|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2326 |
20.11.2025 |
PROTOKOLL EMENDATORJU GĦALL-FTEHIM BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA DWAR L-ISKAMBJU AWTOMATIKU TA’ INFORMAZZJONI DWAR KONTIJIET FINANZJARJI SABIEX TITTEJJEB IL-KONFORMITÀ FISKALI INTERNAZZJONALI
L-UNJONI EWROPEA
u
L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Iżvizzera”,
it-tnejn li huma, minn hawn ’il quddiem imsejħin, individwalment, “Parti Kontraenti” u, flimkien, “Partijiet Kontraenti”,
BILLI l-Partijiet Kontraenti għandhom relazzjoni twila u mill-qrib fir-rigward tal-assistenza reċiproka fi kwistjonijiet fiskali, li kienet tikkonsisti, inizjalment, fl-applikazzjoni ta’ miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE (1), u li aktar tard ġiet żviluppata fil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji sabiex tittejjeb il-konformità fiskali internazzjonali (2) (“il-Ftehim”), kif emendat bil-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta’ dħul minn tfaddil fil-forma ta’ pagamenti ta’ imgħax (3), abbażi tal-iskambju awtomatiku reċiproku tal-informazzjoni bl-implimentazzjoni tal-Istandard għall-Iskambju Awtomatiku ta’ Informazzjoni dwar Kontijiet Finanzjarji fi Kwistjonijiet Fiskali tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD, Organisation for Economic Co-operation and Development) (“l-Istandard Globali”),
BILLI, wara l-ewwel rieżami komprensiv tal-Istandard Globali tal-OECD, ġew approvati emendi tal-Istandard Globali mill-Kumitat tal-OECD dwar l-Affarijiet Fiskali f’Awwissu 2022 u dawn ġew adottati mill-Kunsill tal-OECD fit-8 ta’ Ġunju 2023 bir-Rakkomandazzjoni riveduta tiegħu dwar l-Istandards Internazzjonali għall-Iskambju Awtomatiku ta’ Informazzjoni fi Kwistjonijiet Fiskali (“l-aġġornament tal-Istandard Globali”),
BILLI r-rieżami komprensiv tal-OECD identifika l-kumplessità dejjem akbar tal-istrumenti finanzjarji u l-ħolqien u l-użu ta’ tipi ġodda ta’ assi diġitali u rrikonoxxa l-ħtieġa li l-Istandard Globali jiġi adattat biex tiġi żgurata konformità fiskali komprensiva u effettiva,
BILLI l-aġġornament tal-Istandard Globali espanda l-ambitu tar-rapportar biex jinkludi prodotti finanzjarji diġitali ġodda, bħal Prodotti ta’ Ħlas Elettroniku Speċifikati u Muniti Diġitali tal-Bank Ċentrali, li joffru alternattivi kredibbli għall-Kontijiet Finanzjarji tradizzjonali, li diġà huma soġġetti għar-rapportar skont l-Istandard Globali,
BILLI l-Qafas għar-Rapportar tal-Kriptoassi (“CARF”, Crypto-Asset Reporting Framework) il-ġdid tal-OECD, li ġie introdott b’mod parallel mal-aġġornament tal-Istandard Globali, iservi bħala mekkaniżmu komplementari fil-livell globali u huwa mfassal speċifikament biex jindirizza l-iżvilupp rapidu u t-tkabbir tas-suq tal-Kriptoassi,
BILLI kien meqjus li huwa essenzjali li tiġi żgurata interazzjoni effiċjenti bejn dawk iż-żewġ oqfsa, b’mod partikolari biex jiġu limitati każijiet ta’ rapportar doppju, billi: (i) il-Prodotti ta’ Ħlas Elettroniku Speċifikati u l-Muniti Diġitali tal-Bank Ċentrali jiġu esklużi mill-ambitu tal-CARF, minħabba l-kopertura tagħhom skont l-Istandard Globali aġġornat; (ii) il-Kriptoassi fl-ambitu tal-Istandard Globali aġġornat jitqiesu bħala Assi Finanzjarji għall-fini tar-rapportar ta’ Kontijiet ta’ Kustodja, Interessi ta’ Ekwità jew Dejn f’Entitajiet tal-Investiment (ħlief f’każijiet ta’ forniment ta’ servizzi li jagħmlu tranżazzjonijiet ta’ skambju għall-klijenti jew f’isimhom, li huma koperti skont il-CARF), investimenti indiretti fil-Kriptoassi permezz ta’ prodotti finanzjarji tradizzjonali oħra jew prodotti finanzjarji tradizzjonali maħruġa fil-forma ta’ kriptoassi; u (iii) tiġi prevista dispożizzjoni fakultattiva għall-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti biex iwaqqfu r-rapportar tar-rikavat gross għal assi li huma kklassifikati bħala Kriptoassi skont iż-żewġ oqfsa, meta tali informazzjoni tiġi rrapportata skont il-CARF, filwaqt li jkomplu jirrapportaw skont l-Istandard Globali l-informazzjoni l-oħra kollha, bħall-bilanċ tal-kont,
BILLI l-CARF ġie implimentat fl-Unjoni Ewropea permezz tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2023/2226 (4), li emendat id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE (5), u dawk id-dispożizzjonijiet japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2026, u l-Iżvizzera hija impenjata li timplimenta l-CARF fil-leġiżlazzjoni domestika tagħha u li tapplika dawk id-dispożizzjonijiet mill-istess data,
BILLI, bil-għan li jiġu limitati l-każijiet ta’ rapportar doppju, il-Partijiet Kontraenti jenħtieġ li japplikaw id-delineazzjoni bejn il-Ftehim, il-CARF u d-Direttiva (UE) 2023/2226 b’mod konsistenti mad-delineazzjoni bejn l-Istandard Globali aġġornat u l-CARF,
BILLI, bil-għan li jittejbu l-affidabbiltà u l-użu tal-informazzjoni skambjata, l-aġġornament tal-Istandard Globali jintroduċi rekwiżiti tar-rapportar aktar dettaljati u proċeduri msaħħa tad-diliġenza dovuta,
BILLI l-aġġornament tal-Istandard Globali jżid kategorija ġdida “Kont Eskluż” għall-Kontijiet ta’ Kontribuzzjoni Kapitali u limitu de minimis għar-rapportar ta’ Kontijiet Depożitarji li fihom Prodotti ta’ Ħlas Elettroniku Speċifikati,
BILLI l-Kummentarji għall-aġġornament tal-Istandard Globali jinkludu kategorija fakultattiva ġdida “Istituzzjoni Finanzjarja Mhux Rapportanti” għal Entitajiet Mingħajr Skop ta’ Qligħ ġenwini li joperaw għall-benefiċċju tal-pubbliku (“Entitajiet Mingħajr Skop ta’ Qligħ Kwalifikata”) u jordnaw li, sabiex jiġi indirizzat it-tħassib dwar iċ-ċirkomvenzjoni potenzjali tar-rapportar, l-applikazzjoni ta’ dik l-għażla jenħtieġ li tkun soġġetta għal proċeduri ta’ verifika adegwati għal kull Entità minn awtorità tal-ġuriżdizzjoni li fiha dik l-Entità tkun soġġetta għar-rapportar,
BILLI l-Iżvizzera tixtieq teżerċita l-għażla li tinkludi l-kategorija l-ġdida “Entità Mingħajr Skop ta’ Qligħ Kwalifikata” u tinsab fil-proċess li tistabbilixxi l-mekkaniżmi legali u amministrattivi biex tiżgura li kwalunkwe Entità li titlob l-istatus ta’ “Entità Mingħajr Skop ta’ Qligħ Kwalifikata” tiġi kkonfermata li tissodisfa l-kundizzjonijiet rilevanti qabel ma tali Entità tiġi ttrattata bħala Istituzzjoni Finanzjarja Mhux Rapportanti fl-Iżvizzera,
BILLI l-Istati Membri, f’konformità mad-Direttiva (UE) 2023/2226, mhux ser jeżerċitaw l-għażla li jinkludu l-kategorija l-ġdida “Entità Mingħajr Skop ta’ Qligħ Kwalifikata”, u l-istatus ta’ Entità bħala “Entità Mingħajr Skop ta’ Qligħ Kwalifikata” fl-Iżvizzera mhux ser jaffettwa l-istatus ta’ tali Entitajiet fl-Istati Membri, jekk dawk l-Entitajiet jitqiesu li huma Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti hemmhekk,
BILLI l-Istati Membri u l-Iżvizzera jixtiequ jiżguraw il-ġbir tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT, value added tax) u l-irkupru tat-talbiet tal-VAT sabiex tiġi evitata n-nontassazzjoni u tiġi miġġielda l-frodi tal-VAT,
BILLI l-Partijiet Kontraenti ser japplikaw il-liġijiet u l-prattiki rispettivi tagħhom dwar il-protezzjoni tad-data –– b’mod partikolari, għall-Iżvizzera, l-Att Federali dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-25 ta’ Settembru 2020 (6) u l-Ordinanza tiegħu tal-31 ta’ Awwissu 2022 (7) u, għall-Unjoni Ewropea, ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) –– għall-ipproċessar ta’ data personali skambjata f’konformità mal-Ftehim u jimpenjaw ruħhom li jinnotifikaw lil xulxin mingħajr dewmien żejjed f’każ ta’ kwalunkwe bidla fis-sustanza ta’ dawk il-liġijiet u l-prattiki,
BILLI d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/518/KE (9) ddikjarat li, għall-attivitajiet kollha li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), l-Iżvizzera titqies li tipprovdi livell adegwat ta’ protezzjoni tad-data personali ttrasferita mill-Unjoni Ewropea,
BILLI r-rapport tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Jannar 2024 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-ewwel rieżami tal-funzjonament tad-deċiżjonijiet ta’ adegwatezza adottati skont l-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 95/46/KE (11) jikkonferma li l-Iżvizzera qed tkompli tipprovdi livell adegwat ta’ protezzjoni għad-data personali ttrasferita mill-Unjoni Ewropea,
BILLI l-Istati Membri u l-Iżvizzera għandhom fis-seħħ: (i) salvagwardji xierqa biex jiġi żgurat li l-informazzjoni li tasal skont il-Ftehim tibqa’ kunfidenzjali u tintuża biss mill-persuni jew mill-awtoritajiet ikkonċernati għall-finijiet tal-valutazzjoni, tal-ġbir, tal-irkupru, tal-infurzar, tal-prosekuzzjoni, tas-sorveljanza jew tad-determinazzjoni ta’ appelli relatati mat-taxxi, kif ukoll għal kwalunkwe fini ieħor awtorizzat; u (ii) l-infrastruttura għal relazzjoni effettiva ta’ skambju (inklużi proċessi stabbiliti biex jiġu żgurati skambji ta’ informazzjoni f’waqthom, akkurati, siguri u kunfidenzjali, komunikazzjonijiet effettivi u affidabbli, u kapaċitajiet biex jissolvew minnufih mistoqsijiet u tħassib dwar skambji jew talbiet għal skambji u biex jiġu amministrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 tal-Ftehim),
BILLI l-ipproċessar ta’ informazzjoni skont il-Ftehim huwa meħtieġ u proporzjonat għall-fini li l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri u tal-Iżvizzera jkunu jistgħu jidentifikaw b’mod korrett u inekwivoku lill-kontribwenti kkonċernati, jamministraw u jinfurzaw il-liġijiet tagħhom dwar it-taxxa f’sitwazzjonijiet transfruntiera, jivvalutaw il-probabbiltà li ssir evażjoni tat-taxxa u jevitaw aktar investigazzjonijiet mhux meħtieġa,
FTIEHMU KIF ĠEJ:
ARTIKOLU 1
Il-Ftehim huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji u l-assistenza reċiproka għall-irkupru tat-talbiet sabiex tittejjeb il-konformità fiskali internazzjonali” ; |
|
(2) |
il-kliem introduttorju bejn it-titolu u l-kliem “FTIEHMU LI JIKKONKLUDU L-FTEHIM LI ĠEJ:” huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-UNJONI EWROPEA u L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA, minn hawn ’il quddiem imsejħa ‘l-Iżvizzera’, it-tnejn li huma, minn hawn ’il quddiem imsejħin, individwalment, ‘Parti Kontraenti’ u, flimkien, ‘Partijiet Kontraenti’,” ; |
|
(3) |
il-preambolu li ġej jiddaħħal qabel il-kliem “FTIEHMU LI JIKKONKLUDU L-FTEHIM LI ĠEJ:”:
“BIL-GĦAN li jiġi implimentat l-Istandard tal-OECD għall-Iskambju Awtomatiku ta’ Informazzjoni dwar Kontijiet Finanzjarji (‘l-Istandard Globali’), f’qafas ta’ kooperazzjoni li jqis l-interessi leġittimi taż-żewġ Partijiet Kontraenti, BILLI l-Partijiet Kontraenti għandhom relazzjoni twila u mill-qrib fir-rigward tal-assistenza reċiproka fi kwistjonijiet fiskali, li kienet tikkonsisti, inizjalment, fil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta’ dħul minn tfaddil fil-forma ta’ pagamenti ta’ imgħax, magħmul fil-Lussemburgu fis-26 ta’ Ottubru 2004 (*1) (‘il-Ftehim dwar it-Tfaddil’), BILLI l-Partijiet Kontraenti komplew jibnu fuq dik ir-relazzjoni billi kkonkludew il-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta’ dħul minn tfaddil fil-forma ta’ pagamenti ta’ imgħax, magħmul fi Brussell fis-27 ta’ Mejju 2015 (*2) (‘il-Protokoll Emendatorju tas-27 ta’ Mejju 2015 ’), li ħoloq il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji sabiex tittejjeb il-konformità fiskali internazzjonali (‘il-Ftehim dwar l-Istandard Globali’), abbażi tal-iskambju awtomatiku reċiproku tal-informazzjoni soġġett għal ċerti kunfidenzjalità u protezzjonijiet oħra, inklużi dispożizzjonijiet li jillimitaw l-użu tal-informazzjoni skambjata, BILLI l-Protokoll Emendatorju tas-27 ta’ Mejju 2015 issostitwixxa d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar it-Tfaddil filwaqt li żamm id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15 tiegħu dwar il-pagamenti tad-dividendi, tal-imgħax u tar-royalties bejn il-kumpaniji, u reġa’ nnumerahom bħala l-Artikolu 9 tal-Ftehim dwar l-Istandard globali, BILLI, wara l-ewwel rieżami komprensiv tal-Istandard Globali tal-OECD, dan tal-aħħar ġie aġġornat bir-Rakkomandazzjoni riveduta tal-Kunsill tal-OECD dwar l-Istandards Internazzjonali għall-Iskambju Awtomatiku ta’ Informazzjoni fi Kwistjonijiet Fiskali tat-8 ta’ Ġunju 2023 (‘l-aġġornament għall-Istandard Globali’) billi, fost l-oħrajn, ġew integrati ċerti prodotti tal-flus elettroniċi u muniti diġitali tal-bank ċentrali fl-ambitu tar-rapportar skont l-Istandard Globali, fejn il-kriptoassi bdew jitqiesu bħala assi finanzjarji, filwaqt li ġie evitat ir-rapportar doppju mal-Qafas għar-Rapportar tal-Kriptoassi, u ġew introdotti rekwiżiti tar-rapportar aktar dettaljati u proċeduri msaħħa tad-diliġenza dovuta, BILLI, wara l-aġġornament tal-Istandard Globali, il-Ftehim dwar l-Istandard Globali ġie emendat permezz tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji sabiex tittejjeb il-konformità fiskali internazzjonali, magħmul Brussell fl-20 ta’ Ottubru 2025 (‘il-Protokoll Emendatorju tal-20 ta’ Ottubru 2025 ’), li ċerti dispożizzjonijiet tiegħu kienu japplikaw b’mod provviżorju mill-1 ta’ Jannar 2026 u li biddel it-titolu tal-Ftehim Standard Globali għal ‘Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji u l-assistenza reċiproka għall-irkupru tat-talbiet sabiex tittejjeb il-konformità fiskali internazzjonali’ (‘il-Ftehim’), BILLI l-Unjoni Ewropea u l-Iżvizzera, permezz tal-Protokoll Emendatorju tal-20 ta’ Ottubru 2025, xtaqu jsaħħu l-kollaborazzjoni tagħhom fil-qasam tal-ġbir tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u l-irkupru tat-talbiet tal-VAT sabiex tiġi evitata n-nontassazzjoni u tiġi miġġielda l-frodi tal-VAT, BILLI l-Partijiet Kontraenti ser japplikaw il-liġijiet u l-prattiki rispettivi tagħhom dwar il-protezzjoni tad-data –– b’mod partikolari, għall-Iżvizzera, l-Att Federali dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-25 ta’ Settembru 2020 (*3) u l-Ordinanza tiegħu tal-31 ta’ Awwissu 2022 (*4) u, għall-Unjoni Ewropea, ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5) –– għall-ipproċessar ta’ data personali skambjata f’konformità mal-Ftehim u jimpenjaw ruħhom li jinnotifikaw lil xulxin mingħajr dewmien żejjed f’każ ta’ kwalunkwe bidla fis-sustanza ta’ dawk il-liġijiet u l-prattiki, BILLI d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/518/KE (*6) ddikjarat li, għall-attivitajiet kollha li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*7), l-Iżvizzera titqies li tipprovdi livell adegwat ta’ protezzjoni tad-data personali ttrasferita mill-Unjoni Ewropea, BILLI r-rapport tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Jannar 2024 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-ewwel rieżami tal-funzjonament tad-deċiżjonijiet ta’ adegwatezza adottati skont l-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 95/46/KE (*8) jikkonferma li l-Iżvizzera qed tkompli tipprovdi livell adegwat ta’ protezzjoni għad-data personali ttrasferita mill-Unjoni Ewropea, BILLI l-Istati Membri u l-Iżvizzera għandhom fis-seħħ: (i) salvagwardji xierqa biex jiġi żgurat li l-informazzjoni li tasal skont il-Ftehim tibqa’ kunfidenzjali u tintuża biss mill-persuni jew mill-awtoritajiet ikkonċernati għall-finijiet tal-valutazzjoni, tal-ġbir, tal-irkupru, tal-infurzar, tal-prosekuzzjoni, tas-sorveljanza jew tad-determinazzjoni ta’ appelli relatati mat-taxxi, kif ukoll għal kwalunkwe fini ieħor awtorizzat. u (ii) l-infrastruttura għal relazzjoni effettiva ta’ skambju (inklużi proċessi stabbiliti biex jiġu żgurati skambji ta’ informazzjoni f’waqthom, akkurati, siguri u kunfidenzjali, komunikazzjonijiet effettivi u affidabbli, u kapaċitajiet biex jissolvew minnufih mistoqsijiet u tħassib dwar skambji jew talbiet għal skambji u biex jiġu amministrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 tal-Ftehim), BILLI l-kategoriji ta’ Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti u Kont Rapportabbli koperti mill-Ftehim huma mfassla biex jillimitaw l-opportunitajiet għall-kontribwenti biex jevitaw li jiġu rrapportati billi jċaqilqu l-assi għal Istituzzjonijiet Finanzjarji jew jinvestu fi prodotti finanzjarji li huma barra mill-ambitu tal-Ftehim, BILLI ċerti Istituzzjonijiet Finanzjarji u kontijiet li jippreżentaw riskju baxx li jintużaw għall-evażjoni tat-taxxa jenħtieġ li jiġu esklużi mill-ambitu tal-kategoriji ta’ Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti u Kont Rapportabbli koperti mill-Ftehim, BILLI l-informazzjoni finanzjarja li hija meħtieġa tiġi rrapportata u skambjata jenħtieġ li tikkonċerna mhux biss l-introjtu rilevanti kollu (l-imgħax, id-dividendi u tipi simili ta’ introjtu) iżda wkoll il-bilanċi tal-kontijiet u r-rikavat mill-bejgħ ta’ Assi Finanzjarji, sabiex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet fejn kontribwent jipprova jaħbi kapital li fih innifsu jirrappreżenta introjtu jew assi li fir-rigward tagħhom tkun ġiet evaża t-taxxa, BILLI l-ipproċessar ta’ informazzjoni skont il-Ftehim huwa għalhekk meħtieġ u proporzjonat għall-fini li l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri u tal-Iżvizzera jkunu jistgħu jidentifikaw b’mod korrett u inekwivoku lill-kontribwenti kkonċernati, jamministraw u jinfurzaw il-liġijiet tagħhom dwar it-taxxa f’sitwazzjonijiet transfruntiera, jivvalutaw il-probabbiltà li ssir evażjoni tat-taxxa u jevitaw aktar investigazzjonijiet mhux meħtieġa, (*1) ĠU UE L 385, 29.12.2004, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2004/911/oj." (*2) ĠU UE L 333, 19.12.2015, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/prot/2015/2400/oj." (*3) RS 235.1." (*4) RS 235.11." (*5) Ir-Regolament (EU) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU UE L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj)." (*6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/518/KE tas-26 ta’ Lulju 2000 skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata ta’ data personali pprovduta fl-Iżvizzera (ĠU KE L 215, 25.8.2000, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/518/oj)." (*7) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU KE L 281, 23.11.1995, p. 31, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1995/46/oj)." (*8) COM(2024) 7 final.”;" |
|
(4) |
fl-Artikolu 1(1), jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:
(*9) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU UE L 347, 11.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/112/oj)." (*10) RS 641.20.”;" |
|
(5) |
l-intestatura li ġejja tiddaħħal wara l-Artikolu 1: “TITOLU 1 SKAMBJU AWTOMATIKU TA’ INFORMAZZJONI” |
|
(6) |
l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(7) |
l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
|
(8) |
it-titolu li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 4: “TITOLU 2 ASSISTENZA GĦALL-IRKUPRU KAPITOLU 1 DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI ARTIKOLU 4a Objettiv L-objettiv ta’ dan it-Titolu huwa li jistabbilixxi qafas għall-assistenza għall-irkupru bejn l-Istati Membri u l-Iżvizzera, sabiex l-awtoritajiet li għandhom ir-responsabbiltà japplikaw il-leġiżlazzjoni dwar il-VAT ikunu jistgħu jassistu lil xulxin biex jiżguraw il-konformità ma’ dik il-leġiżlazzjoni u jħarsu d-dħul mill-VAT. ARTIKOLU 4b Kamp ta’ applikazzjoni 1. Dan it-Titolu jistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri għall-kooperazzjoni għall-irkupru tat-talbiet li ġejjin:
2. Dan it-Titolu ma għandux jaffettwa l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-assistenza għall-irkupru ta’ talbiet fil-qasam tal-VAT bejn l-Istati Membri. ARTIKOLU 4c Organizzazzjoni 1. Kull Stat għandu jaħtar uffiċċju ċentrali ta’ kollegament wieħed li jkun responsabbli għall-applikazzjoni ta’ dan it-Titolu tal-Ftehim. Sakemm jingħata avviż ulterjuri, l-uffiċċji ċentrali ta’ kollegament għall-Istati Membri huma l-uffiċċji ċentrali ta’ kollegament maħtura għall-assistenza għall-irkupru bejn l-Istati Membri. L-Iżvizzera għandha tikkomunika l-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament tagħha lill-Kumitat Konġunt. 2. Kull Stat għandu jinforma lill-Kumitat Konġunt bi kwalunkwe bidla rilevanti li tikkonċerna l-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament maħtur. Il-Kumitat Konġunt għandu jikkomunika l-informazzjoni li jirċievi lill-Istati Membri u lill-Iżvizzera. KAPITOLU 2 SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI ARTIKOLU 4d Talba għal informazzjoni 1. L-Artikolu 5(1), (2), (3) u (4) japplika mutatis mutandis għall-finijiet ta’ dan it-Titolu. 2. Talba għal informazzjoni għandha ssir bl-użu tas-Sistema ta’ Trażmissjoni Komuni approvata mill-OECD jew ta’ kwalunkwe sistema xierqa oħra għat-trażmissjoni tad-data li tista’ tiġi miftiehma fil-futur. KAPITOLU 3 NOTIFIKA TAD-DOKUMENTI ARTIKOLU 4e Mezzi ta’ notifika Awtorità kompetenti stabbilita fi Stat tista’ tinnotifika kwalunkwe dokument, relatat ma’ talba msemmija fl-Artikolu 4b jew mal-irkupru tagħha, direttament bil-posta, bil-posta rreġistrata jew b’mezzi elettroniċi lil persuna fi Stat ieħor li fit-territorju tiegħu japplika dan it-Titolu. KAPITOLU 4 MIŻURI TA’ RKUPRU JEW TA’ PREKAWZJONI ARTIKOLU 4f Talba għall-irkupru 1. Fuq talba tal-awtorità applikanti, l-awtorità li ssirilha t-talba għandha tirkupra t-talbiet imsemmija fl-Artikolu 4b li huma s-suġġett ta’ strument li jippermetti l-infurzar fl-Istat tal-awtorità applikanti. Talba għall-irkupru għandha ssir bl-użu tas-Sistema ta’ Trażmissjoni Komuni approvata mill-OECD jew ta’ kwalunkwe sistema xierqa oħra għat-trażmissjoni tad-data li tista’ tiġi miftiehma fil-futur. 2. Malli kwalunkwe informazzjoni rilevanti relatata mal-każ, li tkun tat lok għat-talba għall-irkupru, issir magħrufa mill-awtorità applikanti, hija għandha tgħaddiha lill-awtorità li ssirilha t-talba. ARTIKOLU 4g Kundizzjonijiet li jirregolaw talba għall-irkupru 1. L-awtorità applikanti ma tistax tagħmel talba għall-irkupru jekk u sakemm it-talba jew l-istrument li jippermetti l-infurzar tagħha jkunu kkontestati fl-Istat tal-awtorità applikanti, ħlief f’każijiet fejn japplika l-Artikolu 4j(4), it-tielet subparagrafu. 2. Qabel ma l-awtorità applikanti tagħmel talba għall-irkupru,
Ir-rikors għal tali proċeduri ta’ rkupru u assistenza għall-irkupru disponibbli fl-Istat tal-awtorità applikanti ma huwiex meħtieġ sa fejn dan iwassal għal diffikultà sproporzjonata. ARTIKOLU 4h Strument li jippermetti l-infurzar fl-Istat tal-awtorità li ssirilha t-talba u dokumenti ta’ akkumpanjament oħra 1. Kwalunkwe talba għall-irkupru għandha tkun akkumpanjata minn strument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat tal-awtorità li ssirilha t-talba. Dan għandu jikkostitwixxi l-unika bażi għall-miżuri ta’ rkupru fl-Istat tal-awtorità li ssirilha t-talba, u l-ebda att ta’ rikonoxximent, ta’ supplimentar jew ta’ sostituzzjoni ma għandu jkun meħtieġ f’dak l-Istat. Il-Kumitat Konġunt għandu jiddetermina l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fl-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat tal-awtorità li ssirilha t-talba. 2. It-talba għall-irkupru ta’ talba għandha tkun akkumpanjata minn scan jew kopja tal-istrument inizjali li jippermetti l-infurzar fl-Istat applikant. Din tista’ tkun akkumpanjata minn dokumenti oħra. ARTIKOLU 4i Eżekuzzjoni tat-talba għall-irkupru 1. Għall-finijiet tal-irkupru fl-Istat tal-awtorità li ssirilha t-talba, kwalunkwe talba li għaliha tkun saret talba għall-irkupru għandha tiġi ttrattata daqslikieku kienet talba ta’ dak l-Istat, ħlief meta jkun previst mod ieħor f’dan it-Titolu. L-awtorità li ssirilha t-talba għandha tagħmel użu mis-setgħat u l-proċeduri pprovduti skont il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ dak l-Istat, ħlief meta previst mod ieħor f’dan it-Titolu. 2. L-Istat tal-awtorità li ssirilha t-talba ma għandux ikun obbligat jagħti lil talbiet li għalihom jintalab l-irkupru preferenzi li jingħataw lil talbiet simili li jitqajmu f’dak l-Istat tal-awtorità li ssirilha t-talba, ħlief meta jkun miftiehem mod ieħor jew meta jkun previst mod ieħor fil-liġi ta’ dak l-Istat. Stat li, fl-eżekuzzjoni ta’ dan it-Titolu, jagħti preferenzi lil talbiet li jitqajmu fi Stat ieħor ma jistax jirrifjuta li jagħti l-istess preferenzi lill-istess talbiet jew lil talbiet simili ta’ Stati Membri oħrajn fir-rigward tal-istess kundizzjonijiet. 3. L-Istat tal-awtorità li ssirilha t-talba għandu jirkupra t-talba fil-munita tiegħu stess. ARTIKOLU 4j Tilwim 1. It-tilwim dwar it-talba, l-istrument inizjali li jippermetti l-infurzar fl-Istat tal-awtorità applikanti jew l-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat tal-awtorità li ssirilha t-talba u t-tilwim dwar il-validità ta’ notifika li tkun għamlet awtorità applikanti għandu jaqa’ taħt il-kompetenza tal-korpi kompetenti tal-Istat tal-awtorità applikanti. Jekk, matul il-proċedura ta’ rkupru, it-talba, l-istrument inizjali li jippermetti l-infurzar fl-Istat tal-awtorità applikanti jew l-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat tal-awtorità li ssirilha t-talba jiġi kkontestat minn parti interessata, l-awtorità li ssirilha t-talba għandha tinforma lil dik il-parti li tali azzjoni trid titressaq minn din tal-aħħar quddiem il-korp kompetenti tal-Istat tal-awtorità applikanti f’konformità mal-liġijiet fis-seħħ hemmhekk. 2. Tilwim dwar miżuri ta’ infurzar meħuda fl-Istat tal-awtorità li ssirilha t-talba, inkluż dwar l-issodisfar tal-kundizzjonijiet biex tintbagħat talba għall-irkupru skont dan il-Ftehim, għandu jitressaq quddiem il-korp kompetenti ta’ dak l-Istat f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tiegħu. 3. Meta titressaq azzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtorità applikanti għandha tinforma lill-awtorità li ssirilha t-talba b’dan u għandha tindika l-punt sa fejn it-talba ma tkunx qed tiġi kkontestata. 4. Malli l-awtorità li ssirilha t-talba tirċievi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, jew mingħand l-awtorità applikanti jew inkella mingħand il-parti interessata, hija għandha tissospendi l-proċedura tal-infurzar, sa fejn tkun ikkonċernata l-parti kkontestata tat-talba, sakemm il-korp kompetenti dwar din il-kwistjoni jkun iddeċieda u sakemm l-awtorità applikanti ma titlobx mod ieħor f’konformità mat-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Fuq talba tal-awtorità applikanti, jew fejn b’xi mod ieħor jitqies li jkun meħtieġ mill-awtorità li ssirilha t-talba, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4l, l-awtorità li ssirilha t-talba tista’ tieħu miżuri ta’ prekawzjoni sabiex tiżgura l-irkupru sa fejn ikunu jippermettu l-liġijiet jew ir-regolamenti applikabbli. L-awtorità applikanti tista’, f’konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki amministrattivi fis-seħħ fl-Istat tagħha, titlob lill-awtorità li ssirilha t-talba biex tirkupra talba kkontestata jew il-parti kkontestata ta’ talba, sa fejn ikunu jippermettu l-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki amministrattivi fis-seħħ fl-Istat tal-awtorità li ssirilha t-talba. Kwalunkwe talba bħal din għandha tkun motivata. Jekk, sussegwentement, ir-riżultat tal-kontestazzjoni jkun favur id-debitur, l-awtorità applikanti għandha tkun responsabbli għar-rimbors tas-somom kollha rkuprati flimkien ma’ kwalunkwe kumpens li jkun dovut, f’konformità mal-liġijiet li jkunu fis-seħħ fl-Istat tal-awtorità li ssirilha t-talba. Jekk l-Istat tal-awtorità applikanti u dak tal-awtorità li ssirilha t-talba jkunu nedew proċedura ta’ ftehim reċiproku bejniethom, u l-eżitu tal-proċedura jkun jista’ jaffettwa t-talba li għaliha tkun intalbet l-assistenza, il-miżuri ta’ rkupru għandhom jiġu sospiżi jew jitwaqqfu sakemm tintemm dik il-proċedura, dejjem jekk din ma jkollhiex x’taqsam ma’ każ ta’ urġenza immedjata minħabba frodi jew insolvenza. Jekk il-miżuri ta’ rkupru jiġu sospiżi jew jitwaqqfu, għandu japplika t-tieni subparagrafu. ARTIKOLU 4k Emenda jew irtirar tat-talba għal assistenza għall-irkupru 1. L-awtorità applikanti għandha tinforma lill-awtorità li ssirilha t-talba minnufih bi kwalunkwe emenda sussegwenti tat-talba tagħha għall-irkupru jew bl-irtirar tat-talba tagħha, filwaqt li tindika r-raġunijiet għall-emenda jew l-irtirar. 2. Jekk l-emenda tat-talba ssir minħabba deċiżjoni tal-korp kompetenti msemmi fl-Artikolu 4j(1), l-awtorità applikanti għandha tibgħat dik id-deċiżjoni flimkien ma’ strument uniformi rivedut li jippermetti l-infurzar fl-Istat tal-awtorità li ssirilha t-talba. L-awtorità li ssirilha t-talba mbagħad għandha tkompli twettaq aktar miżuri ta’ rkupru fuq il-bażi tal-istrument uniformi rivedut. Il-miżuri ta’ rkupru jew ta’ prekawzjoni li diġà kienu ttieħdu fuq il-bażi tal-istrument uniformi oriġinali li jippermetti l-infurzar fl-Istat tal-awtorità li ssirilha t-talba jistgħu jitkomplew fuq il-bażi tal-istrument uniformi rivedut, sakemm l-emenda tat-talba ma tkunx dovuta għall-invalidità tal-istrument inizjali li jippermetti l-infurzar fl-Istat tal-awtorità applikanti jew għall-istrument uniformi oriġinali li jippermetti l-infurzar fl-Istat tal-awtorità li ssirilha t-talba. L-Artikoli 4h u 4j għandhom japplikaw għall-istrument uniformi rivedut. ARTIKOLU 4l Talba għall-miżuri ta’ prekawzjoni Fuq talba tal-awtorità applikanti, l-awtorità li ssirilha t-talba għandha tieħu miżuri ta’ prekawzjoni, jekk permessi mil-liġi nazzjonali tagħha u f’konformità mal-prattiki amministrattivi tagħha, sabiex tiżgura l-irkupru meta talba jew l-istrument inizjali li jippermetti l-infurzar fl-Istat tal-awtorità applikanti jiġi kkontestat fil-mument meta ssir it-talba, jew meta t-talba tkun għadha ma hijiex is-suġġett ta’ strument li jippermetti l-infurzar fl-Istat tal-awtorità applikanti, sa fejn miżuri ta’ prekawzjoni jkunu possibbli f’sitwazzjoni simili skont il-liġi u l-prattiki amministrattivi tal-Istat tal-awtorità applikanti. Sabiex jingħata effett lil dan l-Artikolu, l-Artikolu 4f(2) u l-Artikoli 4i, 4j, u 4k għandhom japplikaw mutatis mutandis. ARTIKOLU 4m Limiti fuq l-obbligi tal-awtorità li ssirilha t-talba 1. L-awtorità li ssirilha t-talba ma għandhiex tkun obbligata tagħti l-assistenza prevista fl-Artikoli 4f sa 4l jekk it-talba inizjali għall-assistenza skont l-Artikoli 4d, 4f jew 4l issir fir-rigward ta’ talbiet li ilhom aktar minn 5 snin, mid-data li fiha t-talba kkonċernata ma tkunx tista’ tiġi kkontestata aktar fl-Istat tal-awtorità applikanti. Għat-talbiet ikkontestati, dan il-perjodu għandu jiġi kkalkolat mid-data li fiha t-tilwima tiġi deċiża bid-deċiżjoni finali. Barra minn hekk, f’każijiet fejn l-Istat tal-awtorità applikanti jkun ippermetta li l-pagament jew il-pjan ta’ pagament parzjali jiġi pospost, il-perjodu ta’ ħames snin għandu jitqies li ma jibdiex qabel il-mument meta jkun intemm il-perjodu kollu tal-pagament. Madankollu, f’dawk il-każijiet, l-awtorità li ssirilha t-talba ma għandhiex tkun obbligata tagħti assistenza fir-rigward ta’ talbiet li ilhom aktar minn 10 snin, li jibdew mid-data msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. 2. Stat ma għandux ikun obbligat jagħti l-assistenza jekk l-ammont totali tat-talbiet koperti minn dan it-Titolu, li għalihom tintalab l-assistenza għall-irkupru, ikun inqas minn ammont f’EUR li għandu jiġi ddeterminat mill-Kumitat Konġunt. 3. Sakemm il-Kumitat Konġunt ma jkunx adotta jew emenda xi limitu bħal dan, l-ammont imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi stabbilit għal:
Il-limitu ta’ EUR 5 000 ser jiġi stabbilit għal EUR 10 000 jekk fuq medja annwali ta’ perjodu ta’ 5 snin li jibda fl-1 ta’ Jannar ta’ kull sena kalendarja, Stat ikun irċieva aktar minn 250 talba għall-irkupru skont l-Artikolu 4f(1). Is-subparagrafu (b) ta’ dan il-paragrafu jista’ jiġi applikat mill-ġdid minn hemm ’il quddiem. Il-Kumitat Konġunt għandu jinforma lill-Istati Membri u lill-Iżvizzera bi kwalunkwe bidla fil-limitu applikabbli annwali. 4. L-awtorità li ssirilha t-talba għandha tinforma lill-awtorità applikanti bir-raġunijiet għaċ-ċaħda ta’ talba għall-assistenza. ARTIKOLU 4n Kwistjonijiet dwar il-preskrizzjoni 1. Kwistjonijiet dwar il-perjodi ta’ preskrizzjoni għandhom ikunu rregolati biss mil-liġijiet fis-seħħ fl-Istat applikanti. 2. Kwalunkwe talba għall-miżuri ta’ rkupru jew ta’ prekawzjoni skont dan it-Titolu għandu jkollha l-effett li tissospendi l-perjodu ta’ preskrizzjoni għat-talbiet ikkonċernati sakemm l-awtorità li ssirilha t-talba tkun eżegwiet it-talba. Is-sospensjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhiex taqbeż il-ħames snin mid-data li fiha tintbagħat it-talba għall-miżuri ta’ rkupru jew ta’ prekawzjoni. 3. Il-paragrafu 2 ma jaffettwax id-dritt tal-Istat tal-awtorità applikanti li jieħu miżuri li jkollhom l-effett li jissospendu, jinterrompu jew jestendu l-perjodu ta’ preskrizzjoni f’konformità mal-liġijiet fis-seħħ f’dak l-Istat. ARTIKOLU 4o Kostijiet 1. L-awtorità li ssirilha t-talba għandha tfittex li tirkupra mingħand il-persuna kkonċernata l-kostijiet marbutin mal-irkupru li hija tkun ġarrbet f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tal-Istat tagħha u li żżomm dan l-ammont. Barra minn hekk, l-awtorità li ssirilha t-talba tista’ żżomm 5 % tal-ammont irkuprat, iżda mhux inqas minn EUR 500 u mhux aktar minn EUR 5 000. 2. L-Istati għandhom jirrinunzjaw għat-talbiet l-oħra kontra xulxin għar-rimborż tal-kostijiet li jirriżultaw minn kwalunkwe assistenza reċiproka li huma jagħtu lil xulxin skont dan it-Titolu. Madankollu, meta l-irkupru joħloq problema speċifika jew ikun jinvolvi kostijiet kbar ħafna jew ikollu x’jaqsam mal-kriminalità organizzata, l-awtorità applikanti u l-awtorità li ssirilha t-talba jistgħu jiftiehmu bejniethom dwar arranġamenti speċifiċi tar-rimborż għall-każijiet ikkonċernati. 3. Minkejja l-paragrafi 1 u 2, l-Istat tal-awtorità applikanti għandu jkun responsabbli jħallas lill-Istat tal-awtorità li ssirilha t-talba kwalunkwe kost u kwalunkwe telf imġarrab bħala riżultat ta’ azzjonijiet meqjusa bħala bla bażi, sa fejn huma kkonċernati jew is-sustanza tat-talba jew il-validità tal-istrument li jippermetti l-infurzar u/jew il-miżuri ta’ prekawzjoni maħruġa mill-awtorità applikanti. KAPITOLU 5 IMPLIMENTAZZJONI U APPLIKAZZJONI ARTIKOLU 4p Kumitat Konġunt 1. Il-Partijiet Kontraenti b’dan qed jistabbilixxu Kumitat Konġunt magħmul minn rappreżentanti tal-Partijiet Kontraenti. Il-Kumitat Konġunt għandu jiżgura l-funzjonament u l-implimentazzjoni xierqa ta’ dan it-Titolu. 2. Il-Kumitat Konġunt għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet biex jippromwovi l-għanijiet ta’ dan it-Titolu u jadotta deċiżjonijiet:
3. Il-Kumitat Konġunt għandu jopera bl-unanimità tal-Partijiet Kontraenti. Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt għandhom ikunu vinkolanti fuq il-Partijiet Kontraenti. Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu. Il-Partijiet Kontraenti jimpenjaw ruħhom li d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 jiġu adottati mill-Kumitat Konġunt fi żmien 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan it-Titolu. Meta l-Partijiet Kontraenti jonqsu milli jilħqu ftehim biex jadottaw id-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, kull Parti għandha taħtar rappreżentant u tidħol f’diskussjonijiet bilaterali biex issolvi b’mod amikevoli l-kwistjonijiet pendenti fi żmien 12-il xahar. 4. Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa’ mill-inqas darba fis-sena u jirrieżamina l-operat u l-effettività ta’ dan it-Titolu kull ħames snin. Kull Parti Kontraenti tista’ titlob li tissejjaħ laqgħa. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun presedut b’mod alternat minn kull waħda mill-Partijiet Kontraenti. Id-data u l-post ta’ kull laqgħa, kif ukoll l-aġenda, għandhom jiġu ddeterminati bi ftehim bejn il-Partijiet Kontraenti. 5. Jekk Parti Kontraenti tkun tixtieq li dan it-Titolu jiġi rivedut, hija għandha tinforma lill-Kumitat Konġunt. L-emendi ta’ dan it-Titolu għandhom jidħlu fis-seħħ wara li jkunu tlestew il-proċeduri interni rispettivi. ARTIKOLU 4q L-użu tal-formoli standard għall-assistenza għall-irkupru skont ftehimiet oħra Il-formoli standard għat-talbiet skont dan it-Titolu u għad-dokumenti ta’ akkumpanjament imsemmija fl-Artikolu 4h u fl-Artikolu 4k(2), adottati mill-Kumitat Konġunt, jistgħu jintużaw ukoll għall-assistenza għall-irkupru bejn Stat Membru u l-Iżvizzera fir-rigward ta’ talbiet oħra li għalihom l-assistenza għall-irkupru hija possibbli skont il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, biex jiġu miġġielda l-frodi u kwalunkwe attività illegali oħra għad-detriment tal-interessi finanzjarji tagħhom, magħmul fil-Lussemburgu fis-26 ta’ Ottubru 2004 (*11), u għall-assistenza għall-irkupru bejn Stat Membru u l-Iżvizzera rigward talbiet oħra minbarra t-talbiet imsemmija fl-Artikolu 4b jekk tali assistenza tkun possibbli skont strumenti legalment vinkolanti oħra dwar l-assistenza għall-irkupru. L-użu u l-aċċettazzjoni ta’ tali formoli standard għall-assistenza għall-irkupru li jikkonċernaw talbiet oħra, kif speċifikat f’dan il-paragrafu, ma jiddependux fuq konferma ta’ din il-possibbiltà fil-ftehimiet l-oħra kkonċernati. ARTIKOLU 4r Skambju ta’ informazzjoni mingħajr talba minn qabel Meta rifużjoni tat-taxxi jew tad-dazji jkollha x’taqsam ma’ persuna stabbilita jew residenti fi Stat ieħor li fit-territorju tiegħu japplika dan it-Titolu, l-Istat minn fejn għandha ssir ir-rifużjoni jista’ jinforma lill-Istat ta’ stabbiliment jew ta’ residenza bir-rifużjoni pendenti. ARTIKOLU 4s Kooperazzjoni dwar kwistjonijiet oħra Il-Partijiet Kontraenti għandhom jesploraw l-assistenza reċiproka fl-irkupru ta’ talbiet oħra tat-taxxa fi żmien perjodu ta’ erba’ snin wara l-ewwel jum ta’ Jannar ta’ wara l-iffirmar tal-Protokoll Emendatorju tal-20 ta’ Ottubru 2025. (*11) ĠU UE L 46, 17.2.2009, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2009/127/oj.”;" |
|
(9) |
l-intestatura li ġejja tiddaħħal qabel l-Artikolu 5: “TITOLU 3 DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦAT-TITOLU 1 U T-TITOLU 2” |
|
(10) |
l-intestatura li ġejja tiddaħħal wara l-Artikolu 6: “TITOLU 4 DISPOŻIZZJONIJIET OĦRA” |
|
(11) |
l-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
|
(12) |
fl-Anness III, jitħassar is-subparagrafu (ac); |
|
(13) |
id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Partijiet Kontraenti dwar il-Ftehim u l-Annessi hija sostitwita b’dan li ġej: “DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-PARTIJIET KONTRAENTI DWAR IL-FTEHIM U L-ANNESSI Il-Partijiet Kontraenti jaqblu, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Ftehim u l-Annessi kif emendati mill-Protokoll Emendatorju tal-20 ta’ Ottubru 2025, li l-Kummentarji tal-Mudell ta’ Ftehim bejn l-Awtoritajiet Kompetenti tal-OECD u l-Istandard Komuni ta’ Rapportar, kif ukoll il-Kummentarji tal-Addendum tal-2023 tal-Mudell ta’ Ftehim bejn l-Awtoritajiet Kompetenti tal-OECD u tal-aġġornament tal-2023 għall-Istandard Komuni ta’ Rapportar, jenħtieġ li jkunu sors ta’ spjegazzjoni jew interpretazzjoni sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fl-applikazzjoni.” ; |
|
(14) |
id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Partijiet Kontraenti dwar l-Artikolu 5 tal-Ftehim hija sostitwita b’dan li ġej: “DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-PARTIJIET KONTRAENTI DWAR L-ARTIKOLU 5 TAL-FTEHIM Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li l-Artikolu 5 tal-Ftehim huwa allinjat mal-aħħar standard tal-OECD dwar it-trasparenza u l-iskambju ta’ informazzjoni fi kwistjonijiet fiskali minqux fl-Artikolu 26 tal-Mudell ta’ Konvenzjoni dwar it-Taxxa tal-OECD. Għalhekk, il-Partijiet Kontraenti jaqblu, rigward l-implimentazzjoni tal-Artikolu 5, li l-kummentarju dwar l-Artikolu 26 tal-Mudell ta’ Konvenzjoni dwar it-Taxxa tal-OECD fuq l-Introjtu u fuq il-Kapital jenħtieġ li jkun sors ta’ interpretazzjoni.”. |
ARTIKOLU 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
1. Dan il-Protokoll Emendatorju għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara n-notifika mill-Partijiet Kontraenti li jkunu lestew il-proċeduri rispettivi tagħhom.
2. Minkejja l-paragrafu 1, il-Partijiet Kontraenti għandhom japplikaw b’mod provviżorju mill-1 ta’ Jannar 2026, soġġett għal notifika minn kull waħda mill-Partijiet Kontraenti lill-oħra sal-31 ta’ Diċembru 2025 tat-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għal tali applikazzjoni provviżorja, l-emendi stabbiliti fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Protokoll Emendatorju dwar l-artikoli tal-Ftehim, l-annessi tal-Ftehim u d-dikjarazzjonijiet li ġejjin, sakemm jidħol fis-seħħ dan il-Protokoll Emendatorju:
|
— |
l-Artikolu 1(1), is-subparagrafi (m) u (u); |
|
— |
l-Artikolu 2; |
|
— |
l-Artikolu 3; |
|
— |
l-Artikolu 4p; |
|
— |
l-Anness I; |
|
— |
l-Anness III; |
|
— |
id-Dikjarazzjonijiet Konġunti tal-Partijiet Kontraenti. |
3. Minkejja l-paragrafu 1, it-Titolu 2, ħlief l-Artikolu 4p, tal-Ftehim kif emendat b’dan il-Protokoll Emendatorju għandu japplika mill-ewwel jum ta’ Jannar tal-ewwel sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll Emendatorju fir-rigward tat-talbiet tat-taxxa li jitqajmu wara l-ewwel jum ta’ Jannar wara l-iffirmar ta’ dan il-Protokoll Emendatorju.
ARTIKOLU 3
Lingwi
Dan il-Protokoll għandu jitfassal f’żewġ kopji bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Irlandiż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bit-Taljan, bl-Ungeriż u bl-Iżvediż, u kull test ikun awtentiku ugwalment.
B’XHIEDA TA’ DAN, is-sottoskritti, debitament awtorizzati għal dan l-għan, iffirmaw dan il-Protokoll Emendatorju.
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar tassazzjoni ta’ dħul minn tfaddil fil-forma ta’ pagamenti ta’ imgħax (ĠU UE L 157, 26.6.2003, p. 38, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/48/oj).
(2) ĠU EU L 385, 29.12.2004, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2004/911/oj.
(3) ĠU EU L 333, 19.12.2015, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/prot/2015/2400/oj.
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2023/2226 tas-17 ta’ Ottubru 2023 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU EU L, 2023/2226, 24.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/2226/oj).
(5) Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU EU L 64, 11.3.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/16/oj).
(6) RS 235.1.
(7) RS 235.11.
(8) Ir-Regolament (EU) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU UE L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).
(9) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/518/KE tas-26 ta’ Lulju 2000 skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata ta’ data personali pprovduta fl-Iżvizzera (ĠU KE L 215, 25.8.2000, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/518/oj).
(10) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU KE L 281, 23.11.1995, p. 31, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1995/46/oj).
(11) COM(2024) 7 final.
ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_prot/2025/2326/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)