|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/7394 |
5.12.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11536 – CONSTANTIA / ALUFLEXPACK)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/7394)
1.
Fit-28 ta’ Novembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Constantia Flexibles GmbH (“Constantia” l-Awstrija), ikkontrollata biss minn One Rock Capital Partners, LLC (“ORC”, l-Istati Uniti), |
|
— |
Aluflexpack AG (“AFP”, l-Iżvizzera). |
Constantia takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ AFP kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Constantia hija produttur u fornitur globali ta’ soluzzjonijiet flessibbli tal-imballaġġ. Il-portafoll tal-prodotti ta’ Constantia jinkludi soluzzjonijiet flessibbli għall-imballaġġ għal prodotti li jintużaw kuljum bħal ikel, prodotti tal-ħalib, ikel għall-annimali domestiċi u prodotti għall-kura personali, prodotti farmaċewtiċi u mediċi, kif ukoll xorb. |
|
— |
AFP huwa manifattur u fornitur ta’ soluzzjonijiet ta’ imballaġġ flessibbli għal varjetà ta’ industriji. Il-portafoll tal-prodotti tal-AFP primarjament jinkludi soluzzjonijiet ta’ imballaġġ flessibbli użati għal diversi ikel, kafè u ikel għall-annimali domestiċi, u, sa ċertu punt, għal prodotti farmaċewtiċi u prodotti oħra mhux tal-ikel. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11536 – CONSTANTIA / ALUFLEXPACK
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7394/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)