Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002, tas-27 ta’ Mejju 2002, li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 18 Vol. 1, p. 294) kif emendat għat-tlieta u sittin darba bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 246/2006, tal-10 ta’ Frar 2006 (ĠU L 40, p. 13), li jniżżel l-ismijiet tar-rikorrenti fl-Anness I tar-Regolament Nru 881/2002.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Il-Kawżi T‑135/06 sa T‑138/06 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

2) L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002, tas-27 ta’ Mejju 2002, li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan, kif emendat għat-tlieta u sittin darba bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 246/2006, tal-10 ta’ Frar 2006, huwa annullat sa fejn dan jirrigwarda lir-rikorrenti Al-Bashir Mohammed Al-Faqih, Taher Nasuf, Ghunia Abdrabbah, u Sanabel Relief Agency Ltd.

3) Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati, barra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti, kif ukoll is-somom imħallsa minn qabel mill-kaxxier tal-Qorti Ġenerali bħala għajnuna legali.

4) Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.