|
12.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 167/47 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/781
tas-10 ta’ Mejju 2021
dwar il-pubblikazzjoni ta’ lista li tindika ċerti valuri ta’ emissjonijiet tas-CO2 għal kull manifattur kif ukoll emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-vetturi tqal ġodda kollha rreġistrati fl-Unjoni u emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza skont ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-perjodu tar-rapportar tas-sena 2019
(notifikata bid-dokument C(2021) 3109)
(It-testi bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bl-Iżvediż, bl-Olandiż u bit-Taljan biss huma awtentiċi)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b), (d) u (f), u t-tieni subparagrafu tiegħu.
Billi:
|
(1) |
Jenħtieġ li l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 ta’ manifattur jkunu ddeterminati abbażi tad-data rrappurtata mill-Istati Membri u mill-manifatturi skont ir-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għall-vetturi ta’ dak il-manifattur. |
|
(2) |
Jenħtieġ li l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-vetturi tqal ġodda kollha rreġistrati fl-Unjoni jkunu bbażati fuq dik id-data rrappurtata għall-vetturi mill-manifatturi kollha. |
|
(3) |
Jenħtieġ li l-fattur ta’ mingħajr emissjonijiet jew emissjonijiet baxxi jkun iddeterminat għal kull manifattur filwaqt li jitqiesu l-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet jew emissjonijiet baxxi, irrapportati b’dan il-mod. |
|
(4) |
Jenħtieġ li t-trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-krediti tal-emissjonijiet ikunu ddeterminati għal kull manifattur abbażi tan-numru ta’ vetturi tqal ġodda minbarra l-vetturi vokazzjonali rrappurtati b’dan il-mod. |
|
(5) |
Jenħtieġ li l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza jkunu bbażati fuq id-data rrapportata skont ir-Regolament (UE) 2018/956 skont is-sottogrupp u jkunu jeskludu vetturi vokazzjonali. |
|
(6) |
Jista’ jkun li l-Kummissjoni jkollha taġġorna d-data pubblika, jekk tirċievi data addizzjonali li tkun taffettwa r-riżultati ta’ dawk il-kalkoli, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 għal kull manifattur
L-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 għal kull manifattur, kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2019/1242 fil-perjodu ta’ rapportar tas-sena 2019, huma indikati fit-tieni kolonna tat-tabella tal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Fattur ta’ mingħajr emissjonijiet jew emissjonijiet baxxi għal kull manifattur
Il-fattur ta’ mingħajr emissjonijiet jew emissjonijiet baxxi għal kul manifattur, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2019/1242, fil-perjodu ta’ rapportar tas-sena 2019, huwa indikat fit-tielet kolonna tat-tabella tal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-krediti tal-emissjonijiet għal kull manifattur
It-trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-krediti tal-emissjonijiet għal kull manifattur, kif imsemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2019/1242, fil-perjodu ta’ rapportar tas-sena 2019, huma indikati fir-raba’ u l-ħames kolonna rispettivament, tat-tabella tal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
L-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-vetturi tqal ġodda kollha
L-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-vetturi tqal ġodda kollha rreġistrati fl-Unjoni fil-perjodu ta’ rapportar tas-sena 2019, kif ikkalkulati permezz tal-applikazzjoni tal-formula tal-Anness I, il-punt 2.7, tar-Regolament (UE) 2019/1242 filwaqt li jitqiesu l-vetturi tqal ġodda tal-manifatturi kollha, huma: 52,75 g/tkm.
Artikolu 5
Emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza
L-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 1, it-tieni paragrafu, tar-Regolament (UE) 2019/1242, għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020, huma indikati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-manifatturi li ġejjin:
|
(1) |
DAIMLER TRUCK AG
|
|
(2) |
DAF NV
|
|
(3) |
Ford Otomotiv Sanayi AS
|
|
(4) |
Iveco Magirus-AG
|
|
(5) |
IVECO SPA
|
|
(6) |
MAN TRUCK AND BUS SE
|
|
(7) |
RENAULT TRUCK SA
|
|
(8) |
SCANIA CV AB
|
|
(9) |
VOLVO TRUCK CORPORATION
|
Magħmul fi Brussell, is-10 ta’ Mejju 2021.
Għall-Kummissjoni
Frans TIMMERMANS
Viċi President Eżekuttiv
(1) ĠU L 198, 25.7.2019, p. 202.
(2) Ir-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet ta’ CO2 u tal-konsum ta’ fjuwil minn vetturi heavy-duty ġodda (ĠU L 173, 9.7.2018, p. 1).
ANNESS I
L-entrati kollha jirreferu għall-perjodu ta’ rapportar tas-sena 2019 kif iddefinit fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2019/1242.
|
Manifattur |
Emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2, kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2019/1242, fi g/tkm |
Fattur ta’ mingħajr emissjonijiet jew emissjonijiet baxxi, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2019/1242 |
Trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2, kif imsemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2019/1242, fi g/tkm |
Krediti tal-emissjonijiet, kif imsemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2019/1242, fi g/tkm |
|
DAIMLER TRUCK AG |
53,97 |
1,000 |
53,16 |
— |
|
DAF NV |
53,38 |
0,999 |
53,64 |
8 154 |
|
IVECO MAGIRUS-AG |
53,43 |
1,000 |
51,87 |
— |
|
IVECO SPA |
33,91 |
0,998 |
31,16 |
— |
|
FORD OTOMOTIV SANAYI AS |
53,06 |
1,000 |
49,40 |
— |
|
MAN TRUCK AND BUS SE |
51,58 |
0,999 |
51,49 |
— |
|
RENAULT TRUCK SA |
52,19 |
1,000 |
50,72 |
— |
|
SCANIA CV AB |
51,02 |
1,000 |
53,54 |
77 096 |
|
VOLVO TRUCK CORPORATION |
54,38 |
1,000 |
53,89 |
— |
ANNESS II
Emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza, kif imsemmi fl-Artikolu 1, it-tieni paragrafu tar-Regolament (UE) 2019/1242:
|
Sottogrupp sg |
rCO2sg fi g/tkm |
|
4-UD |
307,23 |
|
4-RD |
197,16 |
|
4-LH |
105,96 |
|
5-RD |
84,00 |
|
5-LH |
56,60 |
|
9-RD |
110,98 |
|
9-LH |
65,16 |
|
10-RD |
83,26 |
|
10-LH |
58,26 |