3.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 174/8


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1061

tat-2 ta' Lulju 2015

dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu askorbiku, tal-fosfat tal-askorbil tas-sodju, tal-fosfat tal-askorbil tal-kalċju u tas-sodju, tal-askorbat tas-sodju, tal-askorbat tal-kalċju u tal-palmitat tal-askorbil bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċedura biex tingħata din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament jipprevedi l-valutazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

L-aċidu askorbiku, il-fosfat tal-askorbil tas-sodju, il-fosfat tal-askorbil tal-kalċju u tas-sodju, l-askorbat tas-sodju, l-askorbat tal-kalċju u l-palmitat tal-askorbil kienu awtorizzati mingħajr limitu ta' żmien skont id-Direttiva 70/524/KEE bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha. Dawk il-prodotti mbagħad iddaħħlu fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodotti eżistenti, f'konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

F'konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, u flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqu żewġ applikazzjonijiet għall-valutazzjoni mill-ġdid tal-aċidu askorbiku, tal-fosfat tal-askorbil tas-sodju u tal-fosfat tal-askorbil tal-kalċju u tas-sodju bħala addittivi għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u, f'konformità mal-Artikolu 7 tal-imsemmi Regolament, għal użu ġdid fl-ilma għax-xorb għall-aċidu askorbiku. L-applikanti talbu li dawn l-addittivi jiġu klassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrizzjonali”. Ma' dawk l-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

F'konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, ġiet ippreżentata applikazzjoni għal valutazzjoni mill-ġdid tal-aċidu askorbiku, tal-askorbat tas-sodju, tal-askorbat tal-kalċju u tal-palmitat tal-askorbil bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. L-applikanti talbu li dawn l-addittivi jiġu klassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi tekonoloġiċi”. Ma' din l-applikazzjoni intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Fl-opinjonijiet tagħha tat-30 ta' Jannar 2013 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet proposti għall użu fl-għalf, l-aċidu askorbiku, il-fosfat tal-askorbil tas-sodju, il-fosfat tal-askorbil tal-kalċju u tas-sodju, l-askorbat tas-sodju, l-askorbat tal-kalċju u l-palmitat tal-askorbil ma jħallux effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali u tal-bniedem jew fuq l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-aċidu askorbiku, il-fosfat tal-askorbil tas-sodju u l-fosfat tal-askorbil tal-kalċju u tas-sodju huma meqjusa bħala sorsi effettivi tal-vitamina C u peress li l-aċidu askorbiku, l-askorbat tas-sodju, l-askorbat tal-kalċju u l-palmitat tal-askorbil huma awtorizzati għall-użu bħala antiossidanti fl-ikel u l-funzjoni tagħhom fl-għalf hija essenzjalment l-istess bħal dik fl-ikel, m'hemmx għalfejn prova ulterjuri tal-effikaċja tagħhom.

(6)

L-Awtorità kkonkludiet ukoll li ma għandu jinqala' l-ebda tħassib dwar is-sikurezza għall-utenti. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf u fl-ilma għall-aċidu askorbiku li tressaq mil-Laboratorju ta' Referenza li twaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(7)

Il-valutazzjoni tal-aċidu askorbiku, il-fosfat tal-askorbil tas-sodju, il-fosfat tal-askorbil tal-kalċju u tas-sodju, l-askorbat tas-sodju, l-askorbat tal-kalċju u l-palmitat tal-askorbil turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ġew issodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' dawn is-sustanzi għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(8)

Billi mhijiex meħtieġa l-applikazzjoni minnufih tal-emendi għall-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għal raġunijiet ta' sikurezza, jixraq li jingħata perjodu ta' tranżizzjoni biex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jitħejjew biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni.

(9)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jinsabu fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrizzjonali” u fil-grupp funzjonali “vitamini, provitamini u sustanzi definiti tajjeb kimikament li jkollhom effett simili”, huma awtorizzati bħala addittivi fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

2.   Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jiffurmaw parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “antiossidanti”, huma awtorizzati bħala addittivi fl-għalf tal-annimali, suġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.

Artikolu 2

1.   Is-sustanzi speċifikati fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom minn dawn is-sustanzi, li huma prodotti u ttikkettati qabel it-23 ta' Jannar 2016 skont ir-regoli applikabbli qabel it-23 ta' Lulju 2015 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

2.   L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi speċifikati fl-Anness u li huma prodotti u ttikkettati qabel it-23 ta' Lulju 2016 skont ir-regoli applikabbli qabel it-23 ta' Lulju 2015 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk dawn ikunu maħsubin għall-annimali li jipproduċu l-ikel.

3.   L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi hekk kif speċifikat fl-Anness u li huma prodotti u ttikkettati qabel it-23 ta' Lulju 2017 skont ir-regoli applikabbli qabel it-23 ta' Lulju 2015 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk dawn ikunu maħsubin għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f'għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).

(3)   EFSA Journal 2013; 11(2):3103 u EFSA Journal 2013; 11(2):3104.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

mg ta' sustanza attiva/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 % jew mg tas-sustanza attiva/l ta' ilma

Kategorija tal-addittivi nutrizzjonali. Grupp funzjonali: vitamini, provitamini u sustanzi definiti tajjeb kimikament li jkollhom effett simili

3a300

—

“Aċidu askorbiku” jew “Vitamina Ċ”

Kompożizzjoni tal-addittiv

Aċidu askorbiku.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

aċidu L-askorbiku

C6H8O6

Nru tal-CAS: 50-81-7

aċidu L-askorbiku f'forma solida, manifatturat permezz ta' sinteżi kimika.

Kriterji ta' purità: minimu ta' 99 %

Metodi analitiċi  (1)

Għad-determinazzjoni tal-aċidu L-askorbiku fl-addittiv tal-għalf: titrimetrija — Il-monografija tal-Farmakopea Ewropea (Eur.Ph. 01/2011:0253).

Għall-kwantifikazzjoni tal-aċidu L-askorbiku f'taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf: titrimetrija.

Għall-kwantifikazzjoni tal-aċidu L-askorbiku fl-ilma:

—

Titrimetrija (AOAC 967.21); jew

—

Kromatografija Likwida bi Prestazzjoni Għolja flimkien ma' individwatur tal-UV f'265 nm (EN 14130:2003)

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

—

1.

L-aċidu askorbiku jista' jitqiegħed fis-suq u jintuża bħala addittiv magħmul minn preparazzjoni.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel, indika l-kundizzjonijiet tal-ħażna u tal-istabbiltà.

3.

Għas-sigurtà: waqt il-manipulazzjoni għandhom jintlibsu protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet u ingwanti tas-sigurtà.

4.

L-addittiv jista' jintuża fl-ilma għax-xorb.

it-23 ta' Lulju 2025


Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

mg ta' sustanza attiva/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija tal-addittivi nutrizzjonali. Grupp funzjonali: vitamini, provitamini u sustanzi definiti tajjeb kimikament li jkollhom effett simili.

3a311

 

“Fosfat tal-askorbil tas-sodju” jew “Vitamina Ċ”

Kompożizzjoni tal-addittiv

Fosfat tal-askorbil tas-sodju.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Fosfat tal-askorbil tas-sodju

C6H6O9Na3P · 2H2O

Nru tal-CAS: 66170-10-3

Fosfat tal-askorbil tas-sodju, f'forma solida, manifatturat permezz ta' sinteżi kimika.

Kriterji ta' purità: Minimu ta' 95 % b'kontenut minimu ta' 45 % ta' aċidu askorbiku.

Metodi analitiċi  (2)

Għad-determinazzjoni ta' purità tal-fosfat tal-askorbil tas-sodju u tal-aċidu askorbiku ekwivalenti fl-addittiv tal-għalf: Kromatografija Likwida bi Prestazzjoni Għolja flimkien ma' Individwatur b'Tul ta' Mewġa Varjabbli (VWD).

Għall-kwantifikazzjoni tat-total tas-sodju fl-addittiv tal-għalf:

—

Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku, AAS (EN ISO 6869:2000); jew

—

Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament, ICP-AES (EN 15510:2007).

Għall-kwantifikazzjoni tal-monofosfat tal-askorbil fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf: Kromatografija Likwida bi Prestazzjoni Għolja flimkien ma' individwatur tal-UV f'254 nm (HPLC-UV).

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

—

1.

Il-fosfat tal-askorbil tas-sodju jista' jitqiegħed fis-suq u jintuża bħala addittiv f'għamla ta' preparazzjoni.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel, indika l-kundizzjonijiet tal-ħażna u tal-istabbiltà.

3.

Għas-sigurtà: waqt il-manipulazzjoni għandha tintuża protezzjoni għan-nifs.

it-23 ta' Lulju 2025

3a312

 

“Fosfat tal-askorbil tal-kalċju u tas-sodju” jew “Vitamina Ċ”

Kompożizzjoni tal-addittiv

Fosfat tal-askorbil tal-kalċju u tas-sodju.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Fosfat tal-askorbil tal-kalċju u tas-sodju

C6H6O9P · CaNa.

Fosfat tal-L-askorbil tal-kalċju u tas-sodju f'forma solida manifatturat permezz ta' sinteżi kimika.

Kriterji ta' purità: Minimu ta' 95 % b'kontenut minimu ta' 35 % ta' aċidu askorbiku.

Metodi analitiċi  (2)

Għad-determinazzjoni ta' purità tal-fosfat tal-askorbil tal-kalċju u tas-sodju u l-aċidu askorbiku ekwivalenti fl-addittiv tal-għalf: Kromatografija Likwida bi Prestazzjoni Għolja flimkien ma' Individwatur b'Tul ta' Mewġa Varjabbli (VWD).

Għall-kwantifikazzjoni tat-total tal-kalċju u tat-total tas-sodju fl-addittiv tal-għalf:

—

Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku, AAS (EN ISO 6869:2000); jew

—

Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament, ICP-AES (EN 15510:2007).

Għall-kwantifikazzjoni tal-monofosfat tal-askorbil fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf: Kromatografija Likwida bi Prestazzjoni Għolja flimkien ma' individwatur tal-UV f'254 nm (HPLC-UV).

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

 

 

 

1.

Il-fosfat tal-askorbil tal-kalċju u tas-sodju jista' jitqiegħed fis-suq u jintuża bħala addittiv f'għamla ta' preparazzjoni.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel, indika l-kundizzjonijiet tal-ħażna u tal-istabbiltà.

3.

Għas-sigurtà tal-utent: waqt il-manipulazzjoni għandha tintuża protezzjoni għan-nifs.

it-23 ta' Lulju 2025


Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

mg ta' sustanza attiva/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Il-kategorija tal-addittivi teknoloġiċi. Grupp Funzjonali “antiossidanti”

3a300

—

Aċidu askorbiku

Kompożizzjoni tal-addittiv

Aċidu askorbiku.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

aċidu L-askorbiku

C6H8O6

Nru tal-CAS: 50-81-7

Aċidu L-askorbiku f'forma solida, manifatturat permezz ta' sinteżi kimika.

Kriterji ta' purità: minimu ta' 99 %

Metodi analitiċi  (3)

Għad-determinazzjoni tal-aċidu L-askorbiku fl-addittiv tal-għalf: titrimetrija — Il-monografija tal-Farmakopea Ewropea (Eur.Ph. 01/2011:0253).

Għall-kwantifikazzjoni tal-aċidu L-askorbiku f'taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf: titrimetrija.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

—

1.

L-aċidu L-askorbiku jista' jitqiegħed fis-suq u jintuża bħala addittiv magħmul minn preparazzjoni.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv indika l-istabbiltà u l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-kundizzjonijiet tal-ħżin għat-taħlitiet lesti minn qabel.

3.

Għas-sigurtà: waqt il-manipulazzjoni għandhom jintlibsu protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet u ingwanti tas-sigurtà.

it-23 ta' Lulju 2025

1b301

 

Askorbat tas-sodju

Kompożizzjoni tal-addittiv

Askorbat tas-sodju.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

L-askorbat tas-sodju.

C6H7O6Na

Nru tal-CAS: 134-03-2

Il-L-askorbat tas-sodju f'forma solida, manifatturat permezz ta' sinteżi kimika.

Kriterji ta' purità: minimu ta' 99 %..

Metodi analitiċi  (3)

Għad-determinazzjoni tal-L-askorbat tas-Sodju fl-addittiv tal-għalf: titrimetrija — Il-monografija tal-Farmakopea Ewropea (Eur.Ph. 01/2011:1791).

Għall-kwantifikazzjoni tat-total tas-sodju fl-addittiv tal-għalf:

—

Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku, AAS (EN ISO 6869:2000); jew

—

Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament, ICP-AES (EN 15510:2007).

Għall-kwantifikazzjoni tal-L-askorbat tas-Sodju fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf: titrimetrija.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

—

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv indika l-istabbiltà u l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-kundizzjonijiet tal-ħżin għat-taħlitiet lesti minn qabel.

2.

Għas-sigurtà: waqt il-manipulazzjoni għandhom jintlibsu protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet u ingwanti tas-sigurtà.

it-23 ta' Lulju 2025

1b302

 

Askorbat tal-kalċju

Kompożizzjoni tal-addittiv

Askorbat tal-kalċju.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Deidrat tal-L-(+)-askorbat tal-kalċju

C12H14O12Ca · 2H2O

Nru tal-CAS: 5743-28-2

Id-Deidrat tal-L-(+)-askorbat tal-kalċju, f'forma solida, manifatturat permezz ta' sinteżi kimika.

Kriterji ta' purità: minimu ta' 99 %.

Metodi analitiċi  (3)

Għad-determinazzjoni tal-L-askorbat tal-Kalċju fl-addittiv tal-għalf: Titrimetrija — Il-monografija tal-Farmakopea Ewropea (Ph. Eur. 01/2008:1182).

Għall-kwantifikazzjoni tat-total tal-kalċju fl-addittiv tal-għalf:

—

Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku, AAS (EN ISO 6869:2000); jew

—

Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament, ICP-AES (EN 15510:2007).

Għall-kwantifikazzjoni tal-L-askorbat tal-Kalċju fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf: titrimetrija.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

—

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv indika l-istabbiltà u l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-kundizzjonijiet tal-ħżin għat-taħlitiet lesti minn qabel.

2.

Għas-sigurtà: waqt il-manipulazzjoni għandhom jintlibsu protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet u ingwanti tas-sigurtà.

it-23 ta' Lulju 2025

1b304

 

Palmitat tal-askorbil

Kompożizzjoni tal-addittiv

Palmitat tal-askorbil

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

6-Palmitil-L-askorbiku

C22H38O7

Nru tal-CAS: 137-66-6

6-Palmitil-L-askorbiku f'forma solida, manifatturata permezz ta' sinteżi kimika.

Kriterji ta' purità: minimu ta' 98 %.

Metodu analitiku  (3)

Għad-determinazzjoni tas-6-Palmitil-L-askorbiku fl-addittiv tal-għalf:

—

Titrimetrija — Il-monografija tal-Farmakopea Ewropea (Ph. Eur. 01/2008:0807).

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

—

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv indika l-istabbiltà u l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-kundizzjonijiet tal-ħżin għat-taħlitiet lesti minn qabel.

2.

Għas-sigurtà waqt il-manipulazzjoni għandhom jintlibsu protezzjoni għan-nifs,nuċċalijiet u ingwanti tas-sigurtà.

it-23 ta' Lulju 2025


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Addittivi fl-Għalf: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports.

(2)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Addittivi fl-Għalf: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports.

(3)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Addittivi fl-Għalf: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports