European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/4039

25.6.2024

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11557 — INGKA INVESTMENTS / IKANO BANK)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/4039)

1.   

Fl-14 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Ingka Investments B.V. (“Ingka Investments”, in-Netherlands), finalment ikkontrollata mill-Fondazzjoni Stichting Ingka (In-Netherlands),

—

Ikano Bank AB (publ) (“Ikano Bank”, l-Iżvezja), ikkontrollata minn Ikano S.A. (il-Lussemburgu).

Ingka Investments se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Ikano Bank kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni qed titwettaq bix-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

Ingka Investments tappartjeni għall-Grupp Ingka. L-operazzjonijiet kummerċjali tal-Grupp Ingka ġeneralment jistgħu jinqasmu fi tliet diviżjonijiet ewlenin: (i) IKEA Retail, (ii) Ingka Centres, u (iii) Ingka Investments. Fid-diviżjoni kummerċjali ta’ Ingka Investments, il-Grupp Ingka iwettaq diversi investimenti f’industriji varji. L-investimenti jinkludu investimenti relatati mal-iżvilupp kummerċjali u d-diġitalizzazzjoni, soluzzjonijiet tal-enerġija mir-riħ u mix-xemx, kumpaniji li jirriċiklaw ir-riżorsi (ċirkolari), il-foresti, il-proprjetà immobbli u l-investimenti fis-swieq finanzjarji (bħal bonds u ishma kkwotati),

—

Ikano Bank tipprovdi soluzzjonijiet ta’ finanzjament lill-konsumaturi u lill-kumpaniji, direttament jew indirettament mas-sħab permezz tat-tliet linji kummerċjali tagħha: (i) Konsumaturi/D2C, (ii) Bejgħ bl-imnut, u (iii) Korporattiva/B2B. Ikano Bank toffri prodotti u servizzi fl-Awstrija, id-Danimarka, il-Finlandja, il-Ġermanja, in-Norveġja, il-Polonja, l-Iżvezja u r-Renju Unit.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), irid jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa għaxart ijiem mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi speċifikata dejjem:

M.11557 — INGKA INVESTMENTS / IKANO BANK

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża dawn id-dettalji tal-kuntatt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4039/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)