|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/188 |
5.1.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12265 — PSPIB / 4F / VSA / CITROSUCO)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/188)
1.
Fis-16 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Public Sector Pension Investment Board (“PSPIB”, il-Kanada), |
|
— |
4f Capital N.V. (“4F”, il-Brażil), il-kumpanija azzjonarja li tikkontrolla lill-Fischer Group, |
|
— |
Votorantim S.A. (“VSA”, il-Brażil), u |
|
— |
Citrosuco S.A. Agroindústria (“Citrosuco”, il-Brażil), li bħalissa hija kkontrollata b’mod konġunt minn Votorantim Group u minn Fischer Group. |
PSPIB, 4F u VSA se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Citrosuco.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
PSPIB hija investitur tal-pensjonijiet tal-pjanijiet tal-pensjoni tas-Servizz Pubbliku Federali Kanadiż, tal-Forzi Kanadiżi, tal-Pulizija tal-Kavallerija Rjali Kanadiża u tal-Forza ta’ Riżerva. Hija timmaniġġja portafoll globali diversifikat li jinkludi ishma, bonds u titoli oħra bi dħul fiss, kif ukoll investimenti f’ekwità privata, proprjetà immobbli, infrastruttura, riżorsi naturali u investimenti ta’ kreditu. Il-PSPIB mhija kkontrollata minn l-ebda entità. |
|
— |
4f hija l-kumpanija azzjonarja li tikkontrolla lill-Fischer Group. Fischer Group għandu l-kwartieri ġenerali tiegħu fil-Brażil u huwa involut fil-produzzjoni ta’ frott bħat-tuffieħ u l-kiwi, il-meraq, ir-riforestazzjoni, l-injam, il-fażola tas-sojja u l-qamħirrum. 4f hija kkontrollata minn individwi tal-familja Fischer. |
|
— |
VSA hija l-kumpanija azzjonarja ta’ Votorantim Group, bil-kwartieri ġenerali tagħha fil-Brażil u preżenti f’19-il pajjiż, b’portafoll li jinkludi kumpaniji li joperaw f’diversi segmenti tas-suq. VSA hija kkontrollata minn kumpanija azzjonarja tal-familja (Hejoassu). |
|
— |
Citrosuco hija produttur u distributur globali ta’ prodotti tal-ikel naturali, sostenibbli u bbażat fuq il-larinġ. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
Każ M.12265 — PSPIB / 4F / VSA / CITROSUCO
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/188/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)