<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑457/12</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62012CJ0457</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:136">EU:C:2014:136</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20140312">12.3.2014</DATE> — KAWŻA C‑457/12</P><P>S. u G.</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20140312">12 ta’ Marzu 2014</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Artikoli 20 TFUE, 21(1) TFUE u 45 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2004/38/KE</KEYWORD><KEYWORD>Dritt ta’ moviment liberu u dritt ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri</KEYWORD><KEYWORD>Benefiċjarji</KEYWORD><KEYWORD>Dritt ta’ residenza ta’ ċittadin ta’ Stat terz, membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni, fl-Istat Membru li dan iċ-ċittadin għandu n-nazzjonalità tiegħu</KEYWORD><KEYWORD>Ċittadin tal-Unjoni resident u ċittadin tal-istess Stat Membru</KEYWORD><KEYWORD>Attivitajiet professjonali</KEYWORD><KEYWORD>Spostament regolari lejn Stat Membru ieħor</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑457/12,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20121005">5 ta’ Ottubru 2012</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20121010">10 ta’ Ottubru 2012</DATE>, fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">S.</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel,</HT></P></DEFENDANTS><P>u</P><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">G.,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn V. Skouris, President, K. Lenaerts (Relatur), viċi-President, R. Silva de Lapuerta, M. Ilešič, L. Bay Larsen, A. Borg Barthet u C. G. Fernlund, Presidenti ta’ Awla, G. Arestis, J. Malenovský, E. Levits, A. Ó Caoimh, D. Šváby, M. Berger, A. Prechal u E. Jarašiūnas, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20130625">25 ta’ Ġunju 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal S., minn G. G. A. J. Adang, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għal G., minn E. T. P. Scheers, advocaat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn C. S. Schillemans u C. Wissels, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn T. Materne u C. Pochet, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek u J. Vláčil, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Daniż, minn V. Pasternak Jørgensen u C. Thorning, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u N. Graf Vitzthum, kif ukoll minn A. Wiedmann, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Estonjan, minn M. Linntam u N. Grünberg, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn K. Pawłowska, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn L. Christie, bħala aġent, assistit minn G. Facenna, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn C. Tufvesson u G. Wils, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20131212">12 ta’ Diċembru 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 20 TFUE, 21(1) TFUE u 45 TFUE kif ukoll ta’ dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ żewġ kawżi rispettivament bejn O. u l-Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel (Ministru tal-Immigrazzjoni, tal-Integrazzjoni u tal-Ażil, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Ministru<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u S. u G., ċittadini ta’ Stati terzi u membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni Ewropea ta’ nazzjonalità Olandiża, fir-rigward tar-rifjut tal-Ministru li jagħtihom attestazzjoni li tiċċertifika r-residenza regolari tagħhom fil-Pajjiżi l-Baxxi bħala membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2004/38</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/38 jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>ċittadin ta’ l-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> tfisser kwalunkwe persuna li għandha ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>membru tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> tfisser</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ir-raġel jew martu;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>il-qraba diretti dipendenti u dawk tar-raġel jew tal-mara jew tas-sieħeb/sieħba […];</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Stat Membru ospitanti<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> tfisser l-Istat Membru li jmur fih ċittadin ta’ l-Unjoni sabiex jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu u residenza.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Benefiċjarji<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1. Din id-Direttiva għandha tapplika għaċ-ċittadini kollha ta’ l-Unjoni li jiċċaqilqu jew li jgħixu fi Stat Membru għajr iċ-ċittadini ta’ l-istess Stat Membru, u għall-membri tal-familja tagħhom kif imfissra fil-punt 2 ta’ l-Artikolu 2 li jakkumpanjawhom jew li jingħaqdu magħhom.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Iċ-ċittadini ta’ l-Unjoni għandhom id-dritt ta’ residenza fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għal perjodu ta’ mhux aktar minn tliet xhur […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw ukoll għall-membri tal-familja li għandhom passaport validu li mhumiex ċittadini ta’ Stat Membru, li qed jakkumpanjaw jew li se jingħaqdu maċ-ċittadin ta’ l-Unjoni.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1) u (2) tad-Direttiva 2004/38 huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Iċ-ċittadini kollha ta’ l-Unjoni għandhom id-dritt ta’ residenza fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għal perjodu ta’ aktar minn tliet xhur jekk huma:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ħaddiema jew nies li jaħdmu għal rashom fl-Istat Membru ospitanti; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>għandhom biżżejjed riżorsi għalihom u għall-membri tal-familja tagħhom biex ma jkunux ta’ piż fuq is-sistema ta’ l-għajnuna soċjali ta’ l-Istat Membru ospitanti matul il-perjodu tagħhom ta’ residenza u għandhom assigurazzjoni ta’ mard komprensiva fl-Istat Membru ospitanti; jew,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>miktuba f’istitut privat jew pubbliku, akkreditat jew finanzjat mill-Istat Membru ospitanti skond il-bażi tal-leġislazzjoni jew tal-prattika amministrattiva tiegħu, għall-iskop prinċipali li jiġi segwit kors ta’ studju, inkluż taħriġ professjonali; u</TXT><P>għandhom assigurazzjoni ta’ mard komprensiva fl-Istat Membru ospitanti u jassiguraw lill-awtorità nazzjonali rilevanti, permezz ta’ dikjarazzjoni jew b’mezzi oħrajn ekwivalenti li jagħżlu huma, li għandhom riżorsi suffiċjenti għalihom u għall-membri tal-familja tagħhom biex ma jkunux ta’ piż fuq is-sistema ta’ l-għajnuna soċjali ta’ l-Istat Membru ospitanti matul il-perjodu tagħhom ta’ residenza; jew</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>membri tal-familja li qed jakkumpanjaw jew li se jingħaqdu ma’ ċittadin ta’ l-Unjoni li jissoddisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) jew (ċ).</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dritt ta’ residenza previst fil-paragrafu 1 għandu jkun estiż għall-membri tal-familja li mhumiex ċittadini ta’ Stat Membru, li jakkumpanjaw jew li jingħaqdu maċ-ċittadin ta’ l-Unjoni fl-Istat Membru ospitanti, sakemm dan iċ-ċittadin ta’ l-Unjoni jissoddisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1(a), (b) jew (ċ).<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 10(1) ta’ din id-direttiva, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>[i]d-dritt ta’ residenza tal-membri tal-familja ta’ ċittadin ta’ l-Unjoni li m’għandhomx ċittadinanza ta’ Stat membru għandu jissaħħaħ bil-ħruġ ta’ dokument imsejjaħ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Karta ta’ residenza ta’ membru ta’ familja taċ-ċittadin ta’ l-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> mhux aktar tard minn sitt xhur mid-data li fiha jippreżentaw l-applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 16(1) u (2) tal-imsemmija direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="016.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Iċ-ċittadin ta’ l-Unjoni li għex legalment għal perjodu kontinwu ta’ ħames snin fl-Istat Membru ospitanti għandu d-dritt ta’ residenza permanenti hemmhekk. [...]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="016.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il- paragrafu 1 għandu japplika wkoll għall-membri tal-familja li m’għandhomx ċittadinanza ta’ Stat Membru u li għexu legalment maċ-ċittadin ta’ l-Unjoni fl-Istat Membru ospitanti għal perjodu kontinwu ta’ ħames snin.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Olandiż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-Liġi dwar iċ-ċittadini barranin (Vreemdelingenwet), tat-<DATE ISO="20001123">23 ta’ Novembru 2000</DATE> (Stb. 2000, Nru 495), u d-Digriet tal-2000 dwar iċ-ċittadini barranin (Vreemdelingenbesluit 2000, Stb. 2000, Nru 497) ittrasponew id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/38 fid-dritt Olandiż.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 al-Liġi dwar iċ-ċittadini barranin tal-2000 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Fis-sens tal-liġi preżenti u tad-dispożizzjonijiet adottati fuq il-bażi tagħha,</P><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>e.</NO.P><TXT>ċittadini Komunitarji tfisser:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>iċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li, skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, għandhom id-dritt jidħlu fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor u jirrisjedu hemmhekk;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>il-membri tal-familja tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1 li għandhom in-nazzjonalità ta’ pajjiż terz u li, abbażi ta’ deċiżjoni meħuda skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, huma awtorizzati jidħlu u jirrisdjedu fuq it-territorju ta’ Stat Membru;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tal-imsemmija liġi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Persuna barranija għandha d-dritt li tirrisjedi b’mod regolari fil-Pajjiżi l-Baxxi biss:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>e.</NO.P><TXT>bħala ċittadin Komunitarju, sa fejn jirrisjedi fil-Pajjiżi l-Baxxi bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni adottata skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jew it-Trattat dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea; […]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 9(1) tal-imsemmija liġi, il-Ministru għandu jipprovdi lill-barrani li jirrisjedi legalment skont id-dritt tal-Unjoni, fit-territorju Olandiż, dokument li juri l-legalità tar-residenza tiegħu (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>dokument<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>).</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Is-sitwazzjoni ta’ S.</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>S. għandha ċ-ċittadinanza Ukrajna. Hija tqis li tista’ tibbenefika, abbażi tad-dritt tal-Unjoni, minn dritt li tirrisjedi għand ħatinha (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>sponsor S<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>), li għandu n-nazzjonalità Olandiża. S issostni, fil-kuntest tal-proċedura prinċipali, li hija tieħu ħsieb in-neputi tagħha, it-tifel ta’ sponsor S.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Dan tal-aħħar jirrisjedi fil-Pajjiżi l-Baxxi, sa mill-<DATE ISO="20020601">1 ta’ Ġunju 2002</DATE>, għandu xogħol imħallas minn persuna li timpjega stabbilita f’dan l-Istat Membru, u jqatta’ 30 % mill-ħin tiegħu fil-ġimgħa sabiex jipprepara u jwettaq vjaġġi ta’ xogħol fil-Belġju. Għaldaqstant l-isponsor B imur il-Belġju tal-inqas darba fil-ġimgħa.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20090826">26 ta’ Awwissu 2009</DATE>, l-iStaatssecretaris van Justitie (Segretarju tal-Istat tal-Ġustizzja) ċaħad it-talba ta’ S. intiża sabiex tikseb id-dokument ta’ residenza.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz tad-deċiżjoni tas-<DATE ISO="20091116">16 ta’ Novembru 2009</DATE>, il-Ministru ddikjara infondat l-ilment ta’ S. kontra din id-deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20100625">25 ta’ Ġunju 2010</DATE>, ir-Rechtbank ’s-Gravenhage iddikjara infondat ir-rikors ippreżentat minn S. kontra d-deċiżjoni tas-<DATE ISO="20091116">16 ta’ Novembru 2009</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>S. appellat minn din is-sentenza quddiem ir-Raad van State.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Is-sitwazzjoni ta’ G.</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>G. li għandha n-nazzjonalità Peruvjana, iżżewġet fis-<DATE ISO="20090306">6 ta’ Marzu 2009</DATE> ċittadin Olandiż (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>sponsor G<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>). G. sostniet, fil-kuntest tal-proċedura prinċipali, li hija u sponsor G għandhom tifla u li barra minn hekk hija l-omm ta’ tifel milqugħ fil-familja fformata minnha u l-isponsor G.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Sponsor G jirrisjedi fil-Pajjiżi l-Baxxi u sa mill-2003 jwettaq xogħol imħallas għal impriża stabbilita fil-Belġju. Fil-kuntest ta’ dan ix-xogħol, din il-persuna tivvjaġġa bejn il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Belġju kuljum.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE>, l-iStaatssecretaris van Justitie ċaħad it-talba ta’ G. intiża sabiex tikseb id-dokument ta’ residenza. Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20100712">12 ta’ Lulju 2010</DATE>, il-Ministru ddikjara infondat l-ilment ta’ G. kontra din id-deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20110628">28 ta’ Ġunju 2011</DATE>, ir-Rechtbank ’s-Gravenhage ddikjara infondat ir-rikors ippreżentat minn G. kontra d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20100712">12 ta’ Lulju 2010</DATE>, annulla din id-deċiżjoni u ordna lill-Ministru jadotta deċiżjoni ġdida filwaqt li jieħu inkunsiderazzjoni l-imsemmija sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-Ministru appella minn din is-sentenza quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Peress li S. u G. huma membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2004/38, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, qabel xejn, dwar il-punt jekk din id-direttiva tagħtihomx dritt ta’ residenza fl-Istat Membru tan-nazzjonalità taċ-ċittadin tal-Unjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, huwa konċepibbli li permezz tal-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>jiċċaqilqu<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2004/38, wieħed jifhem il-fatt li wieħed imur, mingħajr ma jirrisjedi, fi Stat Membru differenti minn dak ta’ fejn iċ-ċittadin għandu n-nazzjonalità u li jerġa’ jmur. Huwa wkoll konċepibbli li l-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>jingħaqdu magħhom<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> fis-sens tal-istess Artikolu 3(1) għandhom jinftiehmu li jirreferu għall-fatt li jingħaqdu maċ-ċittadin tal-Unjoni fl-Istat Membru ta’ fejn dan għandu n-nazzjonalità.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju tikkonstata li dispożizzjonijiet oħra tad-Direttiva, b’mod partikolari l-Artikoli 6(1) u 7(1) u (2) tagħha, jidhru li jeskludu tali interpretazzjoni peress li jsemmu espressament <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Stat Membru ieħor<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>l-Istat Membru ospitanti<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> bħala l-Istat Membru fir-rigward ta’ liema jista’ jintalab dritt ta’ residenza. Is-sentenza tal-<DATE ISO="20110505">5 ta’ Mejju 2011</DATE>, McCarthy (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-434/09" PAGE.ECR="I-3375" YEAR="2011">C-434/09, Ġabra p. I-3375</REF.DOC.ECR>), tikkonferma li l-imsemmija Artikoli 6 u 7 jirregolaw is-sitwazzjoni legali ta’ ċittadin tal-Unjoni fi Stat Membru li ma għandux in-nazzjonalità tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju sussegwentement tfakkar li mis-sentenzi tas-<DATE ISO="19920707">7 ta’ Lulju 1992</DATE>, Singh (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-370/90" PAGE.ECR="I-4265" YEAR="1992">C-370/90, Ġabra p. I-4265</REF.DOC.ECR>), u tal-<DATE ISO="20071211">11 ta’ Diċembru 2007</DATE>, Eind (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-291/05" PAGE.ECR="I-10719" YEAR="2007">C-291/05, Ġabra p. I-10719</REF.DOC.ECR>), jirriżulta li l-konjuġi ta’ ċittadin ta’ Stat Membru li juża d-dritt ta’ moviment liberu għandu jkollu, meta dan tal-aħħar jerġa’ lura fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu, tal-inqas l-istess drittijiet ta’ dħul u ta’ residenza bħal dawk li jirrikonoxxilu d-dritt tal-Unjoni jekk iċ-ċittadin tal-Unjoni kkonċernat jagħżel li jidħol u jirrisjedi fi Stat Membru ieħor. L-imsemmija qorti madankollu tesprimi dubji dwar jekk din il-ġurisprudenza tapplikax f’sitwazzjonijiet bħal dawk fil-kawża prinċipali. Hija tenfasizza f’dan ir-rigward li ċ-ċittadini kkonċernati ta’ Stati terzi li ma rrisjedewx qabel, skont id-dritt tal-Unjoni, mal-isponsor tagħhom rispettiv fi Stat Membru differenti minn dak tan-nazzjonalità ta’ dawn il-persuni.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirreferi wkoll għas-sentenza tal-<DATE ISO="20020711">11 ta’ Lulju 2002</DATE>, Carpenter (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-60/00" PAGE.ECR="I-6279" YEAR="2002">C-60/00, Ġabra p. I-6279</REF.DOC.ECR>), fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 56 TFUE, moqri fid-dawl tad-dritt fundamentali tar-rispett tal-ħajja tal-familja, jista’ jipprekludi l-Istat Membru ta’ oriġni ta’ prestatarju ta’ servizzi stabbilit f’dan l-istess Stat, li jforni servizzi lil destinatarji stabbiliti fi Stati Membri oħra, milli jirrifjuta d-dritt ta’ residenza fit-territorju tiegħu lill-konjuġi ta’ dan il-prestatarju, ċittadin ta’ Stat terz. Madankollu, hija tenfasizza li, b’differenza mill-kawża li wasslet għas-sentenza Carpenter, iċċitata iktar ’il fuq, dik fil-kawżi prinċipali ma hijiex kwistjoni ta’ ċittadini tal-Unjoni li jipprovdu prestazzjonijiet ta’ servizzi transkonfinali mill-Istat Membru tan-nazzjonalità tagħhom, iżda ta’ ħaddiema li jmorru fi Stat Membru ieħor fil-kuntest tal-attivitajiet professjonali tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju, b’riferiment għas-sentenzi tat-<DATE ISO="20110308">8 ta’ Marzu 2011</DATE>, Ruiz Zambrano (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-34/09" PAGE.ECR="I-1177" YEAR="2011">C-34/09, Ġabra p. I-1177</REF.DOC.ECR>) kif ukoll għal dik tal-<DATE ISO="20111115">15 ta’ Novembru 2011</DATE>, Dereci <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-256/11" PAGE.ECR="I-11315" YEAR="2011">C-256/11, Ġabra p. I-11315</REF.DOC.ECR>), tistaqsi, fl-aħħar nett, dwar il-punt jekk, abbażi tal-Artikoli 20 TFUE u 21(1) TFUE, dritt ta’ residenza setax jingħata favur ċittadini ta’ Stati terzi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawżi prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-Raad van State iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja id-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>1)</NO.P><TXT>Membru, li għandu n-nazzjonalità ta’ pajjiż terz, tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni b’residenza fl-Istat Membru tan-nazzjonalità tiegħu iżda li jaħdem fi Stat Membru ieħor għal persuna li timpjega li hija stabbilita f’dan l-Istat Membru l-ieħor jista’, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali [li jikkonċernaw lil S.], jinvoka dritt ta’ soġġorn [residenza] taħt id-dritt tal-Unjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Membru, li għandu n-nazzjonalità ta’ pajjiż terz, tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni b’residenza fl-Istat Membru tan-nazzjonalità tiegħu iżda li, fil-kuntest tal-attivitajiet tiegħu għal persuna li timpjega li hija stabbilita f’dan l-istess Stat Membru jmur fi Stat Membru ieħor u jirritorna minnu regolarment jista’, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali [li jikkonċernaw lil G.], jinvoka dritt ta’ soġġorn [residenza] taħt id-dritt tal-Unjoni?<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Id-domandi magħmula fit-talba għal deċiżjoni preliminari ma jindikaw ebda dispożizzjoni preċiża li l-interpretazzjoni tagħha hija neċessarja sabiex il-qorti tar-rinviju tkun tista’ tagħti d-deċiżjoni tagħha fil-kawżi prinċipali. Id-domandi msemmija jirreferu biss, b’mod ġenerali, għad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Madankollu, fid-dawl tal-indikazzjonijiet li tinkludi t-talba għal deċiżjoni preliminari, kif riprodotti fil-punti 24 sa 29 ta’ din is-sentenza, id-domandi għandhom jiġu mifhuma fis-sens li huma intiżi sabiex jinstab, essenzjalment, jekk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/38 kif ukoll l-Artikoli 20 TFUE, 21(1) TFUE u 45 TFUE għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu Stat Membru milli jirrifjuta d-dritt ta’ residenza lil ċittadin ta’ Stat terz, membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2004/38, meta l-imsemmi ċittadin ikollu n-nazzjonalità tal-imsemmi Stat Membru u jkun jirrisjedi f’dan l-istess Stat, iżda jkun imur b’mod regolari fi Stat Membru ieħor fil-kuntest tal-attivitajiet professjonali tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2004/38</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, id-drittijiet mogħtija liċ-ċittadini ta’ Stati terzi mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/38 huma mhux drittijiet proprji tal-imsemmija ċittadini, iżda drittijiet derivati, miksuba fil-kwalità tagħhom ta’ membri tal-familja, kif iddefiniti fl-Artikolu 2(2) ta’ din id-direttiva, ta’ ċittadin tal-Unjoni (ara s-sentenza McCarthy, iċċitata iktar ’il fuq, punt 42; Dereci <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 55, kif ukoll tat-<DATE ISO="20130508">8 ta’ Mejju 2013</DATE>, Ymeraga u Ymeraga-Tafarshiku, C‑87/12, punt 31).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Madankollu, kif jirriżulta mill-punti 37 sa 43 tas-sentenza ta’ llum fil-kawża O. u B. (C‑456/12), id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/38 jagħtu dritt ta’ residenza proprja favur ċittadin tal-Unjoni u dritt ta’ residenza derivat favur membri tal-familja tiegħu biss meta l-imsemmi ċittadin jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu billi jistabbilixxi ruħu fi Stat Membru differenti minn dak tan-nazzjonalità tiegħu. B’hekk, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva ma jistgħux ikunu ta’ bażi għal dritt ta’ residenza derivat favur ċittadini ta’ Stati terzi, membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni, fl-Istat Membru tan-nazzjonalità tal-imsemmi ċittadin.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Minn dak li jippreċedi jirriżulta li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/38 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux Stat Membru milli jirrifjuta, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, li jirrikonoxxi dritt ta’ residenza derivat favur ċittadin ta’ Stat terz, membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni, li jirrisjedi fl-Istat Membru tan-nazzjonalità tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-interpretazzjoni tal-Artikolu 45 TFUE</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tfittex li ssir taf, sussegwentement, jekk iċ-ċittadin ta’ Stat terz, f’kull waħda mill-kawżi prinċipali, jistax jibbenefika minn dritt ta’ residenza ibbażat fuq l-Artikolu 45 TFUE. Hija tirreferi, f’dan ir-rigward għas-sentenza Carpenter, iċċitata iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, fil-punt 46 tas-sentenza Carpenter, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 56 TFUE, moqri fid-dawl tad-dritt fundamentali għar-rispett tal-ħajja tal-familja, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jipprekludi li l-Istat Membru ta’ oriġini ta’ fornitur ta’ servizzi stabbilit f’dan l-istess Stat Membru, li jipprovdi servizzi lil persuni li jirċievu servizzi stabbiliti fi Stati Membri oħra, jirrifjuta d-dritt ta’ residenza fit-territorju tiegħu lill-konjuġi ta’ dan il-fornitur li huwa ċittadin ta’ pajjiż terz.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fir-rigward tas-sitwazzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jiġi rrilevat li ċ-ċittadin tal-Unjoni, fil-kawża li tikkonċerna lil G., jaħdem għal kumpannija stabbilita fi Stat Membru differenti minn fejn joqgħod. Iċ-ċittadin tal-Unjoni, fil-kawża li tikkonċerna lil S., imur regolarment fi Stat Membru differenti minn dak fejn għandu r-residenza tiegħu fil-kuntest tal-attivitajiet professjonali tiegħu anki jekk il-kumpannija li tħaddmu hija stabbilita fl-Istat Membru tar-residenza tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Ċittadini tal-Unjoni, li jinsabu fis-sitwazzjonijiet tal-isponsors S. u G., jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 45 TFUE. Fil-fatt, kull ċittadin tal-Unjoni li, fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ xogħol jeżerċita attivitajiet professjonali fi Stat Membru differenti minn dak tar-residenza tiegħu jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20060221">21 ta’ Frar 2006</DATE>, Ritter-Coulais, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-152/03" PAGE.ECR="I-1711" YEAR="2006">C-152/03, Ġabra p. I-1711</REF.DOC.ECR>, punt 31; tat-<DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, Hartmann, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-212/05" PAGE.ECR="I-6303" YEAR="2007">C-212/05, Ġabra p. I-6303</REF.DOC.ECR>, punt 17, u tas-<DATE ISO="20130416">16 ta’ April 2013</DATE>, Las, C‑202/11, punt 17).</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Ċertament, l-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Artikolu 56 TFUE fis-sentenza Carpenter, iċċitata iktar ’il fuq, hija trasponibbli għall-Artikolu 45 TFUE. L-effettività tad-dritt ta’ moviment liberu tal-ħaddiema tista’ fil-fatt teħtieġ li dritt ta’ residenza derivat jingħata lil ċittadin ta’ Stat terz, membru tal-familja tal-ħaddiem, ċittadin tal-Unjoni, fl-Istat Membru tan-nazzjonalità taċ-ċittadin.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Madankollu, il-finalità u l-ġustifikazzjoni ta’ tali dritt ta’ residenza hija bbażata fuq il-konstatazzjoni li r-rifjut ta’ rikonoxximent huwa ta’ natura li jippreġudika l-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat FUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20121108">8 ta’ Novembru 2012</DATE>, Iida, C‑40/11, punt 68; Ymeraga u Ymeraga-Tafarshiku, iċċitata iktar ’il fuq, punt 35, kif ukoll tal-<DATE ISO="20131010">10 ta’ Ottubru 2013</DATE>, Alokpa <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑86/12, punt 22).</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Għalhekk, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk, f’kull waħda mis-sitwazzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-għoti ta’ dritt ta’ residenza derivat liċ-ċittadin tal-Istat terz ikkonċernat, membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni huwiex neċessarju sabiex jiġi ggarantit lil dan tal-aħħar l-eżerċizzju effettiv tal-libertà fundamentali ggarantita mill-Artikolu 45 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, iċ-ċirkustanza invokata mill-qorti tar-rinviju skont liema ċ-ċittadin tal-Istat terz ikkonċernat jieħu ħsieb wild iċ-ċittadin tal-Unjoni tista’ tikkostitwixxi, kif jirriżulta mis-sentenza Carpenter, iċċitata iktar ’il fuq, element rilevanti li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni mill-qorti tar-rinviju għall-finijiet tal-evalwazzjoni jekk ir-rifjut tal-għoti ta’ dritt ta’ residenza favur l-imsemmi ċittadin tal-Istat terz jistax ikollu natura dissważiva fuq l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet li ċ-ċittadin tal-Unjoni kkonċernat għandu skont l-Artikolu 45 TFUE. Għaldaqstant, għandu jiġi rrilevat li, għalkemm fis-sentenza Carpenter, iċċitata iktar ’il fuq, il-fatt li l-wild ikkonċernat kien taħt ir-responsabbiltà taċ-ċittadin ta’ Stat terz, membru tal-familja taċ-ċittadin tal-Unjoni, ġie kkunsidrat bħala determinanti, f’din is-sentenza kienet il-konjuġi taċ-ċittadin tal-Unjoni li kienet tieħu ħsieb il-wild. Għaldaqstant, is-sempliċi fatt li jista’ jidher li wieħed jippreferi li ċ-ċittadin ta’ Stat terz, axxendent dirett tal-konjuġi taċ-ċittadin tal-Unjoni jieħu ħsieb il-wild, ma huwiex biżżejjed fih innifsu sabiex tiġi kkonstatata tali natura dissważiva.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Minn dak li jippreċedi jirriżulta li l-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkonferixxi fuq membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni, ċittadin ta’ Stat terz, dritt ta’ residenza derivat fl-Istat Membru tan-nazzjonalità taċ-ċittadin, meta l-imsemmi ċittadin ikun jirrisjedi f’dan l-aħħar Stat, iżda jkun imur regolarment fi Stat Membru ieħor bħala ħaddiem fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, peress li r- rifjut tal-għoti ta’ tali dritt ta’ residenza għandu effett dissważiv fuq l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet li l-ħaddiem ikkonċernat għandu skont l-Artikolu 45 TFUE, li hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma għadx hemm lok li tingħata interpretazzjoni tal-Artikoli 20 TFUE u 21(1) TFUE. Fil-fatt, dawn id-dispożizzjonijiet tal-aħħar, li jistabbilixxu b’mod ġenerali d-dritt, għal kull ċittadin tal-Unjoni, li jmur minn post għal ieħor u li jirrisjedi liberament fit-territorju tal-Istati<?PAGE NO="9"?> Membri, hija espressa b’mod speċifiku fl-Artikolu 45 TFUE fir-rigward tal-moviment liberu tal-ħaddiema (ara s-sentenza tal-<DATE ISO="20130704">4 ta’ Lulju 2013</DATE>, Gardella, C‑233/12, punt 38 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/38 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux Stat Membru milli jirrifjuta d-dritt ta’ residenza lil ċittadin ta’ Stat terz, membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni, meta l-imsemmi ċittadin ikollu n-nazzjonalità tal-imsemmi Stat Membru u jkun joqgħod f’dan l-istess Stat, iżda jkun imur regolarment fi Stat Membru ieħor fil-kuntest tal-attivitajiet professjonali tiegħu;</P></ITEM><ITEM><P>l-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkonferixxi lil membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni, ċittadin ta’ Stat terz, dritt ta’ residenza derivat fl-Istat Membru tan-nazzjonalità ta’ dan iċ-ċittadin, meta l-imsemmi ċittadin ikun jirrisjedi f’dan l-aħħar Stat, iżda jkun imur regolarment fi Stat Membru ieħor bħala ħaddiem fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, peress li r-rifjut ta’ tali dritt ta’ residenza għandu effett dissważiv fuq l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet li l-ħaddiem ikkonċernat għandu skont l-Artikolu 45 TFUE, li hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux Stat Membru milli jirrifjuta d-dritt ta’ residenza lil ċittadin ta’ Stat terz, membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni, meta l-imsemmi ċittadin ikollu n-nazzjonalità tal-imsemmi Stat Membru u jkun joqgħod f’dan l-istess Stat, iżda jkun imur regolarment fi Stat Membru ieħor fil-kuntest tal-attivitajiet professjonali tiegħu.</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkonferixxi lil membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni, ċittadin ta’ Stat terz, dritt ta’ residenza derivat fl-Istat Membru tan-nazzjonalità ta’ dan iċ-ċittadin, meta l-imsemmi ċittadin ikun jirrisjedi f’dan l-aħħar Stat, iżda jkun imur regolarment fi Stat Membru ieħor bħala ħaddiem fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, peress li r-rifjut ta’ tali dritt ta’ residenza għandu effett dissważiv fuq l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet li l-ħaddiem ikkonċernat għandu skont l-Artikolu 45 TFUE, li hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>