Official Journal L 242 , 04/09/1997 P. 0064 - 0066
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 1997 dwar il-lista msemmija fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3254/91 u fl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 35/97 (97/602/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropeja, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3254/91 ta' l-4 ta' Novembru 1991 li jipprojbixxi l-użu ta' nasses li jżommu s-saqajn fil-Komunità u l-introduzzjoni fil-Komunità ta' ġlud bil-pil u xi oġġetti fabbrikati minn xi speċji ta' annimali selvaġġi li joriġinaw f'pajjiżi li jaqbduhom permezz ta' nasses li jżommu s-saqajn jew metodi ta' nsib li ma jissoddisfawx l-istandards internazzjonali ta' nsib uman [1], u partikolarment it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 3(1) tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 35/97 ta' l-10 ta' Jannar 1997 li jippreskrivi dispożizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni tal-ġlud bil-pil u oġġetti koperti bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3254/91 [2], u partikolarment l-Artikolu 1(1)(a) tiegħu, jgħodd biss rigward l-importazzjoni tal-ġlud bil-pil ta' annimali mhux imwielda u mrobbija fil-magħluq minn pajjiżi illi jidhru fl-elenku fl-Anness għal din id-Deċiżjoni; Billi l-lista msemmija ġiet stabbilita abbażi ta' l-informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni minn pajjiżi fiż-żona magħrufa ta' distribuzzjoni ta' l-ispeċi msemmija fl-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 3254/91; Billi Ftehim Internazzjonali dwar l-Istandards għall-Insib b'Mod Uman intbagħtu lill-Kunsill għall-approvazzjoni; billi huwa xieraq li wieħed iżomm lura minn atti li huma kontra l-għan u l-iskop tal-Ftehim; billi l-lista tinkludi għalhekk il-pajjiżi li approvaw dan il-Ftehim; Billi, inter alia, sakemm issir l-adeżjoni għall-Ftehim Internazzjonali dwar l-Istandardsgħall-Insib b'Mod Uman minn pajjiżi terzi li jiżdiedu jew kwalunkwe sitwazzjoni oħra koperta mill-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3254/91, din id-Deċiżjoni tista' tkun biss ta' natura transitorja; billi l-lista msemmija qabel għandha tiġi emendata immedjatament skond is-sitwazzjonijiet ġodda, sabiex ma tfixkilx il-kummerċ fil-pil u prodotti relatati mal-pil; Billi l-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 3254/91 u li ġie kkonsultat bil-proċedura bil-miktub fl-20 ta' Diċembru 1996 ma tax opinjoni favorevoli dwar l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tidentifika l-lista ta' pajjiżi awtorizzati, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: L-Artikolu 1 Il-lista ta' pajjiżi li jissoddisfaw għall-inqas waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3254/91 u msemmi fl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 35/97 huwa kontenut fl-Anness għal din id-Deċiżjoni flimkien ma' l-ispeċi kkonċernati. L-Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-22 ta' Lulju 1997. Għall-Kunsill Il-President J. Poos [1] ĠU L 308, tad-9.11.1991, p. 1. [2] ĠU L 8, tal-11.1.1997, p. 2. -------------------------------------------------- L-ANNESS Lista ta' pajjiżi/speċi msemmija fl-Artikolu 1 Pajjiż | Speċi | Il-Beliże | Procyon lotor | Il-Bulgarija | Canis lupus | Il-Kanada | Canis latrans Canis lupus Castor canadensis Felis rufus Lutra canadensis Lynx canadensis Martes americana Martes pennanti Mustela erminea Ondatra zibethicus Procyon lotor Taxidea taxus | Iċ-Ċina, Ir-Repubblika tal-Poplu taċ– | Canis lupus Martes zibellina Mustela erminea Ondatra zibethicus | Ir-Repubblika Ċeka | Canis lupus Mustela erminea Ondatra zibethicus | El Salvador | Procyon lotor | Greenland | Canis lupus | L-Ungerija | Mustela erminea Ondatra zibethicus | Il-Ġordan | Canis lupus | Il-Korea, Ir-Repubblika tal– | Martes zibellina Canis lupus | Il-Lebanon | Canis lupus | Il-Messiku | Canis lupus Canis latrans Castor canadensis Felis rufus Ondatra zibethicus Procyon lotor Taxidea taxus | Il-Moldova | Canis lupus Mustela erminea | In-Nikaragwa | Procyon lotor | In-Norveġja | Canis lupus Mustela erminea Ondatra zibethicus | Il-Pakistan | Canis lupus Mustela erminea | Il-Panama | Procyon lotor | Il-Polonja | Canis lupus Martes zibellina Mustela erminea Ondatra zibethicus | Ir-Rumanija | Canis lupus | Il-Federazzjoni Russa | Canis lupus Martes zibellina Mustela erminea Ondatra zibethicus Procyon lotor | Ir-Repubblika Slovakka | Canis lupus Martes zibellina Mustela erminea | Ir-Repubblika Slovena | Canis lupus Ondatra zibethicus | It-Turkija | Canis lupus | --------------------------------------------------