<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-436/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CJ0436</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:185">EU:C:2012:185</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>6</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAD-<DATE ISO="20120329">29.3.2012</DATE> — KAWŻA C-436/10</P><P>BLM</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20120329">29 ta’ Marzu 2012</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Sitt Direttiva tal-VAT</KEYWORD><KEYWORD>Punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) u Artikolu 13B(b)</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal tnaqqis</KEYWORD><KEYWORD>Investiment li jappartjeni lil persuna taxxabbli li hija persuna ġuridika u li jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-persunal tagħha għall-bżonnijiet privati tagħhom</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-436/10,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-cour d’appel de Mons (il-Belġju), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20100908">8 ta’ Settembru 2010</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20100913">13 ta’ Settembru 2010</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">État belge</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">BLM SA,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn M. Safjan, President tal-Awla, J.-J. Kasel (Relatur) u M. Berger, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: C. Strömholm, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20111208">8 ta’ Diċembru 2011</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal BLM SA, minn O. D’Aout, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn J.-C. Halleux u M. Jacobs, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u C. Blaschke, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn B. Stromsky kif ukoll minn D. Recchia u C. Soulay, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) u tal-Artikolu 13B(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 95/7/KE, tal-<DATE ISO="19950410">10 ta’ April 1995</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 274, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Sitt Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn État belge u BLM SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>BLM<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), kumpannija rregolata mid-dritt Belġjan, dwar it-tnaqqis tat-taxxa tal-input fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>VAT<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) imħallsa fir-rigward ta’ proprjetà immobbli użata, parzjalment, għall-bżonnijiet privati tal-persunal ta’ din il-kumpannija.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont il-ħames u s-sitt premessa tas-Sitt Direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Billi, biex titjieb in-natura non-diskriminatorja tat-taxxa, il-frażi <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>persuna taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> għandha tkun iċċarata biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jestenduha biex tolqot persuni li jagħmlu ċerti operazzjonijiet kultant żmien;</P><P>Billi l-frażi <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>operazzjonijiet taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> wasslet għal diffikultajiet, b’mod partikolari dwar operazzjonijiet meqjusa bħala operazzjonijiet taxxabbli; billi dawn il-kunċetti għandhom ikunu ċċarati<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tas-Sitt Direttiva jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Dawn li ġejjin għandhom ikunu soġġetti [għall-VAT]:</P><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>il-provvista ta’ oġġetti u servizzi magħmula bi ħlas fit-territorju tal-pajjiż minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) tas-Sitt Direttiva jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Persuna taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser kull persuna li b’mod indipendenti twettaq fi kwalunkwe post attività ekonomika msemmija fil-paragrafu 2, ikun x’ikun l-iskop jew ir-riżultati ta’ dik l-attività.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(2) jipprovdi għal dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala provvisti ta’ servizzi bi ħlas:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-użu ta’ oġġetti li jifformaw parti mill-assi ta’ negozju għall-użu privat ta’ persuna taxxabbli jew tal-persunal tiegħu jew b’mod iktar ġenerali għal skopijiet oħra barra dawk tan-negozzju tiegħu fejn [il-VAT] fuq dawn l-oġġetti hija deduċibbli kollha jew parti minnha;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-provvista ta’ servizzi magħmula mingħajr ħlas minn persuna taxxabbli għall-użu privat tagħha jew għall-persunal tagħha jew b’mod iktar ġenerali għal skopijiet barra dawk tan-negozju tiegħu.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Stati Membri jistgħu jidderogaw mid-disposizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu, iżda li din id-deroga ma twassalx għal distorzjoni tal-kompetizzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 13B(b) tas-Sitt Direttiva, l-Istati Membri għandhom jeżentaw <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>il-kiri [...] ta’ proprjeta immobbli [...]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 17(2) tas-Sitt Direttiva, fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mill-Artikolu 28f tagħha, jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Sakemm il-merkanzija u s-servizi jintużaw għall-iskop tat-transazzjonijiet taxxabbli tagħha, il-persuna taxxabbli tkun intitolata li tnaqqas mit-taxxa li għandu jħallas:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>[VAT] dovuta jew mħallsa ġewwa t-territorju tal-pajjiz rigward l-oġġetti jew is-servizzi pprovduti jew li għad għandhom jiġu forniti lilu minn persuna taxxabli oħra.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 19(1) tal-Kodiċi tal-VAT jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>L-użu ta’ beni li jifformaw parti mill-assi ta’ impriża għall-bżonnijiet privati tal-persuna taxxabbli jew tal-persunal tagħha jew, b’mod iktar ġenerali, għal skopijiet oħra minbarra dawk tal-attività ekonomika tal-persuna taxxabbli, meta t-taxxa fuq dawn l-oġġetti tista’ titnaqqas kollha jew parti minnha, għandu jitqies bħala provvista ta’ servizzi bi ħlas.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 44(3)(2) tal-istess kodiċi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>il-kiri u t-terminazzjoni tal-kiri ta’ beni immobbli min-natura tagħhom, kif ukoll l-użu ta’ tali beni skont l-Artikolu 19(1) […]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> huma eżenti mill-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni tar-rinviju tagħha, il-cour d’appel de Mons tirreferi għaċ-ċirkolari amministrattiva Nru E.T.108691, tal-<DATE ISO="20050131">31 ta’ Jannar 2005</DATE>, li tfasslet wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20030508">8 ta’ Mejju 2003</DATE>, Seeling (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-269/00" PAGE.ECR="I-4101" YEAR="2003">C-269/00, Ġabra p. I-4101</REF.DOC.ECR>), u tislet il-konsegwenzi prattiċi ta’ din għal-leġiżlazzjoni nazzjonali. Skont il-qorti tar-rinviju, din iċ-ċirkolari tillimita l-applikazzjoni tal-imsemmija sentenza Seeling unikament għall-persuni taxxabbli li huma persuni fiżiċi. Għal dak li jirrigwarda l-persuni taxxabbli li huma persuni ġuridiċi li jqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ maniġer jew soċju proprjetà immobbli li tifforma parti mill-assi tal-impriża, l-imsemmija ċirkolari tippreċiża li tali użu jikkostitwixxi kiri ta’ proprjetà immobbli li huwa, bħala tali, eżenti mill-VAT.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>BLM, ikkostitwita f’April minn Bertrand u Bernard Losfeld, għandha bħala għan prinċipali, b’mod partikolari, l-attività ta’ konsulenza finanzjarja, teknika, kummerċjali jew amministrattiva fis-sens wiesa’, kif ukoll l-assistenza u l-provvista ta’ servizzi, direttament jew indirettament, fil-qasam amministrattiv jew finanzjarju, fil-bejgħ, fil-produzzjoni u fl-amministrazzjoni inġenerali. BLM hija, fir-rigward ta’ dawn l-attivitajiet, suġġetta għall-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Matul ix-xahar ta’ Diċembru 2003, BLM irċeviet, permezz ta’ kontribuzzjoni ta’ Bertrand Losfeld u l-konjuġi tiegħu, dritt reali ta’ użufrutt għal perijodu ta’ 20 sena fuq proprjetà immobbli li kienu bnew preċedentement u li għall-bini tagħha kienu għażlu li jkunu suġġetti għall-VAT. Huma jirrisjedu f’din il-proprjetà flimkien mat-tfal tagħhom mix-xahar ta’ Lulju 2002. BLM għandha f’din il-proprjetà uffiċċju u post għall-arkivji.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Din il-kontribuzzjoni tat lok għall-ħlas tal-VAT, li BLM naqset fid-dikjarazzjoni tagħha għar-raba’ trimestru tas-sena 2003, jiġifieri tnaqqis ta’ ammont ta’ EUR 42 420.61.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>BLM, li Bertrand Losfeld huwa l-amministratur maniġerjali tagħha, ma tirrikjedix lil dan tal-aħħar iħallas kera għall-użu privat ta’ parti mill-proprjetà inkwistjoni. Madankollu, huwa suġgett għat-taxxa ta’ persuni fiżiċi fuq benefiċċju in natura, ikkalkolata fil-forma ta’ somma f’daqqa abbażi ta’ użu privat tal-proprjetà immobbli sa 75 %.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Wara kontroll imwettaq fuq il-post mill-awtorità tat-taxxa ta’ Tournai (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>awtorità tat-taxxa<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), din tal-aħħar ikkontestat id-dritt ta’ tnaqqis ta’ parti mill-VAT imħallsa minn BLM meta ngħatat il-kontribuzzjoni, jiġifieri ammont ta’ EUR 31 683.96. Hija kkunsidrat fil-fatt li dan kien użu mhux professjonali tal-proprjetà immobbli. Issa, l-użu privat ta’ proprjetà immobbli hija operazzjoni eżenti mill-VAT. Konsegwentement, il-persuna taxxabbli ma tistax tnaqqas il-VAT tal-input imposta fuq il-kostruzzjoni tal-parti tal-proprjetà immobbli disponibbli għall-amminstratur maniġerjali ta’ BLM.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>L-awtorità tat-taxxa kkunsidrat li l-VAT fuq l-ispejjeż ta’ kostruzzjoni tal-proprjetà tan-negozju, jiġifieri l-uffiċċju u l-post għall-arkivji, setgħet titnaqqas 100 %, li dik fuq ix-xogħlijiet imwettqa fil-postijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>imħallta<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> setgħet titnaqqas sa 25.31 % u li l-bqija tal-proprjetà immobbli kellha titqies bħala totalment privata. Għalhekk hija ddikjarat, permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20050301">1 ta’ Marzu 2005</DATE>, li BLM kellha tħallas is-somma ta’ EUR 31 683.96 minħabba tnaqqis abbużiv tal-VAT kif ukoll multa u interessi moratorji.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>BLM ippreżentat rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem it-Tribunal de première instance de Mons. L-awtorità tat-taxxa ressqet sussidjarjament, fit-talbiet tagħha quddiem din il-qorti, kontrotalba intiża sabiex il-bażi taxxabbli għall-użu privat tal-proprjetà immobbli inkwistjoni tiġi stabbilita, għal kull sena preċedenti, għal wieħed minn kull ħmistax tal-parti tal-prezz ta’ din il-proprjetà. Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20060808">8 ta’ Awwissu 2006</DATE>, din il-qorti kkunsidrat, b’mod partikolari, li l-bażi annwali tat-tqegħid għad-dispożizzjoni mingħajr ħlas tal-proprjetà immobbli minn BLM kellha, għall-parti użata privatament, tiġi stabbilita għal wieħed minn kull għoxrin tal-prezz imħallas għall-akkwist tal-użufrutt tal-proprjetà.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Billi ma kinitx sodisfatta b’din id-deċiżjoni, l-awtorità tat-taxxa appellat minnha quddiem il-cour d’appel de Mons. Insostenn tal-appell tagħha, hija ssostni li tqegħid għad-dispożizzjoni bħal dak fil-kawża prinċipali għandu jiġi kkunsidrat bħala kiri bi ħlas eżenti mill-VAT. Billi din ma hijiex operazzjoni taxxabbli, il-persuna taxxabbli ma tistax għalhekk tnaqqas it-taxxa imposta fuq il-kostruzzjoni tal-parti disponibbli tal-proprjetà immobbli. Din l-awtorità ssostni f’dan ir-rigward li s-sentenza Seeling, iċċitata iktar ’il fuq, tapplika biss fil-konfront ta’ persuna taxxabbli li hija persuna fiżika għaliex tali persuna ma tistax tkun proprjetarja ta’ proprjetà immobbli iżda fl-istess ħin tikri din l-istess proprjetà.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Quddiem il-qorti tar-rinviju, BLM issostni li l-kawża prinċipali għandha jkollha l-istess eżitu kif deċiż mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Seeling, iċċitata iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-cour d’appel de Mons iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja s-segwenti domanda preliminari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>[Il-punt (a) tal-]ewwel [sub]paragrafu tal-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 13B(b) tas-Sitt Direttiva [...] għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tittratta bħala provvista ta’ servizzi eżenti mit-taxxa, bħala kiri [...] ta’ beni immobbli fis-sens ta’ dan l-Artikolu 13B(b), l-użu għall-bżonnijiet privati ta’ diriġent u tal-familja tiegħu ta’ parti minn bini mibni jew miżmum taħt dritt reali għal [fuq] proprjetà immobbli mill-<HT TYPE="ITALIC">persuna ġuridika taxxabbli</HT>, meta dan il-beni ta’ investiment ta lok għad-dritt ta’ tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa?<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 13B(b) tas-Sitt Direttiva għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, għalkemm il-karatteristiċi ta’ kiri ta’ proprjetà immobbli fis-sens ta’ dan l-Artikolu 13B(b) ma humiex sodisfatti, tikkunsidra bħala provvista ta’ servizzi eżenti mill-VAT skont din l-aħħar dispożizzjoni l-użu, għall-bżonnijiet privati tal-persunal ta’ persuna taxxabbli li hija persuna ġuridika, ta’ parti minn bini mibni jew miżmum taħt dritt reali fuq proprjetà immobbli minn din il-persuna taxxabbli, meta din il-proprjetà kienet eliġibbli għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li, fis-sentenza Seeling tagħha, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 13B(b) tas-Sitt Direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tikkunsidra bħala provvista ta’ servizzi eżenti, fil-kuntest ta’ kiri ta’ proprjetà immobbli fis-sens tal-imsemmi Artikolu 13B(b), l-użu għall-bżonnijiet privati tal-persuna taxxabbli ta’ parti minn bini li jifforma parti mill-assi tal-impriża tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Huwa minnu li, fil-kawża li tat lok għas-sentenza Seeling, iċċitata iktar ’il fuq, il-persuna taxxabbli kienet persuna fiżika u għaldaqstant il-persuna taxxabbli u l-persuna li użat għall-bżonnijiet privati tagħha l-proprjetà li tifforma parti mill-assi tal-impriża kienu l-istess persuna. Madankollu, kuntrarjament għal dak li jsostni l-Gvern Belġjan fl-osservazzjonijiet tiegħu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, ma jistax jiġi dedott minn din iċ-ċirkustanza li l-interpretazzjoni tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tas-Sitt Direttiva adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-imsemmija sentenza ma tistax tapplika meta l-persuna taxxabbli tkun persuna ġuridika.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, hekk kif jirriżulta b’mod ċar mill-kliem tiegħu, il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tas-Sitt Direttiva jkopri mhux biss il-każ ta’ persuna taxxabbli li tuża, għall-bżonnijiet privati tagħha, proprjetà li tifforma parti mill-assi tal-impriża, iżda wkoll dak fejn il-persunal ta’ persuna taxxabbli jagħmel tali użu minnha. Issa, f’dan il-każ, ma teżistix identiċità bejn il-persuni kkonċernati u ċ-ċirkustanza li l-persuna taxxabbli hija persuna ġuridika ma teskludix li jista’ jkun hemm użu privat tal-proprjetà mill-persunal ta’ din il-persuna taxxabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li l-imsemmija dispożizzjoni, li tuża l-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>persuna taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, ma tagħmel ebda distinzjoni bejn il-persuni fiżiċi u l-persuni ġuridiċi u li hija sempliċiment tipprovdi kif għandhom jiġu ttrattati, għall-finijiet tal-VAT, ċerti operazzjonijiet ekonomiċi li ma jaqgħux taħt dispożizzjonijiet oħra tas-Sitt Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-ħames u mis-sitt premessa tas-Sitt Direttiva jirriżulta li l-kwalità ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>persuna taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> hija marbuta mal-operazzjonijiet imwettqa minn operatur ekonomiku u mhux mal-forma ġuridika ta’ dan tal-aħħar. Għandu jingħad ukoll li skont l-Artikolu 4(1) ta’ din id-direttiva, persuna taxxabbli tfisser kull persuna li b’mod indipendenti twettaq fi kwalunkwe post attività ekonomika msemmija fil-paragrafu 2 tal-istess artikolu, ikun x’ikun l-iskop jew ir-riżultati ta’ dik l-attività.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għandu jiġi ppreċiżat li, kuntrarjament għal dak li jsostni l-Gvern Belġjan, mis-sentenza Seeling, iċċitata iktar ’il fuq, ma jirriżultax li l-Qorti tal-Ġustizzja bbażat r-raġunament tagħha fuq impossibbiltà allegata li jiġi kkonċepit kiri ta’ proprjetà immobbli meta l-operazzjoni tirrigwarda l-istess persuna fiżika, li għandha għalhekk il-kwalità doppja ta’ sid u ta’ kerrej.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fil-fatt, filwaqt li l-Qorti tal-Ġustizzja setgħet tillimita ruħha li tiddeċiedi li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża li tat lok għas-sentenza Seeling, iċċitata iktar ’il fuq, ma setax ikun hemm, skont id-definizzjoni tiegħu, ftehim fuq il-kundizzjonijiet tal-kiri, hija eżaminat jekk din is-sitwazzjoni setgħetx titqies bħala kiri ta’ proprjetà immobbli fis-sens tal-Artikolu 13B(b) tas-Sitt Direttiva u<?PAGE NO="6"?> kkonkludiet f’dan ir-rigward, fil-punt 51 ta’ din is-sentenza, li tali sitwazzjoni kienet ikkaratterizzata min-nuqqas kemm ta’ ħlas ta’ kera kif ukoll ta’ ftehim dwar it-tul tad-dritt ta’ tgawdija u dwar id-dritt ta’ użu tal-bini bl-esklużjoni ta’ persuni oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, fin-nuqqas ta’ dawn il-karatteristiċi, l-użu, għall-bżonnijiet privati tal-persunal ta’ persuna taxxabbli li hija persuna ġuridika, ta’ parti minn bini mibni jew miżmum taħt dritt reali fuq proprjetà immobbli minn din il-persuna taxxabbli ma jistax jitqies bħala kiri ta’ proprjetà immobbli fis-sens tal-Artikolu 13B(b) tas-Sitt Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula hija li l-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 13B(b) tas-Sitt Direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, għalkemm il-karatteristiċi ta’ kiri ta’ proprjetà immobbli fis-sens ta’ dan l-Artikolu 13B(b) ma humiex sodisfatti, tikkunsidra bħala provvista ta’ servizzi eżenti mill-VAT skont din l-aħħar dispożizzjoni l-użu, għall-bżonnijiet privati tal-persunal ta’ persuna taxxabbli li hija persuna ġuridika, ta’ parti minn bini mibni jew miżmum taħt dritt reali fuq proprjetà immobbli minn din il-persuna taxxabbli, meta din il-proprjetà kienet eliġibbli għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigwrad, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, jistax jiġi kkunsidrat li jeżisti kiri ta’ proprjetà immobbli fis-sens tal-Artikolu 13B(b) tas-Sitt Direttiva.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 13B(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 95/7/KE, tal-<DATE ISO="19950410">10 ta’ April 1995</DATE>, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, għalkemm il-karatteristiċi ta’ kiri ta’ proprjetà immobbli fis-sens ta’ dan l-Artikolu 13B(b) ma humiex sodisfatti, tikkunsidra bħala provvista ta’ servizzi eżenti mit-taxxa fuq il-valur miżjud skont din l-aħħar dispożizzjoni l-użu, għall-bżonnijiet privati tal-persunal ta’ persuna taxxabbli li hija persuna ġuridika, ta’ parti minn bini mibni jew miżmum taħt dritt reali fuq proprjetà immobbli minn din il-persuna taxxabbli, meta din il-proprjetà kienet eliġibbli għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input.</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, jistax jiġi kkunsidrat li jeżisti kiri ta’ proprjetà immobbli fis-sens tal-imsemmi Artikolu 13B(b) tas-Sitt Direttiva.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>