|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1812 |
4.4.2025 |
P10_TA(2024)0047
Emenda tar-Regolament (UE) 2018/1806 fir-rigward ta’ Vanuatu
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Novembru 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1806 fir-rigward ta’ Vanuatu (COM(2024)0365 – C10-0008/2024 – 2024/0128(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(C/2025/1812)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2024)0365), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 77(2), il-punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C10-0008/2024), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-13 ta’ Novembru 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 60 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A10-0015/2024), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P10_TC1-COD(2024)0128
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tas-27 ta' Novembru 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1806 fir-rigward ta’ Vanuatu
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2025/11.)
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1812/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)