ta’ appoġġ finanzjarju għall-SMEs fl-ambitu tal-Fond Ewropew għall-Kompetittività, u jfakkar li s-servizzi ta’ konsulenza u appoġġ waħedhom mhumiex biżżejjed biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom ta’ investiment u ta’ espansjoni; |
|
27. |
jirrakkomanda li n-Network ippjanat “UE għan-Negozji” jibni fuq l-għarfien espert eżistenti tan-Network Enterprise Europe, tal-Pjattaforma Ewropea għall-Kollaborazzjoni bejn ir-Raggruppamenti u ta’ atturi oħra tal-ekosistema reġjonali, li huma komplementari għall-SMEs; |
Appoġġ għat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u d-dekarbonizzazzjoni industrijali
|
28. |
jilqa’ l-allokazzjoni ta’ 43 % fi ħdan il-Fond Ewropew għall-Kompetittività għall-klima, iżda jappella għal definizzjonijiet ċari, kriterji trasparenti u eżiti li jistgħu jitkejlu biex tiġi żgurata l-kredibbiltà, jiġi evitat il-greenwashing u jiġu permessi monitoraġġ u evalwazzjoni effettivi; |
|
29. |
jenfasizza r-rwol essenzjali tal-programm LIFE biex jiġi żgurat li l-politiki dwar il-klima, l-enerġija u l-ambjent jiġu implimentati fil-prattika u jappella biex jitkomplew l-azzjonijiet LIFE bħala programm awtonomu b’regolament speċifiku u b’enfasi partikolari, f’sejħiet futuri, fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali; |
|
30. |
jenfasizza li l-investimenti fl-ambitu tal-FEK għandhom jiffukaw fuq in-newtralità teknoloġika, u jippermettu firxa wiesgħa ta’ soluzzjonijiet, biex b’hekk javvanzaw id-dekarbonizzazzjoni waqt li jiżguraw is-sigurtà u l-affordabbiltà tal-enerġija u l-istabbiltà tal-prezzijiet; |
Appoġġ għas-saħħa, il-bijoteknoloġija, l-agrikoltura u l-bijoekonomija
|
31. |
jilqa’ r-referenza espliċita għall-approċċ “saħħa fil-politiki kollha” u l-impenn li jissaħħu l-innovazzjoni u r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa bħala infrastruttura strateġika għall-kompetittività; itenni li dawn tal-aħħar huma ġestiti mill-gvern reġjonali f’żewġ terzi tal-Istati Membri tal-UE; |
|
32. |
jappella li jinħolqu Ċentri ta’ Sħubija tal-FEK fil-livell tal-Istati Membri/fil-livell reġjonali biex id-dimensjoni bbażata fuq il-post tiddaħħal fil-governanza tal-objettiv tas-saħħa tal-FEK; |
Appoġġ għat-tmexxija diġitali
|
33. |
jirrakkomanda appoġġ sostnut u kontinwu kemm għal inizjattivi u proġetti deċentralizzati stabbiliti kif ukoll għal dawk emerġenti implimentati fil-livell lokali jew reġjonali matul il-perjodi ta’ programmazzjoni attwali u preċedenti, irrispettivament mill-istatus ta’ kofinanzjament tagħhom mal-baġit tal-UE; |
|
34. |
itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi “Fond tal-IA għall-awtoritajiet reġjonali u lokali” uniku bħala parti mill-attivitajiet speċifiċi biex tiġi appoġġjata t-tmexxija diġitali, bil-għan li jitħaffef il-pass tal-implimentazzjoni sħiħa tal-azzjonijiet previsti fid-dokumenti strateġiċi rilevanti tal-UE; |
Appoġġ għar-reżiljenza u s-sigurtà, l-industrija tad-difiża u l-ispazju
|
35. |
jenfasizza r-rwol tar-reġjuni biex jestendu l-bażi industrijali tad-difiża billi jinkorporaw ekosistemi reġjonali kompetenti li jikkontribwixxu għall-koeżjoni territorjali, billi jappoġġjaw lill-SMEs u lill-istart-ups, kif ukoll biex iħejju liċ-ċittadini, lin-negozji u lill-infrastruttura lokali; |
|
36. |
jilqa’ żieda fl-investiment fid-difiża u l-ispazju fl-ambitu tal-Fond Ewropew għall-Kompetittività; jappella għal koordinazzjoni u sinerġiji mill-qrib fl-investimenti mal-Pjani ta’ Sħubija Nazzjonali u Reġjonali u l-fergħa tal-mobbiltà militari tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa; jenfasizza li l-politika dwar l-ispazju tal-UE tiddependi minn bażi industrijali spazjali Ewropea b’saħħitha u kompetittiva, li hija intrinsikament doppja; jenfasizza li l-użi ċivili u tad-difiża jiddependu mill-istess kapaċitajiet industrijali u li l-objettiv mhuwiex separazzjoni, iżda li tiġi żgurata viżibilità, prevedibbiltà u kontinwità ċari għall-programmi tal-ispazju ċivili fi ħdan il-Fond Ewropew għall-Kompetittività u l-QFP 2028-2034 futur, inklużi Copernicus, Galileo/EGNOS u IRIS, sabiex l-objettivi, is-servizzi u l-applikazzjonijiet territorjali ċivili jiġu identifikati b’mod ċar u appoġġjati b’mod effettiv. |
Brussell, l-4 ta’ Marzu 2026.
Il-President
tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Kata TÜTTŐ
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2608/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)