<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-429/20 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0429</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:282">EU:C:2022:282</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas-<DATE ISO="20220407">7.4.2022</DATE> – Kawża C‑429/20 P</HT></P><P><HT TYPE="SC">Solar Ileias Bompaina vs Il-Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Seba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20220407">7 ta’ April 2022</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Suq tal-elettriku ġġenerat minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li allegatament għandha l-effett li tagħti vantaġġ illegali lill-fornituri tal-elettriku</KEYWORD><KEYWORD>Ilment quddiem il-Kummissjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni ta’ ċaħda mingħajr il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali</KEYWORD><KEYWORD>Rikors għal annullament</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) 2015/1589</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 1(h)</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ ‘parti interessata’</KEYWORD><KEYWORD>Inammissibbiltà</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑429/20 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, imressaq fil-<DATE ISO="20200911">11 ta’ Settembru 2020</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Solar Ileias Bompaina AE</HT>, stabbilita f’Ateni (il-Greċja), irrappreżentata minn A. Metaxas, dikigoros, u A. Bartosch, Rechtsanwalt,</P><PARTY.STATUS>appellanti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-parti l-oħra fil-kawża li hija:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn B. Stromsky u K. Herrmann, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Seba’ Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz (Relatur), li qed jaġixxi bħala President tal-Awla, P. G. Xuereb u A. Kumin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, Solar Ileias Bompaina AE titlob l-annullament tad-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200703">3 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Solar Ileias Bompaina vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑143/19</NO.CASE>, mhux ippubblikat, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>digriet appellat<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:301">EU:T:2020:301</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tiegħu din ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors tagħha intiż, essenzjalment, għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 6777 final tal‑<DATE ISO="20181010">10 ta’ Ottubru 2018</DATE> dwar l-għajnuna mill-Istat SA.38967 (2014/NN‑2) – Il-Greċja – Skema nazzjonali ta’ għajnuna għall-funzjonament favur l-installazzjonijiet li jużaw is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u ta’ produzzjoni kkombinata ta’ sħana u ta’ elettriku b’rendiment għoli (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>deċiżjoni kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(h) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat‑<DATE ISO="20150713">13 ta’ Lulju 2015</DATE> li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 [TFUE] (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="248" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 248, p. 9</REF.DOC.OJ>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(h)</NO.P><TXT>‘parti interessata’ tfisser kull Stat Membru u kull persuna, impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi li l-interessi tagħhom jistgħu jkunu affettwati bl-għoti ta’ għajnuna, b’mod partikolari l-benefiċjarju tal-għajnuna, impriżi li jikkompetu bejniethom u assoċjazzjonijiet tal-kummerċ.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 24(2) tar-Regolament 2015/1589:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Kull parti interessata tista’ tippreżenta lment biex tinforma lill-Kummissjoni [Ewropea] dwar xi għajnuna allegatament kontra l-liġi jew allegat użu ħażin ta’ għajnuna. Għal dak il-għan, il-parti interessata għandha timla formola li tkun ġiet stabbilita f’dispożizzjoni ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 33 u għandha tipprovdi kull informazzjoni obbligatorja mitluba fiha.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑fatti li wasslu għall‑kawża u d‑deċiżjoni kontenzjuża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Solar Ileias Bompaina, kumpannija rregolata mid-dritt Elleniku, hija produttriċi tal-elettriku li tuża sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, attiva fis-suq tal-elettriku fil-Greċja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20141231">31 ta’ Diċembru 2014</DATE>, skont l-Artikolu 108(3) TFUE, ir-Repubblika Ellenika nnotifikat lill-Kummissjoni Ewropea bl-introduzzjoni ta’ skema legali ta’ għajnuna għall-funzjonament favur produtturi li jużaw sorsi ta’ enerġija rinnovabbli (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>produtturi SER<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) u produtturi tas-sħana u tal-elettriku permezz ta’ koġenerazzjoni b’rendiment għoli (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>produtturi SEK<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), abbażi tan-Nomos 4254/2014, Metra stirixis kai anaptyxis tis ellinikis oikonomias sto plaisio efarmogis tou n. 4046/2012 kai alles diataxeis (il-Liġi 4254/2014, dwar il-miżuri intiżi għas-sostenn u għall-iżvilupp tal-ekonomija Ellenika fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Liġi 4046/2012 u dispożizzjonijiet oħra, FEK A 85/<DATE ISO="20140407">7.4.2014</DATE>) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>ftehim ġdid SER<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), li daħlet fis-seħħ fix-xahar ta’ April 2014.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Is-suq Grieg tal-elettriku, kif organizzat qabel u fil-mument tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim ġdid SER, kien jinkludi s-segwenti kategoriji ta’ atturi fis-suq:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>il-produtturi u l-importaturi li jdaħħlu l-elettriku fin-network;</P></ITEM><ITEM><P>l-operaturi tas-suq u tan-network, li jifformaw il-parti mhux kompetittiva tas-suq, u li jixtru l-elettriku prodott mill-produtturi u jamministraw it-tranżazzjonijiet finanzjarji kollha fis-suq, u</P></ITEM><ITEM><P>il-fornituri li jixtru l-elettriku mingħand l-operaturi tas-suq u li jbigħuh mill-ġdid lill-konsumaturi finali.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-produtturi SER u l-produtturi SEK kienu rremunerati għall-elettriku prodott bi prezzijiet fissi, fil-forma ta’ tariffi feed-in. Ir-remunerazzjoni tal-fornituri ma kinitx fissa u kienet tiddependi mill-kundizzjonijiet tas-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Għall-finijiet tal-finanzjament tat-tariffi feed-in favur produtturi SER u produtturi SEK, inħoloq <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>kont speċjali SER<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> skont in-Nomos 2773/1999, Apeleftherosi tis agoras ilektrikis energeias – Rythmisi thematon energeiakis politikis kai loipes diataxeis (il-Liġi Nru 2773/1999, dwar il-liberalizzazzjoni tas-suq tal-elettriku, regolamentazzjoni ta’ kwistjonijiet marbuta mal-politika tal-enerġija u dispożizzjonijiet oħra, FEK A 286/22.12.99). Dan tal-aħħar kien iffinanzjat, essenzjalment, permezz ta’ kontribuzzjoni speċjali għat-tnaqqis tal-gassijiet serra, imposta fuq il-konsumaturi għal kull unità tal-elettriku kkonsmata, u permezz ta’ sorsi addizzjonali, bħad-dħul tal-atturi fis-suq SER u SEK.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-ftehim ġdid SER emenda t-tariffi feed-in applikabbli għall-elettriku prodott mill-produtturi SER u l-produtturi SEK. B’hekk, għal ċerti tipi ta’ installazzjoni, ġew stabbiliti limiti massimi teknoloġiċi preċiżi, li jistabbilixxu l-ammont massimu ta’ elettriku pprovdut mill-produtturi SER eliġibbli sabiex jibbenefika minn għajnuna matul sena partikolari. L-għan ta’ dawn il-limiti massimi kien li jiġu limitati l-ammonti totali ta’ għajnuna mogħtija favur ċerti teknoloġiji SER.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont ir-rapport ta’ spjegazzjoni dwar il-Liġi 4254/2014, il-ftehim ġdid SER kien intiż sabiex jelimina d-defiċit tal-kont speċjali SER u sabiex jirrendih sostenibbli. Fil-fatt, matul il-perijodu ta’ qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din il-liġi, dan il-kont speċjali kellu defiċit, li kien dovut għall-kombinazzjoni, minn naħa, ta’ żieda qawwija fl-ispejjeż relatati mal-iżvilupp tal-impjanti li jużaw sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u tal-installazzjonijiet ta’ koġenerazzjoni u, min-naħa l-oħra, tat-tnaqqis konkomitanti tad-dħul, li jirriżulta mit-tnaqqis tal-kontribuzzjoni speċjali preċedentement imposta fuq il-konsumaturi, minħabba l-kriżi ekonomika, kif ukoll minn tnaqqis fid-dħul mill-bejgħ tal-elettriku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Għall-finijiet tal-eliminazzjoni tal-imsemmi defiċit, il-mekkaniżmu stabbilit mill-ftehim ġdid SER kien jikkonsisti, minn naħa, fi tnaqqis fit-tariffi feed-in li kellhom jiġu previsti fil-kuntratti ta’ bejgħ tal-elettriku u, min-naħa l-oħra, fl-introduzzjoni ta’ tnaqqis tal-valur totali tal-enerġija elettrika mdaħħla fin-network mill-produtturi SER u l-produtturi SEK matul is-sena 2013, sabiex il-kumpens żejjed mogħti preċedentement lil dawn il-produtturi jiġi kkontrobilanċjat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20150506">6 ta’ Mejju 2015</DATE>, Solar Ileias Bompaina u kumpannija oħra ressqu, skont l-Artikolu 24(2) tar-Regolament 2015/1589, ilment lill-Kummissjoni, dwar il-miżuri tal-ftehim ġdid SER, billi sostnew li dawn il-miżuri kienu jinvolvu għajnuna illegali favur il-fornituri. Dan l-ilment ġie rreġistrat taħt ir-referenza SA.41794.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fl-ilment tagħha, Solar Ileias Bompaina sostniet li l-fornituri kienu jibbenefikaw minn vantaġġ selettiv minħabba l-fatt li, skont il-Liġi 4254/2014, huma biss il-produtturi SER li għandhom ibatu l-ispejjeż marbuta mat-tnaqqis tad-defiċit tal-kont speċjali SER fil-kuntest tal-ftehim ġdid SER. Madankollu, il-fornituri kienu wkoll ikkontribwixxew għad-defiċit ta’ dan il-kont speċjali, peress li r-regoli tas-suq u l-formazzjoni tal-prezz tal-elettriku jippermettulhom jixtru bi prezz imnaqqas fis-suq bl-ingrossa, u peress li tali spiża mnaqqsa, sa fejn hija inqas għolja, iġġib inqas dħul għall-imsemmi kont speċjali. Fi kliem ieħor, il-produtturi u l-fornituri jinsabu, fir-realtà, f’sitwazzjoni komparabbli fir-rigward tal-għan ta’ eliminazzjoni tad-defiċit tal-kont speċjali SER. B’hekk, dan il-ftehim huwa selettiv, sa fejn il-portata tiegħu ma tinkludix il-fornituri, peress li dawn ma għandhomx l-obbligu li jipparteċipaw fil-kumpens għad-defiċit tal-kont speċjali SER.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20151210">10 ta’ Diċembru 2015</DATE>, il-Kummissjoni rċeviet it-tieni lment imressaq f’isem il-produtturi ta’ enerġija solari u t-tielet ilment, fit‑<DATE ISO="20171222">22 ta’ Diċembru 2017</DATE>, f’isem il-Pan-Hellenic Rooftop Photovoltaic Association.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20160310">10 ta’ Marzu 2016</DATE>, il-Kummissjoni bagħtet l-ewwel żewġ ilmenti lill-awtoritajiet Griegi u stednithom jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom f’dan ir-rigward. Dawn l-osservazzjonijiet ġew ippreżentati fis‑<DATE ISO="20160727">27 ta’ Lulju 2016</DATE>. It-tielet ilment ma ntbagħatx lill-awtoritajiet Griegi, peress li l-Kummissjoni kkonstatat li l-kwistjonijiet imqajma kienu diġà koperti mill-ewwel żewġ ilmenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz tad-deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni fir-rigward tas-sistema stabbilita mil-Liġi 4254/2014 fir-rigward tal-ftehim ġdid SER, li jipprevedi aġġustament mill-ġdid tat-tariffi feed-in għall-produtturi SER u għall-produtturi SEK.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fil-premessi 111 sa 121 tad-deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni eżaminat l-allegazzjonijiet ifformulati fl-ilmenti, inkluża dik ta’ Solar Ileias Bompaina, u kkonkludiet li:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>il-lanjanti ma kienu ppreżentaw ebda argument insostenn tat-teżi li l-fornituri kkawżaw parzjalment id-defiċit tal-kont speċjali SER;</P></ITEM><ITEM><P>il-produtturi SER u l-fornituri ma kinux jinsabu f’sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli;</P></ITEM><ITEM><P>l-għan imfittex mill-ftehim ġdid SER kien li jitnaqqas id-defiċit tal-kont speċjali SER billi jsir kontrobilanċ tal-kumpens żejjed, preċedentement mogħti lill-produtturi SER, permezz ta’ aġġustament mill-ġdid tat-tariffi feed-in, u li</P></ITEM><ITEM><P>għaldaqstant, l-iskema nnotifikata ma kienet tagħti ebda vantaġġ selettiv permezz ta’ riżorsi tal-Istat lill-fornituri u ebda għajnuna ma kienet ingħatatilhom.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-komunikazzjoni fil-qosor ta’ din id-deċiżjoni ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tas‑<DATE ISO="20181207">7 ta’ Diċembru 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20181218">18 ta’ Diċembru 2018</DATE>, Solar Ileias Bompaina bagħtet ittra lill-Kummissjoni fejn staqsiet jekk din tal-aħħar kinitx tikkunsidra d-deċiżjoni kontenzjuża bħala ċaħda uffiċjali tal-ilment ippreżentat fil-Każ SA.41794 jew jekk, għall-kuntrarju, dan tal-aħħar kienx għadu kkunsidrat li huwa pendenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat‑<DATE ISO="20190208">8 ta’ Frar 2019</DATE>, il-Kummissjoni wieġbet lill-persuna kkonċernata li d-deċiżjoni kontenzjuża kienet tkopri l-ilment tagħha u li, fuq din il-bażi, hija kienet ġabet dan l-ilment fi tmiemu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kawża quddiem il‑Qorti Ġenerali u d‑digriet appellat</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑<DATE ISO="20190302">2 ta’ Marzu 2019</DATE>, Solar Ileias Bompaina ressqet azzjoni abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, intiża b’mod partikolari għall-annullament tal-premessi 111 sa 121 tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali qieset, għar-raġunijiet esposti fil-punti 31 sa 48 tad-digriet appellat, li Solar Ileias Bompaina ma stabbilixxietx il-kwalità tagħha ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>parti interessata<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, fis-sens tal-Artikolu 108(2) TFUE u tal-Artikolu 1(h) tar-Regolament 2015/1589, kwalità meħtieġa sabiex tkun tista’ tinvoka ksur tad-drittijiet proċedurali tagħha, sa fejn il-Kummissjoni kienet ikkunsidrat fid-deċiżjoni kontenzjuża, mingħajr ma fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, li ebda għajnuna ma kienet ingħatat lill-fornituri permezz tal-Liġi 4254/2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It‑talbiet tal‑partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, Solar Ileais Bompaina titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-digriet appellat;</P></ITEM><ITEM><P>tiddikjara ammissibbli r-rikors fil-Kawża T‑143/19 u tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali, kif ukoll</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tiċħad l-appell u tikkundanna lill-appellanti għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑appell</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L‑argumenti tal‑partijiet</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka żewġ aggravji, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, u li permezz tagħhom hija ssostni, essenzjalment, li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta rrifjutat li tirrikonoxxilha l-kwalità ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>parti interessata<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(h) tar-Regolament 2015/1589, sa fejn l-ammissibbiltà tar-rikors tagħha hija suġġetta għar-rikonoxximent ta’ din il-kwalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għalkemm l-appellanti tirrikonoxxi li, fid-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali indikat korrettement il-kontenut tal-ilment li hija kienet ressqet quddiem il-Kummissjoni u fehmet perfettament il-kontenut tal-ilmenti tagħha, b’mod partikolari fir-rigward tal-fatt li huma biss il-produtturi SER li kellhom ibatu l-piż finanzjarju marbut mal-eliminazzjoni tad-defiċit tal-kont speċjali SER, hija madankollu tikkunsidra li l-Qorti Ġenerali kellha tirrikonoxxilha l-kwalità ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>parti interessata<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>. B’mod partikolari, hija tqis li għalkemm il-Qorti Ġenerali ġabret fil-qosor b’mod korrett l-għan tal-ilmenti tagħha fil-punt 10 tad-digriet appellat, hija madankollu naqset milli tislet il-konklużjonijiet meħtieġa fil-punt 44 tal-imsemmi digriet, billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li l-fornituri u l-produtturi SER jinsabu f’sitwazzjoni komparabbli fil-kuntest tas-sistema ta’<?PAGE NO="6"?> riferiment li l-kont speċjali SER jikkostitwixxi u tal-għan imfittex mill-ftehim ġdid SER, jiġifieri l-eliminazzjoni tad-defiċit ta’ dan il-kont speċjali. Barra minn hekk, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali kellha tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li l-fornituri setgħu wkoll jinżammu parzjalment responsabbli għall-eżistenza ta’ dan id-defiċit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont l-appellanti, li kieku l-fornituri ġew ukoll imġiegħla jikkontribwixxu għall-eliminazzjoni tal-imsemmi defiċit, is-sitwazzjoni patrimonjali tagħha kienet tkun aħjar. Hemm korrelazzjoni bejn, minn naħa, l-allegata għajnuna li l-fornituri kisbu sa fejn dawn ġew eżentati mill-kontribuzzjoni għall-eliminazzjoni tal-istess defiċit u, min-naħa l-oħra, it-tnaqqis tat-tariffi feed-in imħallsa lill-produtturi SER bħall-appellanti b’tali mod li l-interessi tagħha u l-pożizzjoni tagħha fis-suq ġew affettwati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fil-kuntest tal-eżami tagħha, il-Qorti Ġenerali kisret ir-regoli dwar l-istabbiliment tal-prova tal-kwalità ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>parti interessata<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(h) tar-Regolament 2015/1589.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali żbaljat meta kkunsidrat li l-appellanti kellha, sabiex tiġi rrikonoxxuta lilha din il-kwalità, turi l-effetti tal-għajnuna allegata fuq il-pożizzjoni tagħha fis-suq jew fuq l-interessi ekonomiċi tagħha. Għalhekk, skont l-appellanti, fis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110524">24 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Kronoply u Kronotex</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑83/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:341">EU:C:2011:341</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat l-imsemmija kwalità għall-benefiċċju tal-appellanti abbażi biss tal-argumenti ta’ dawn tal-aħħar, li skonthom ma setax jiġi eskluż li l-għajnuna inkwistjoni f’dik il-kawża kellha effett fuq l-interessi tagħhom, mingħajr ma ħtieġet mingħandhom il-prova konkreta tal-eżistenza ta’ din il-possibbiltà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Konsegwentement, skont l-appellanti, ma jistax ikun meħtieġ li hija jkollha tipprova liema kienu jkunu l-effetti konkreti tar-reviżjoni tat-tariffi feed-in għall-produtturi SER li kieku l-oneru li jiġi eliminat id-defiċit tal-kont speċjali SER kien tqassam bejn dawn il-produtturi u l-fornituri. Huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li ma jistax jiġi eskluż li dawn it-tariffi feed-in setgħu jkunu iktar favorevoli għall-produtturi SER li kieku l-fornituri ntalbu wkoll jikkontribwixxu sabiex il-kont speċjali SER jiġi ffinanzjat mill-ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li dan l-argument għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L‑evalwazzjoni tal‑Qorti tal-Ġustizzja</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>B’mod preliminari, għandu jitfakkar li l-Artikolu 1(h) tar-Regolament 2015/1589 jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>parti interessata<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>kull Stat Membru u kull persuna, impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi li l-interessi tagħhom jistgħu jkunu affettwati bl-għoti ta’ għajnuna, b’mod partikolari l-benefiċjarju tal-għajnuna, impriżi li jikkompetu bejniethom u assoċjazzjonijiet tal-kummerċ<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>. Għandu jiġi rrilevat li din id-dispożizzjoni ssostitwixxiet l-Artikolu 1(h) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat‑<DATE ISO="19990322">22 ta’ Marzu 1999</DATE> li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 183, p. 339), li kien ifformulat f’termini identiċi. B’hekk, il-prinċipji stabbiliti mill-ġurisprudenza dwar din id-dispożizzjoni tal-aħħar, imfakkra mill-Qorti Ġenerali, b’mod partikolari, fil-punt 31 tad-digriet appellat, huma applikabbli għall-finijiet tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(h) tar-Regolament 2015/1589.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Skont din id-dispożizzjoni, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>parti interessata<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> għandha tfisser, b’mod partikolari, kull persuna, impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi li l-interessi tagħhom jistgħu jiġu affettwati bl-għoti ta’ għajnuna, jiġifieri b’mod partikolari l-impriżi kompetituri tal-benefiċjarju ta’ din l-għajnuna. Fi kliem ieħor, din hija ġabra indeterminata ta’ destinatarji (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110524">24 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Kronoply u Kronotex</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑83/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:341">EU:C:2011:341</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għaldaqstant, din id-dispożizzjoni ma teskludix li impriża li ma hijiex kompetitriċi diretta tal-benefiċjarju tal-għajnuna tista’ tiġi kklassifikata bħala parti interessata, sa fejn hija ssostni li l-interessi tagħha jistgħu jiġu affettwati mill-għoti tal-għajnuna. Sabiex tagħmel dan, din l-impriża trid turi, b’mod suffiċjenti fid-dritt, li l-għajnuna jista’ jkollha effett konkret fuq is-sitwazzjoni tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110524">24 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Kronoply u Kronotex</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑83/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:341">EU:C:2011:341</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u l-ġurisprudenza ċċitata). Għalhekk, jekk il-preġudizzju kkawżat lill-interessi ta’ din l-impriża jista’ jkun biss potenzjali, għandu jkun jista’ jintwera b’mod suffiċjenti fid-dritt riskju ta’ effett konkret fuq dawn l-istess interessi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-konstatazzjonijiet fattwali magħmula mill-Qorti Ġenerali fil-punti 6 sa 8 tad-digriet appellat, li ma humiex ikkontestati mill-appellanti, jirriżulta li l-ftehim ġdid SER, approvat mil-leġiżlatur Grieg, għandu l-effett li jnaqqas it-tariffi feed-in imħallsa lill-appellanti, fil-kwalità tagħha ta’ produttur SER. Dan il-ftehim huwa intiż sabiex inaqqas id-defiċit tal-kont speċjali SER, li l-għan tiegħu huwa li jiffinanzja l-attivitajiet tal-produtturi SER.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Issa, skont l-appellanti, sa fejn il-leġiżlatur Grieg naqas milli jistabbilixxi kontribuzzjoni imposta fuq il-fornituri, minkejja li dawn setgħu, fil-fehma tagħha, jinżammu parzjalment responsabbli għal dan id-defiċit, hija tinsab inġustament żvantaġġata fil-livell finanzjarju. Fil-fatt, l-appellanti ssostni illi kieku l-fornituri ġew obbligati jikkontribwixxu mil-leġiżlatur Grieg għall-finijiet ta’ tnaqqis tal-imsemmi defiċit, is-sitwazzjoni patrimonjali tagħha setgħet tkun iktar favorevoli, peress li ma kienx ikun neċessarju li jitnaqqsu t-tariffi feed‑in li minnhom hija kienet tibbenefika. B’hekk, hija tqis, essenzjalment, li din l-ommissjoni tal-leġiżlatur Grieg kellha impatt fuq l-interessi tagħha u li għalhekk teżisti rabta bejn l-eżenzjoni li minnha jibbenefikaw il-fornituri u t-tnaqqis ta’ dawn it-tariffi feed‑in.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi fattwali, il-Qorti Ġenerali ġustament applikat il-kriterji stabbiliti mill-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 34 u 35 ta’ din is-sentenza billi ppreċiżat, fil-punt 37 tad-digriet appellat, li, sabiex tkun tista’ tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>parti interessata<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, l-appellanti kellha jew tistabbilixxi li hija kienet tinsab f’relazzjoni ta’ kompetizzjoni diretta jew indiretta mal-benefiċjarji tal-allegata għajnuna, jew turi li l-imsemmija għajnuna seta’ jkollha effett konkret fuq is-sitwazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fil-punti 39 sa 41 tad-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali, l-ewwel nett, ikkonstatat li l-fornituri u l-produtturi SER ma kinux f’relazzjoni ta’ kompetizzjoni, peress li kienu joperaw fuq livelli differenti tas-suq tal-elettriku fil-Greċja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-Qorti Ġenerali vverifikat jekk l-għajnuna allegata setax ikollha effett konkret fuq is-sitwazzjoni tal-appellanti u jekk din kinitx uriet, b’mod suffiċjenti fid-dritt, tali effett potenzjali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mid-digriet appellat jirriżulta li l-Liġi 4254/2014 sempliċement naqqset l-għajnuna mogħtija preċedentement lill-produtturi SER, tali kienet is-soluzzjoni magħżula mil-leġiżlatur Grieg sabiex jirrimedja għall-fatt li l-iskema ta’ għajnuna lill-produtturi SER kienet saret għolja wisq u kellha tiġi ffinanzjata mill-ġdid. Huwa f’dan il-kuntest li l-Qorti Ġenerali kkonstatat, fil-punt 44 tad-digriet appellat, li, għalkemm ma kienx hemm dubju li l-Liġi 4254/2014 li tipprevedi tariffi mnaqqsa għall-elettriku iġġenerat minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, adottata sabiex jitnaqqas id-defiċit tal-kont speċjali SER, kellha effett fuq il-produtturi SER, l-appellanti madankollu ma kienx irnexxielha turi l-eżistenza ta’ korrelazzjoni bejn it-tariffi mnaqqsa għas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u n-nuqqas ta’ ħlas ta’ kontribuzzjoni għall-kont speċjali SER mill-fornituri tal-elettriku, u lanqas li l-preżunta għajnuna lill-fornituri tal-elettriku setgħet affettwat il-pożizzjoni tagħha fis-suq jew l-interessi tagħha. B’mod partikolari, l-appellanti ma spjegatx b’liema mod l-hekk imsejħa eżenzjoni tal-fornituri tal-elettriku bil-Liġi 4254/2014 seta’ kellha influwenza fuq l-iffissar tat-tariffi feed‑in ġodda u tat-tnaqqis applikabbli għall-produtturi SER, ladarba l-aġġustamenti li saru b’dan il-mod kienu prinċipalment intiżi sabiex jikkontrobilanċjaw il-kumpens żejjed mogħti preċedentement lil dawn il-produtturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fid-dawl, b’mod partikolari, ta’ dawn l-aħħar evalwazzjonijiet fattwali, il-Qorti Ġenerali, fil-punt 48 tad-digriet appellat, ikkunsidrat li l-appellanti ma kinitx stabbilixxiet li hija kellha l-kwalità ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>parti interessata<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(h) tar-Regolament 2015/1589.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Issa, peress li l-Qorti Ġenerali b’hekk għamlet applikazzjoni korretta tal-kriterji stabbiliti mill-ġurisprudenza rilevanti, imfakkra fil-punti 34 u 35 ta’ din is-sentenza, hija ma tista’ tiġi kkritikata b’ebda żball ta’ liġi. Fil-fatt, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ natura fattwali inkwistjoni, li jaqgħu, barra minn hekk, taħt il-ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali biss, il-kriterju rilevanti li għandha tieħu inkunsiderazzjoni huwa dak tal-eżistenza ta’ rabta kawżali potenzjali, stabbilita b’mod suffiċjenti fid-dritt, bejn l-allegata għajnuna u l-ħsara konkreta kkawżata lill-interessi jew lill-pożizzjoni fis-suq tal-impriża kkonċernata. B’kuntrast ma’ dan, il-kwistjoni dwar jekk kategorija oħra ta’ operaturi ekonomiċi setgħetx possibbilment tikkontribwixxi għall-ħolqien tad-defiċit fil-livell tal-iskema ta’ għajnuna msemmija iktar ’il fuq hija irrilevanti. Bl-istess mod, il-fatt li l-produtturi SER u l-fornituri setgħu kienu jinsabu f’sitwazzjoni komparabbli, fid-dawl tal-għan ta’ tnaqqis tad-defiċit fil-kont speċjali SER, ma għandu l-ebda rilevanza għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-kwalità ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>parti interessata<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(h) tar-Regolament 2015/1589.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta rrifjutat li tirrikonoxxi lill-appellanti l-kwalità ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>parti interessata<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(h) tar-Regolament 2015/1589, u meta ċaħdet, għaldaqstant, ir-rikors tagħha bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Peress li ż-żewġ aggravji invokati insostenn tal-appell huma infondati, hemm lok li dan tal-aħħar jiġi miċħud kollu kemm hu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura, applikabbli għall-proċedura ta’ appell bis-saħħa tal-Artikolu 184(1) ta’ dawn ir-regoli, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Peress li l-Kummissjoni talbet li l-appellanti tiġi kkundannata għall-ispejjeż u peress li din tal-aħħar tilfet fir-rigward tal-aggravji tagħha, hemm lok li l-appellanti tiġi kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-appell huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Solar Ileias Bompaina AE hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>