02016D1685 — MT — 17.10.2023 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1685

tas-16 ta' Settembru 2016

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jew li huma magħmula jew prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21, u mill-qamħirrum ġenetikament modifikat bit-tgħaqqid ta' tnejn jew tlieta mill-eventi Bt11, MIR162, MIR604 u GA21, u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2010/426/UE, 2011/892/UE, 2011/893/UE u 2011/894/UE

(notifikata bid-dokument C(2016) 5746)

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 254 20.9.2016, p. 22)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/60 tal-11 ta' Jannar 2019

  L 12

31

15.1.2019

►M2

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2143 tat-13 ta’ Ottubru 2023

  L 

1

17.10.2023




▼B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1685

tas-16 ta' Settembru 2016

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jew li huma magħmula jew prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21, u mill-qamħirrum ġenetikament modifikat bit-tgħaqqid ta' tnejn jew tlieta mill-eventi Bt11, MIR162, MIR604 u GA21, u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2010/426/UE, 2011/892/UE, 2011/893/UE u 2011/894/UE

(notifikata bid-dokument C(2016) 5746)

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

L-organiżmu ġenetikament modifikat u l-identifikatur uniku

1.  

L-identifikaturi uniċi għall-organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM) ġew assenjati b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 65/2004:

(a) 

l-identifikatur uniku SYN-BTØ11-1 × SYN-IR162-4 × SYN-IR6Ø4-5 × MON-ØØØ21-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21;

(b) 

l-identifikatur uniku SYN-BTØ11-1 × SYN-IR162-4 × SYN-IR6Ø4-5 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) Bt11 × MIR162 × MIR604;

(c) 

l-identifikatur uniku SYN-BTØ11-1 × SYN-IR162-4 × MON-ØØØ21-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) Bt11 × MIR162 × GA21;

(d) 

l-identifikatur uniku SYN-BTØ11-1 × SYN-IR6Ø4-5 × MON-ØØØ21-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) Bt11 × MIR604 × GA21;

(e) 

l-identifikatur uniku SYN-IR162-4 × SYN-IR6Ø4-5 × MON-ØØØ21-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) MIR162 × MIR604 × GA21;

(f) 

l-identifikatur uniku SYN-BTØ11-1 × SYN-IR162-4 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) Bt11 × MIR162;

(g) 

l-identifikatur uniku SYN-BTØ11-1 × SYN-IR6Ø4-5 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) Bt11 × MIR604;

(h) 

l-identifikatur uniku SYN-BTØ11-1 × MON-ØØØ21-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) Bt11 × GA21;

(i) 

l-identifikatur uniku SYN-IR162-4 × SYN-IR6Ø4-5 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) MIR162 × MIR604;

(j) 

l-identifikatur uniku SYN-IR162-4 × MON-ØØØ21-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) MIR162 × GA21;

(k) 

l-identifikatur uniku SYN-IR6Ø4-5 × MON-ØØØ21-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) MIR604 × GA21.

2.  
Il-kumbinazzjonijiet ta' qamħirrum imsemmijin fil-paragrafu 1 qegħdin speċifikati fil-punt (b) tal-Anness.

Artikolu 2

Awtorizzazzjoni

Il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-finijiet tal-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni:

(a) 

l-ikel u l-ingredjenti tal-ikel li fihom, jew li huma magħmulin jew prodotti mill-OĠM msemmija fl-Artikolu 1;

(b) 

għalf li fih, jew li huwa magħmul jew prodott mill-OĠM msemmija fl-Artikolu 1;

(c) 

l-OĠM msemmija fl-Artikolu 1 f'prodotti li fihom minnhom jew li huma magħmula minnhom għal kull użu ieħor għajr dak previst fil-punti (a) u (b), bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.

Artikolu 3

Tikkettar

1.  
Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Artikolu 13(1) u fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, “l-isem tal-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”.
2.  
Fuq it-tikketta tal-prodotti u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li jkun fihom l-OĠM msemmija fl-Artikolu 1, jew li huma magħmula minnhom, bl-eċċezzjoni tal-prodotti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2, għandu jidher il-kliem “mhux għall-kultivazzjoni”.

Artikolu 4

Monitoraġġ tal-effetti ambjentali

1.  
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jiżgura li l-pjan ta' monitoraġġ tal-effetti ambjentali, kif stipulat fil-punt (h) tal-Anness, jiddaħħal fis-seħħ u jiġi implimentat.
2.  
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu wkoll iressaq ir-rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stipulati fil-pjan ta' monitoraġġ skont id-Deċiżjoni 2009/770/KE.

Artikolu 5

Kundizzjonijiet speċifiċi għat-tqegħid fis-suq

1.  
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jiżgura li l-kundizzjonijiet speċifiċi, imsemmija fil-punt (g) tal-Anness, jiġu implimentati.
2.  
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jressaq ir-rapporti annwali dwar ir-riżultati tal-attivitajiet stipulati fil-kundizzjonijiet speċifiċi ta' din l-awtorizzazzjoni sakemm tibqa' sseħħ l-awtorizzazzjoni.

Artikolu 6

Reġistru Komunitarju

L-informazzjoni stabbilita fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u tal-għalf ġenetikament modifikat previst fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Artikolu 7

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun ►M1  Syngenta Crop Protection NV/SA, il-Belġju ◄ , li tirrappreżenta lil Syngenta Crop Protection AG, tal-Iżvizzera.

Artikolu 8

Tħassir

Id-Deċiżjonijiet 2010/426/UE, 2011/892/UE, 2011/893/UE u 2011/894/UE huma mħassra.

Artikolu 9

Validità

Din id-Deċiżjoni tapplika għal perjodu ta' 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 10

Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil ►M1  Syngenta Crop Protection NV/SA, Avenue Louise 489, 1050 Brussell, il-Belġju ◄




ANNESS

(a) 

L-applikant u d-detentur tal-awtorizzazzjoni:

Isem

:

►M1  Syngenta Crop Protection NV/SA ◄

Indirizz

:

►M1  Avenue Louise, 489, 1050 Brussell, il-Belġju ◄

F'isem Syngenta Crop Protection AG, Schwarzwaldallee 215, CH-4058 Basel, l-Iżvizzera.

(b) 

Id-denominazzjoni u l-ispeċifikazzjoni tal-prodotti:

(1) 

l-ikel u l-ingredjenti tal-ikel li fihom, li huma magħmula, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) kif speċifikat f'(e);

(2) 

l-ikel li fih, li huwa magħmul, jew li huwa prodott mill-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) kif speċifikat f'(e);

(3) 

il-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) kif speċifikat f'(e) fi prodotti li fihom il-qamħirrum jew li huma magħmula minnu għal kull użu ieħor għajr (1) u (2), bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.

il-qamħirrum SYN-BTØ11-1 jesprimi l-proteina Cry1Ab li tagħti protezzjoni kontra ċerti organiżmi ta' ħsara lepidotterani u l-proteina PAT, li tagħti t-tolleranza għall-erbiċidi tal-ammonju tal-glufosinat.

il-qamħirrum SYN-IR162-4 jesprimi l-proteina Vip3Aa20 li tagħti protezzjoni kontra ċerti organiżmi ta' ħsara lepidotterani u l-proteina PAT, li tintuża bħala markatur selezjonabbli.

il-qamħirrum SYN-IR6Ø4-5 jesprimi l-proteina Cry3 A li tagħti protezzjoni kontra ċerti organiżmi ta' ħsara koleotterani u l-proteina PMI, li tintuża bħala markatur selezjonabbli.

il-qamħirrun MON-ØØØ21-9 jesprimi l-proteina mEPSPS li tikkonferixxi tolleranza għall-erbiċidi tal-glifosat.

(c) 

It-tikkettar:

(1) 

Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Artikolu 13(1) u fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”;

(2) 

Il-kelmiet “mhux għal kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta tal-prodotti u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li jkun fihom jew li huma magħmula mill-qamħirrum speċifikat f'(e) bl-eċċezzjoni tal-prodotti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2.

(d) 

Il-metodu ta' detezzjoni:

(1) 

Metodi kwantitattivi f'ħin reali speċifiċi għall-eventi bbażati fuq il-PCR għall-qamħirrun SYN-BTØ11-1, SYN-IR162-4, SYN-IR6Ø4-5 u MON-ØØØ21-9; il-metodi ta' detezzjoni huma vvalidati fuq eventi uniċi ĠM u vverifikati fuq DNA ġenomika estratta miż-żrieragħ tal-qamħirrun SYN-BTØ11-1 × SYN-IR162-4 × SYN-IR6Ø4-5 × MON-ØØØ21-9;

(2) 

Ivvalidat mil-laboratorju ta' referenza tal-UE stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ippubblikat fuq http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/statusofdossiers.aspx;

▼M2

(3) 

Materjal ta’ Referenza: ERM®-BF412 (għal SYN-BTØ11-1), ERM®-BF446 (għal SYN-IR162-4) u ERM®-BF423 (għal SYN-IR6Ø4-5) huma aċċessibbli fis-sit web taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea https://crm.jrc.ec.europa.eu/ u AOCS 0407-A u AOCS 0407-B (għal MON-ØØØ21-9) huma aċċessibbli fis-sit web tas-Soċjetà Amerikana tal-Kimiċi https://www.aocs.org/crm.

▼B

(e) 

L-identifikatur uniku:

SYN-BTØ11-1 × SYN-IR162-4 × SYN-IR6Ø4-5 × MON-ØØØ21-9;
SYN-BTØ11-1 × SYN-IR162-4 × SYN-IR6Ø4-5;
SYN-BTØ11-1 × SYN-IR162-4 × MON-ØØØ21-9;
SYN-BTØ11-1 × SYN-IR6Ø4-5 × MON-ØØØ21-9;
SYN-IR162-4 × SYN-IR6Ø4-5 × MON-ØØØ21-9;
SYN-BTØ11-1 × SYN-IR162-4;
SYN-BTØ11-1 × SYN-IR6Ø4-5;
SYN-BTØ11-1 × MON-ØØØ21-9;
SYN-IR162-4 × SYN-IR6Ø4-5;
SYN-IR162-4 × MON-ØØØ21-9;
SYN-IR6Ø4-5 × MON-ØØØ21-9.
(f) 

L-informazzjoni meħtieġa skont l-Anness II tal-Protokoll ta' Kartaġena dwar il-Bijosikurezza fir-rigward tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika

[Clearing House tal-Bijosikurezza, in-numru tal-ID tar-Rekord: ippubblikat fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati meta jiġi nnotifikat].

(g) 

Il-kundizzjonijiet u r-restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq, l-użu jew l-immaniġġjar tal-prodotti:

Il-kundizzjonijiet speċifiċi skont l-Artikolu 6(5)(e) u l-Artikolu 18(5)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003:

(1) 

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jgħarraf lill-Kummissjoni jekk is-sottokumbinazzjonijiet SYN-BTØ11-1 × SYN-IR162-4 × SYN-IR6Ø4-5, SYN-IR162-4 × SYN-IR6Ø4-5 × MON-ØØØ21-9, SYN-BTØ11-1 × SYN-IR162-4, SYN-IR162-4 × SYN-IR6Ø4-5 u/jew SYN-IR162-4 × MON-ØØØ21-9 jkunu se jinħolqu permezz ta' approċċi mmirati ta' tnissil u jiġu kkummerċjalizzati.

(2) 

Jekk dan ikun il-każ, id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jiġbor l-informazzjoni dwar il-livell tal-espressjoni ta' proteini li għadhom kif ġew espressi.

(h) 

Il-pjan ta' monitoraġġ għall-effetti ambjentali

Il-pjan ta' monitoraġġ għall-effetti ambjentali li jikkonforma mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE

[Link: il-pjan ippubblikat fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati].

(i) 

Ir-rekwiżiti tal-monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel għall-konsum mill-bniedem:

Mhux meħtieġa.

Nota: il-links għad-dokumenti rilevanti jista' jkollhom bżonn jiġu emendati minn żmien għall-ieħor. Dawk il-modifiki se jkunu mpoġġija għad-dispożizzjoni tal-pubbliku permezz tal-aġġornament tar-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati.